top of page

MDINA

(KATIDRAL TA' SAN PAWL)

Fil- Katidral ta' l- Imdina, fil- 

intrema mill- gdid l- Altar tar- 

opra artistika ta' valur kbir, ta' stil

jintona ferm tajjeb mas- sbuhija 

disinn ta' Gafa'. L- altar tar- 

Sagramentat jitqieghed ghall-

poplu mill- Hamis ix- Xirka sal-

darba fl- 1752. Id- disinn ta' dan 

Katidral fl- ufficcju tal- Kuratur. L-

Paolo Troisi li miet fl- 1750. Dan

Mejju 1751 fejn insibu li l-  

Azzopardi pprezenta d- disinn ta'

u kiseb l- approvazzjoni tieghu.

tlesta qabel ghax diga' fit- 3 t'

Prokuratur tal- Katidral, stqarr li

tar- Repozizzjoni w talab tieghu 

kappella ta' San Luqa, fl- 1970

Repozizzjoni l- antik - li huwa 

barokk, jew ahjar Rococo, li 

tal- Katidral barokk mibni fuq 

Repozizzjoni, li fih Gesu

adorazzjoni l- aktar solenni tal- 

Gimgha l- Kbira, intrema l- ewwel

l- altar jinsab fil- Muzew tal- 

awtur ta' dan id- disinn hu Pietro

nafuh mill- Atti Kapitulari tat- 2 ta'

Kanonku Giovanni Maria 

l- Altar maghmul mill- mejjet Troisi

Jista jkun li dan id- disinn kien

Awwissu 1727 il- Kan. Gurgion,

Troisi kien lesta disinn ta' l- Altar

il- prezz ta' hames zekkini. Dan

Troisi kien ukoll fondatur li nkonja l- muniti tal- Gran Mastru De Vilhena. Il- manuskritti li minnhom ingabret l- istorja ta' l- Altar tar- Repozizzjoni, u li jinsabu fl- Arkivju tal- Katidral, huma l- Atti Kapitulari w id- Depositerija, jew ir- registri tal- kontijiet, li minnhom biss jinkiseb certu taghrif bhal ismijiet tal- pitturi, skulturi, argentiera w haddiema ohra w inkunu nafu kemm dam sejjer ix- xoghol. Fid- Depositerija tal- 1755 insibu nota ta' Zahra, nota li ghandha storja twila warajha minhabba li Francesco Zahra, l- akbar pittur Malti, li ghex fl- ewwel nofs tas- seklu tmintax, kien l- arkitett ta' din l- opra, il- bniedem li ha f' idejh ir- responsabilta' tax- xoghol kollhu, bl- obbligu li jesegwixxi fedelment id- disinn ta' Troisi w ilestih fiz- zmien stabbilit. Dan Zahra

kien ghamel ftehim verbali li jkun jista' jghix fis- Seminarju ta' l- Imdina biex jissorvelja x- xoghol u li jithallas bi skud kuljum mill- ewwel gurnata tax- xoghol, barra l- ispejjez tal- kaless mill- Belt ghall- Imdina. Izda aktar tard inqalghet tilwima serja bejn Zahra w bejn il- Kapitlu tal- Katidral. Fuq suggeriment ta' l- istess Zahra, kemm biex tintemm it- tilwima kif ukoll biex jigu rikonoxxuti l- merti artistici ta' Zahra, inghata ukoll il- pittura tas- saqaf ta' l- Awla Kapitulari l- gdida fejn Zahra taghna wahda mill- opri l- aktar sbieh tieghu: Il- Glorja ta' San Pawl. Wara t- terremot tal- 1693 u l- bini tal- Katidral il- gdid kienet tinhass sewwa l- htiega ta' l- Altar tar- Repozizzjoni sabih w artistiku. Fl- 1747 il- Kan. Gaspar Andrea Garcin stqarr li ma jiflahx aktar jissaporti l- faqar ta' l- altar li kellhom u li sejjahlu sfasciume di robbe gia lacere e rapezzate. Il- Kan. Giovanni Maria Azzopardi gie mqabbad jiehu din l- opra f' idejh. Ix- xoghol dam sejjer 9 xhur u l- Altar tar- Repozizzjoni ntrama l- ewwel darba b' sodisfazzjon ta' kulhadd fl- 1752 u biex jitlesta fiz- zmien 

mehtieg 7 pitturi Maltin ohra, fosthom Guzeppi Buhagiar, hadmu taht id- direzzjoni ta' Zahra  tawna flimkien ix- xenarju tat- tila, id- dekorazzjonijiet fuq l- injam u l- glorja li tifforma s- saqaf ta' dan l- Altar. F' din l- opra nammiraw il- gmiel tad- disinn, is- sens tal- proporzjon u l- qisien precizi, is- sbuhija tal- kolonnat, dawk l- 24 kolonna tornjati w impittra, bil- vazi w il- kapitelli taghhom skolpiti minn Giuseppe Fabri w indurati minn Giovanni Bonello, li fuqhom jitla' l- gwarnicjun u l- balavostral li jdur id- dawra kollha. Nammiraw il- gmiel ta' l- arkati w fuq kollox il- prospettiva imponenti, b' 6 figuri ta' angli, xoghol ta' Saverio Laferla w bl- istatwa tal- fidi li tiddomina l- prospettiva. Fil- prezent l- Altar tar- Repozizzjoni huwa mdawwal bl- elettriku, b' dawl mohbi li juri l- gmiel arkitettoniku tieghu. Fl- antik kien jigi mdawwal biz- zejt, b' 230 musbieh li nhadmu Sqallija. Dawn il- lucerni bil- plattini taghhom illum jinsabu fil- Muzew tal- Katidral. Aktar tard dawn gew mibdula ma' lampi taz- zejt ta' diversi ghamliet. Maghhom hemm ukoll iz- zewg imqassijiet, wiehed biex iservi ta' stuta, l- iehor biex jaqta' w jirranga l- ftejjel. sabiex id- dawl jigi kkontrollat bil- heffa, fl- Altar tar- Repozizzjoni hemm mahsuba seba' bibien biex minnhom is- servjenti jghaddu bil- heffa, jixghelu w jitfu. L- isbah ornament fl- Altar tar- Repozizzjoni huwa l- kapsula bir- raggiera doppja taghha, imzejna bis- shab u l- angli, opra tal- fidda li ma taghmilx ghajb lil tant oggetti ohra tal- fidda li tara madwarek kull fejn iddawwar wiccek fil- Katidral tal- Imdina. Din il- kapsula kienet it- tabernaklu tal- knejjes l- antiki, li titpogga mhux fuq l- altar imma aktar fil- gholi, u li fiha s- Sagrament jitqieghed gol- pissidi. Din il- kapsula nhadmet mill- argentiera Andrea Troisi w Annetto Pullicino w l- induratura saret minn Giovanni Bessier. Fuq il- bieba ta' din il- kapsula hemm ix- xbiha tal- Pellikan, l- ghasfur li jqatta lilu nnifsu biex imantni l- frieh tieghu, figura xierqa ta' l- Ewkaristija.

L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni tal- Imdina hi mehudha mill- ktieb: 

 

L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex  ta' Joseph Grech.

MDINA

(MONASTERU TAL- KARMNU )

Ritratti mehudhin mill- pagni ta' Facebook: Raymond Portelli u Carmelite Priory Mdina.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page