top of page

IS- SEPULKRI

(L- Artal Tar- Repozizzjoni)

F' din is- sezzjoni se naghtu harsa fid- dettal lejn is- sepulkri fil- Gzejjer taghna. F' kull knisja w f' diversi kappelli madwar Malta w Ghawdex nsibu l- altar tar- Repozizzjoni li jintrama ghal Hamis ix- Xirka. It- Tridu ta' l- Ghid il- Kbir jaghlaq ic- celebrazzjonijiet tal- Gimgha Mqaddsa. Matul din il- gimgha jitfakkru l- oghla misteri tal- Fidi taghna. Dawn huma l- Passjoni w il- Mewt ta' Gesu, li permezz taghhom twettqet il- Fidwa ta' kull bniedem, kif ukoll il- Qawmien glorjuz tieghu mill- mewt rebbieh fuq id- dnub, fuq il- mewt u fuq l- ghedewwa tieghu. It- Tridu Mqaddes jibda l- Hamis filghaxija bil- Quddiesa in Coena Domini i.e. b' tifkira ta' l- ikla tal- Mulej, meta Gesu kien jaf li waslet is- siegha tieghu, u fakkar ma' l- Appostli mahbubin tieghu l- ikla tal- Ghid skond l- uzu w ir- rit tal- Lhud. Fl- ikla Gesu waqqaf l- Ewkaristija w ried li matul is- sekli din tibqa' tigi mfakkra mill- Appostli u dawk li jigu warajhom imzejnin bl- Ordni tas- Sacerdozju, imwaqqaf minnu apposta. Fi tmien il- Quddiesa ta' l- ikla tal- Mulej, (f' Hamis ix- Xirka) is- Santissmu Sagrament jittiehed solennement fl- Altar tar- Repozizzjoni. Dan ikun altar specjali, imzejjen b' mod lussuz bi fjuri bojod, gulbiena w kwantita ta' xemghat mixghula, biex fil- kapsula jitpoggew l- ostji mqaddsa li jservu ghat- tqarbin tal- fidili fil- jum tal- Gimgha Mqaddsa. Jum il- Gimgha (tal- Gimgha Mqaddsa) fil- liturgija taghna hu meqjus bhalha jum aliturgiku, jew gurnata li fiha ma tigix celebrata l- Ewkaristija. Ma ssir ebda quddiesa f' dan il- jum. Biex l- insara jkunu jistghu jitqarbnu, f' jum hekk ghaziz, l- ostji mqaddsa jintrefghu f' post mill- aktar decenti w imhejji apposta, ghall- qima ta' dawk li jigu jzuruh. Jissejjah l- Altar tar- Repozizzjoni, kelma li gejja minn reponere jew 'terga tpoggi'. Mela dan b' ebda mod ma jfisser il- qabar ta' Gesu, u meta s- Santissmu Sagrament jitpogga hemm ma jfissirx li l- gisem mejjet ta' Gesu tpogga fil- qabar. Ir- riforma Liturgika dan ghamlitu car. Gesu miet fid- disa' siegha tal- Gimgha fl- erbatax tax- xahar Lhudi ta' Nisan. Fl- Azzjoni Liturgika tal- Gimgha (l- ewwel wahda wara l- qamar kwinta ta' Marzu), wara tmiem il- qari tal- Passjoni kif miktub minn San Gwann (fl- imghoddi kien ikun kantat bil- Latin minn tliet sacerdoti lebsiin il- lewn iswed) u t- Talb fit- tul tal- Fidili, Gesu Sagramentat jingieb privatament mill- Altar tar- Repozizzjoni biex il- fidili, f' jum hekk devot u solenni, jistghu jitqarbnu. Qabel ir- riforma, meta ma kienx isir Tqarbin, xi nsara devoti tal- Ewkaristija kienu jmorru ghac- Cerimonja tal- Gimgha Mqaddsa ghand il- Papas tal- Griegi, fil- knisja tieghu l- Belt Valletta, biex jitqarbnu, billi fil- Liturgija Orjentali kien hemm it- Tqarbin ghall- fidili. Hu veru li fiz- zminijiet tan- nofs, barra li ddahhlet id- devozzjoni lejn il- kwaranturi, jew l- erbghin siegha li l- gisem bla hajja ta' Gesu dam fil- qabar, xterdet l- idea li l- Altar tar- Repozizzjoni kellu konnessjoni mal- qabar ta' Gesu w ma kenux jonqsu li f' xi postijiet xi devoti jpoggu bhala devozzjoni, mhix f' waqtha, xbiha ta' Kristu Mejjet. Imma l- vera raguni hi dik moghtija aktar il' fuq. Hija drawwa sabiha li l- insara jmorru jzuru b' qima w b' fidi kbira lil Gesu Ewkaristija f' dawn l- altari, mzejna hekk devotament w artistikament. Dan jaghmluh b' radd ta' hajr li fl- eghziez mumenti ta' hajtu Gesu taghna 'l gismu bhala ikel u 'l demmu bhala xorb, dak id- demm li kien sejjer jinxtered bhala vittma biex jitpattew id- dnubiet tal- bnedmin. Huma jiehdu sehem fis- siegha tal- Velja, tard bil- lejl, bhala twegiba ghall- ilment ta' Gesu lill- Appostli: 'Ma flahtux tishru siegha wahda mieghi?' Drawwa li baqghet sa llum, hija z- zjarat organizzati forma ta' pellegrinagg li jzuru seba' darbiet l- Altar tar- Repozizzjoni. Il- kazini tal- baned u socjetajiet ohra kien ikollhom salib akkumpanjat b' zewg lanterni w il- membri kollha jattendu f' dawn iz- zjarat, f' seba' knejjes, u bosta drabi kien ikollhom sacerdot maghhaom. Fil- Vgili tal- Ghid, it- Tridu Mqaddes jilhaq il- qofol tieghu w jigi fit- tmiemu bit- Talba ta' Filghaxija f' Jum il- Ghid il- Kbir, l- akbar festa tas- Sena Liturgika. Bosta knejjes matul is- snin kienu jhejju l- Altar ta- Repozizzjoni b' solennita' w arti kbira. F' Malta ghandna bosta minnhom, u hafna jmorru jzuruhom biex jammiraw l- arti taghhom. F' bosta knejjes, ukoll  dawk filjali mxerrdin ma' l- irhula taghna, kienu jintramaw dawn l- altari, izda wara r- riforma, dawn gew ristretti ghall- knejjes parrokkjali w dawk tar- religjuzi.

L- informazzjoni rigward Hamis ix- Xirka hija mehudha mill- ktieb: L- altari tar- repozizzjoni fil- parrocci ta' Malta u Ghawdex ta' Joseph Grech

GHAWDEX

Ghal- informazzjoni w r- ritratti dwar l- Altari tar- Repozizzjoni, aghfas fuq isem il- lokalita li tixtieq.

Fontana.png
Għajnsielem.png
Gharb.png
Kerċem.png
Qala.png
Munxar.png
Nadur.png
Victoria.png
San Lawrenz.png
Sannat.png
Xagħra.png
Xewkija.png
Iz- Zebbug.png
Ghasri.png

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page