top of page

IL- PURCISSJONIJIET

Daz- zmien, f' Malta w Ghawdex jigu organizzati xejn anqas minn dsatax -il purcissjoni li fihom tigi mfakkra l- Passjoni w il- Mewt tal- Mulej Gesu Kristu. Ovvjament, dawn il- manifestazzjonijiet ma nibtux ilkoll flimkien izda zdiedu wahda wara l- ohra fi process li ha mijiet tas- snin, minn tmien is- seklu sittax sat- tieni nofs tas- seklu ghoxrin biex inkunu aktar preciezi. Barra minn hekk, f' lokalita Ghawdxija partikolari sar sett ta' tmien vari tal- Passjoni izda dawn ma jinhargux f' purcissjoni filwaqt li disa' statwi ta' lokalita ohra, f' Ghawdex ukoll, jinhargu ghac- celebrazzjoni tal- Via Sagra nhar it- Tlieta ta' qabel il- Gimgha l- Kbira. Ta' min izid ukoll li hawn diversi knejjes imxerrdin mal- gzejjer Maltin li jesponu xi vara jew tnejn tal- Passjoni ta' Gesu izda ma ssir ebda purcissjoni bihom ghajr xi manifestazzjoni fil- forma ta' Via Sagra jew pellegrinagg bhalma jsiru, nghidu ahna, fil- Hamrun u l- Qrendi bil- vara tar- Redentur.

L- ORIGINI TAL- PURCISSJONIJIET

Hi haga ferm diffcli, jekk mhux impossibli wkoll, li wiehed jirnexxielu jistabbilixxi d- data ezatta tal- origini tal- ewwel purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira f' Malta ghalkemm teoriji tal- entuzjazmu qatt ma naqsu. Teorija mhix fatt konkret u qatt mhi msahha bi provi cari w rrifjutabbli, partikolarment dokumentar awtentiku; ghaldaqstant, ghandha dejjem titqies bl- akbar kawtela u m' ghandhiex tinghata l- awra ta' fatt. Madankollu, tajjeb li naraw safejn jista jwassal l- entuzjazmu u hawnhekk ser nikkwotaw zewg teoriji, pjuttost simili ghalkemm b' varjazzjoni, li hargu mill- immaginazzjoni fertili ta' kittieb/ricerkatur li halla 'l qalbu tikkmandalu 'l mohhu minkejja li tul hajtu kiteb ukoll diversi xoghlijiet interessanti w ta' min jorbot fuqhom. Dan il- kittieb hareg bit- teorija li l- purcissjonijiet tal- Passjoni bdew f' Malta qabel il- migja tal- Ordni ta' San Gwann fl- 1530 meta rgiel minn Hal- Qormi "sabu ruhhom fuq ix- xwieni tal- familja Nava fil- perjodu medjevali w fuq dawk tal- kavallieri mis- seklu sittax 'il quddiem. F' dawn il- vjaggi annwali kmieni fir- Rebbiegha, uhud minn dawn ix- xwieni bilfors li ankraw fi Spanja, il- pajjiz omm (ta' Malta) tal- perjodu medjevali, fi zmien ir- Randan u l- Ghid il- Kbir. Jista jkun li raw wahda jew aktar mill- purcissjonijiet tal- Gimgha l- Kbira organizzati hemmhekk. Dan l- avveniment seta' dahhlilhom f' rashom il- hsieb li jibdew (jorganizzaw) purcissjoni simili fir- rahal taghhom ta' Hal- Qormi." U jkompli l- istess kittieb fuq l- istess linja tal- hsieb: "Qabel ma gew il- kavallieri fl- 1530...sena wara sena ambaxxaturi Maltin marru Spanja biex jitolbu bi dritt certi privileggi minghand is- sultan Spanjol. Dawn l- ambaxxati lejn Spanja kienu jsehhu kmieni fir- Rebbiegha w in- nobbli Maltin, li kienu ta' dixxendenza Spanjola, bilfors li raw il- purcissjonijiet f' Sivilja w fi bnadi ohrajn fi Spanja w baqghu mpressjonati b' din id- drawwa ... u allura gie deciz li jorganizzaw purcissjoni bhalhom ..." F' din is- silta, l- awtur kien qed jirreferi ghall- purcissjoni tar- Rabat f' Malta. Din it- teorija malajr titlef is- sugu taghha meta nqisu li l- purcissjonijiet ta' Sivilja fi Spanja - li llum jghoddu 57 u johorgu skont skeda preciza bejn Hadd il- Palm wara nofsinhar u

nofs il- lejl ta' Sibt il- Ghid  - ma kienux ghadhom jezistu fil- forma li nafuhom illum fiz- zmien bikri tas- seklu sittax li hu l- perjodu li rrefera ghalih dan il- kittieb. Maz- zmien saret u ghadha ssir, hafna ricerka soda dwar il- purcissjonijiet Spanjoli w isiru wkoll kungressi nazzjonali dwar il- fratellanzi, maghrufin bhala Confradias, li 

Sivilja, Spanja: vara tal- Madonna maghrufa bhala La Macarena, l- aktar statwa famuza fi Spanja. Il- purcissjoni b' din

 

il- vara ssir nhar il-

 

Gimgha l- Kbira bejn in- nofsiegha ta' wara nofsinhar u s-siegha w nofs ta' bil- lejl (ikun dahal is- sibt)

jorganizzaw. Fi tmiem il- kungress, jigu ppubblikati d- diskorsi annotati, bosta minnhom minn akkademici universitarji. Hemm min ikkonkluda li l- ewwel purcissjonijiet organizzati mill- fratellanzi, jew Confradias, ta' Sivilja jmorru lura ghas- seklu sittax izda kienu bla vari. Haddiehor isostni li l- ewwel purcissjonijiet formali kienu manifestazzjonijiet penitenzjali tal- ahhar snin tas- seklu erbatax li, sa nofs is- seklu sittax, bdew jinkludu fihom vari zghar manifatturati minn pasteboard, kartapesta, tafal, u drapp. Kien biss fit- tieni nofs tas- seklu sittax li dawn il- gruppi penitenzjali bdew jikkommissjonaw vari kbar skulturati fl- injam minghand artisti maghrufin lokalment. Madankollu, ma jfissirx li l- influwenza Spanjola kienet nieqsa ghal kollox fejn tidhol il- Gimgha l- Kbira f' Malta. X' aktarx li din l- influwenza dahlet Malta b' mod indirett permezz ta' Sqallija li, fis- seklu sittax, kienet ilha taht dominanza Spanjola. Kaz partikolari jikkoncerna l- flagellanti, imsejhin battuti, li kienu jsawtu lilhom infushom qabel u/jew waqt li jkunu jiehdu sehem f' xi purcissjonijiet Maltin, drawwa li baqghet hajja f' pajjizna sal- ewwel snin tas- seklu ghoxrin. Il- purcissjonijiet Spanjoli wkoll kellhom il- flagellanti w nies bil- kuruni tax- xewk jew ikaxkru slaleb tal- injam, drawwiet li kienu jezistu wkoll fi Sqallija. Anzi nzidu li d- drawwa tal- flagellazzjoni ghadha tezisti sal- lum f' xi nhawi tal- Italja t' isfel. Irridu nzommu f' rasna li l- kuntatti bejn Malta w Sqallija kienu kbar hafna tul il- hakma tal- Ordni ta' San Gwann u li sal- 1831, fil- kamp ekklezjastiku, l- Isqof ta' Malta kien suggett ghas- sede Metropolita ta' Palermo. Ghalkemm differenti minn xulxin, xi xebh li jezisti bejn il- purcissjonijiet Maltin u Sqallin seta' rrizulta - ghalkemm mhux bilfors - minn din id- dipendenza religjuza li tkun gabet kuntatti aktar mill- qrib bejn il- komunitajiet.

Licata, Sqallija: Vara li turi lil Gesu Flagellat tintrefa fil- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira.

Il- bandalora kbira li tibda l- purcissjoni tar-

 

Rabat (Malta): Il- Passjoni ta' Sidna Gesu Kristu.

Jidher li l- imbuttatura lejn l- organizzazzjoni ta' dawn il- purcissjonijiet kif nafuhom illum giet l- aktar mill- Patrijiet Frangiskani Minuri - maghrufin bhala Ta' Giezu - li kellhom u ghad ghandhom rabtiet qawwija u mill- qrib mal- postijiet sagri fl- Art Imqaddsa tal- Palestina. Dan qed nghiduh ghax l- ewwel zewg purcissjonijiet ezistenti Maltin gew - u ghadhom jigu - organizzati minn zewg 

Purcissjoni tal- Belt Valletta: wahda mis- seba'

 

bandalori tas' seba' kelmiet ta' Gesu.

IS- SEKLU TMINTAX

Purcissjoni Bormla: l- Adorazzjoni tas- Salib.

L- Isla: parti mill- oratorju tal- Kurcifiss.

Purcissjoni tal- Birgu: l- Arka tal- Patt li ntemm bir- redenzjoni tal- bniedem bil- Mewt u l-

 

Qawmien ta' Gesu.

B' hekk rajna li, sas- snin bikrin tas- seklu tmintax, il- purcissjonijiet tal- Passjoni f' Malta baqghu koncentrati fuq/u organizzati fl- ibliet tal- Port il- Kbir u fir- Rabat, is- subborg tal- Imdina. Mhix haga tal- iskantament li din ic- celebrazzjoni mbaghad infirxet lejn diversi centri abitati fil- kampanja sa tmiem is- seklu tmintax, ghalkemm kultant wiehed isib informazzjoni dwar l- ezistenza ta' vari izda n- nuqqas ta' taghrif dwar purcissjoni organizzata. Fil- kaz tan- Naxxar, ir- ricerka 

stabbiliet li fl- 1750 twaqqfet il- Fratellanza tal- Madonna tad- Duluri li mal- ewwel wasslet ghall- organizzazzjoni tal- purcissjoni tal- Passjoni li nbdiet b' xi vari, fosthom id- Duluri, il- Monument u l- Ecce Homo. Fi ftit snin zdiedu aktar statwi tant li sal- 1753 kienet diga manifestazzjoni stabbilita. Kaz tipiku ta' taghrif nieqes hu dak ta' Haz- Zebbug (Malta) fejn fl- 1742 issawru l- vari tal- Madonna tad- Duluri u tal- Veronika izda jidher li sal- 1824 ma kinitx issir purcissjoni tal- Passjoni 

Purcissjoni tan- Naxxar: ritratt tal- vara tar- Redentur l- antik. Wahda mill- ewwel vari ta'

 

nofs is- seklu tmintax. (Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha Kbira Naxxar)

ghajr wahda zghira b' korp ta' Kristu Mejjet sal- kappella tal- Grazzja. Ma kienx qabel l- 1824 li din il- purcissjoni bdiet titkabbar biz- zieda ta' vari tal- Passjoni li tlestew fl- 1826, is- sena li nistghu nqisuha bhalha l- bidu veru tal- manifestazzjoni Zebbugija. L- istess nistghu nghidu dwar iz- Zejtun. Fl- 1742, il- kapillan xtara l- Vara l- Kbira l- qadima tal-

baqa' ma giex onorat minhabba li l- tlestietx w allura, wara li nfetah process ritornata. Dan l- episodju wassal lil min 

Zejtun ga kien hemm din il- purcissjoni." 

le u, ghaldaqstant, jibqa dejjem dubju

fatt li ma jezistu ebda statwa jew xi 

lejn is- seklu tmintax. F' Hal- Luqa dehret

fuq inizjattiva privata w is- sett tkompla fl-

Vincenzo Labini hatar prokuratur tal- vari

tisemma' ebda purcissjoni bejn l- 1775 u

prokuratur hi ndikazzjoni li din setghet Qormi wkoll insibu diffikulta' biex tinstab

purcissjoni. L- ewwel referenza 

il- purcissjoni nsibuha fid- djarju, ghas- 

Belt izda miet qabel hallasha. Id- dejn knisja parrokkjali kienet ghadha ma 

fil- Qorti tal- Isqof, il- vara kellha tigi 

kiteb li " jidher li fis- sena 1742 fiz- 

Mhux maghruf kienx hemm vari ohra jew dwar din id- data, dubju msahhah mill-

dokumentar iehor relevanti li jmorru lura

l- ewwel vara - dik tal- Veronika - fl- 1775

1795, l- istess sena li fiha l- Isqof 

tal- Passjoni. Izda, hawnhekk ukoll, ma

l- 1795, ghalkemm il- hatra tal- 

bdiet tigi organizzata fl- 1795. F' Hal-

id- data preciza tal- origini tal-

dokumentata tal- ezistenza ta' din il-

Purcissjoni ta' Haz- Zebbug: il- vara tal-

 

Marbut kif kienet originarjament fl- 1826 fil-

 

manifestazzjoni Zebbugija.  (Ritratt mehud

 

mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres)

snin 1764 u 1765, tas- sacerdot studjuz Injazju Saverju Mifsud fejn kiteb li assista ghall- purcissjoni tal- Passjoni w irrefera ghan- numru kbir ta' nies li attendew ghal din il- manifestazzjoni li kien fiha statwi kbar w ohrajn izghar. Dan it- taghrif jaghti x' tifhem li l- purcissjoni kienet wahda diga stabbilita sew fl- 1764 izda Mifsud la jirreferi ghall- origini taghha w lanqas ghal kemm kienet ilha tigi organizzata. Fl- 1653, kienet twaqqfet sodalita' fuq l- artal tal- Madonna tad- Duluri ghas- suffragju tal- erwieh tal- Purgatorju w li kienet ticcelebra l- festa taghha nhar il- Gimgha qabel il- Gimgha l- Kbira izda qatt ma giet stabbilita xi konnessjoni mal- purcissjoni tal- Passjoni. Allura d- data tat- twaqqif baqghet mhux maghrufa ghalkemm tidher li tappartjeni ghall- ewwel nofs tas- seklu tmintax. F' Hal Gharghur, jidher li din il- purcissjoni nbdiet bhala rizultat dirett tat-

Purcissjoni ta' Hal Luqa: Harsa mill- qrib lejn l- istatwa

 

originali ta' Gesu fl- Ort li nhadmet f' madwar is- sena

 

1830 u li issa twarrbet. (Ritratt mehud mill- pagna ta'

 

Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches,

 

 Marchas Funebres)

Purcissjoni taz- Zejtun: Bandalora sabiha w artistika bl- i

ittri rrakmati S.P.Q.R. li jfissru Is- Senat u l- Poplu ta'

 

Ruma.

twaqqif tal- Via Sagra fl- 1779

 

billi t- tnejn jinsabu marbutin

 

flimkien fir- registri tal- 

kontijiet. Il- purcissjoni harget

ghall- ewwel darba fl- 1 t'

April 1792 bis- sehem ta'

zewg statwi: il- Monument u l-

Madonna tad- Duluri, anzi 

nzidu li din tal- ahhar kienet 

diga' tezisti fl- 1785. Bejn l-

1810 u l- 1865, jidher li din il-

purcissjoni ma baqghetx

tohrog izjed. Imbaghad 

regghet bdiet tigi

organizzata mill- 1886 'il quddiem biz- zieda ta' zewg vari ohra:

l- Ort fil Getsemani w il- Marbut. Dan wassal biex inkiteb li l- purcissjoni ta' Hal

Gharghur inbdiet fl- 1866, konkluzjoni li mhix preciza ghal kollox ghax hawnhekk kien hawn manifestazzjoni li nbdiet, waqfet ghal xi zmien, u regghet inghatat il- hajja. Hawnhekk naqsmu l- fliegi w imorru Ghawdex fejn l- ewwell purcissjoni tal- Passjoni harget mill- Knisja Parrokkjali ta' San Gorg fir- Rabat, jew Victoria, kif inhi maghrufa ufficjalment daz- zmien.

Purcissjoni ta' Hal Qormi: il- Madonna tad- Duluri, bil-

 

wicc w l- idejn tal- istukko, tappartjeni ghall- ewwel vari

 

tas- seklu tmintax.

Purcissjoni ta' Hal Gharghur: il- Madonna tad- Duluri

 

mill- qrib, x' aktarx intuzat fl- ewwel purcissjoni tal- 1792.

Dil- purcissjoni, li kienet fi

 

hsieb il- Fratellanza ta' Gesu

 

w Marija, tissemma fil- Vista

 

Pastorali tal- 1809 mill- Isqof

 

Ferdinando Mattei izda

 

hemm hjiel qawwi li kienet

 

diga' tezisti fl- 1788. Dan

 

jirrizulta mill- fatt li, fl- istatut

 

tal- Fratellanza tad- Duluri li

 

twaqqfet fil- knisja filjali ta'

 

San Gakbu fl- 1788, kien

 

hemm stipulata l-

 

obbligazzjoni tal- fratellanza

 

li tiehu sehem fil- purcissjoni  

tal- Gimgha Mqaddsa. Minn zmien bikri, jidher li f' din il- purcissjoni kienu jintuzaw vari propjeta' tal- Katidral flimkien ma' ohrajn tal- Knisja Parrokkjali ta' San Gorg, drawwa li baqghet fis- sehh sas- sena 1967.

Purcissjoni tal- Parrocca San Gorg, Victoria: Il- wicc ta'

 

Kristu tal- Kurcifiss tal- Vara l- Kbira, skolpit fl- 1848.

 

(Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: St. George's

 

Basilica).

IS- SEKLU DSATAX U GHOXRIN

Fis- seklu dsatax, zdiedu zewg purcissjonijiet ohra. Ta' Hal- Ghaxaq jidher li bdiet tigi organizzata ghall- habta tal- 1802-21 meta nbeda t- tiswir ta' sett vari, ghalkemm jinghad ukoll li din il- lokalita' diga' kellha statwa ta' Gesu Mejjet li ngiebet minn Ruma fl- 1720 jew fl- 1726 u li kienet tigi ccelebrata l- festa tal- Madonna tad- Duluri li, bhalma diga' semmejna, kienet twaqqfet fratellanza taghha fl- 1684. Min- naha l- ohra ma jidhirx li hemm wisq dubju dwar il- bidu tal- purcissjoni tal- Mosta li bdiet tohrog fl- 1866, l- aktar bl- inizjattiva tas- sagristan Girgor Vella, bil- vari tal- Ort fil- Getsemani w il- Marbut.

Purcissjoni ta' Hal- Ghaxaq: Il- Monument minghajr l- angli x' aktarx li ilu jezisti mit-

 

tielet decennju tas- seklu tmintax, hafna snin qabel ma bdiet issir il- purcissjoni.

Fis- snin sussegwenti, bhalma gara f' lokalitajiet ohrajn, zdied in- numru ta' vari. L- ahhar zidit, total ta' hamsa, huma kollha tas- seklu ghoxrin: tlieta f' Ghawdex fl- ewwel zewg decennji, wahda f' Malta lejn tmiem it- Tieni Gwerra Dinjija w ohra Ghawdxija lejn tmiem is- snin sittin. Fin- 

Purcissjoni tal- Mosta: l- Anglu tal- vara tal- Ort: din il-

 

vara, flimkien ma' vara ohra, intuzat fl- ewwel purcissjoni

 

fl- 1866.

Nadur, flimkien ma' vara tad- Duluri li diga' semmejnieha, fis- seklu dsatax kien hemm ukoll korp ta' Kristu Mejjet li minnu nibet il- hsieb li tibda tigi organizzata purcissjoni tal- Passjoni. Inghata l- permess, u l- ewwel purcissjoni harget fil- 21 ta' Marzu 1913 bi tliet statwi: mezzobust tal- Ecce Homo, korp gdid ta' Gesu Mejjet li ngieb minn Bolzano, u d- Duluri. Sena wara, jigifieri fl- 1914, bdiet tigi organizzata l- purcissjoni tax- Xaghra. Il- hsieb jidher li origina minn Kurcifiss li ngieb minn Lecce, l- Italja, fir- Randan tal- 1913. Malajr instabu benefatturi biex ihallsu l- ispejjez tax- xiri ta' sett ta' tmien vari minn Lecce u, b' hekk, din il- purcissjoni bdewha mill- ewwel b' sett shih ta' statwi, kuntrarju ghalli kien gara f' bosta lokalitajiet ohrajn li kienu ziedu n- numru taghhom progressivament. Bejn l- 1914 u l- 1918, Malta kienet involuta, ghalkemm mhux

Purcissjoni tan- Nadur: Il- wicc tal- Veronika li, flimkien

 

mad- Duluri, hi l- unika vara mis- sett tal- ewwel

 

purcissjoni li ghadha tintuza.

direttament fis- sens li l- pajjiz

 

ma kienx attakkat, fl- Ewwel

Gwerra Dinjija. Ezatt ma'

 

tmiemha, il- kappillan gdid

Dun Anton Grima beda jahseb

 biex jorganizza purcissjoni

 

tal- Passjoni fiz- Zebbug t' 

 

Ghawdex u qabbad statwarju

 

 biex ilesti sett ta' vari li

 

ntuzaw l- ewwel darba nhar il-

 

Gimgha l- Kbira tal- 1919. Fis-

 

snin tletin, kemm minhabba li

 

l- attenzjoni nxtehtet fuq it-

 

tkabbir tal- knisja parrokkjali

Purcissjoni tax- Xaghra: Harsa mill- qrib lejn il- vara tar-

 

Redentur, statwa mit- tmienja originali tal- ewwel

 

purcissjoni tal- 1914.

kif ukoll ghax il- vari gralhom bosta hsarat rizultat tan- nuqqas ta' post adegwat fejn jintrefghu, il- purcissjoni twaqqfet. Regghet bdiet tohrog fl- 1965 meta kellhom jinbidlu l- bicca l- kbira tal- istatwi. F' Rahal Gdid saret vara tar- Redentur fl- 1944 u, sena wara, bdiet issir il- purcissjoni nhar il- Gimgha l- Kbira b' din il- vara. Fl- 1947 zdiedet il- vara tad- Duluri w il- purcissjoni baqghet hekk sal- 1971 meta, biz- zieda ta' statwi ohra, din il- manifestazzjoni bdiet t- tiehu s- sura li ghandha llum. L- ahhar purcissjoni f' dan l- elenku hi dik tal- Katidral t' Ghawdex li harget l- ewwel darba nhar il- 31 ta' Marzu 1968 fil- Hames Hadd tar- Randan, jigifieri gimgha qabel Hadd il- Palm u li hu maghruf ukoll bhala Hadd Lazzru. Il- Katidral kien

Purcissjoni taz- Zebbug (Ghawdex): Il- Kurcifiss tal- Vara l- Kbira, wahda mill- ftit   

 

statwi tal- ewwel purcissjoni tal- 1919 li ghadhom jezistu.

jippossedi numru ta' vari li qabel kienu johorgu fil- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira tal- Parrocca San Gorg bhalma diga' Ktibna. Fl- 1968, ittiehdet id- decizzjoni li l- Katidral jorganizza l- purcissjoni tieghu w fl- istess sena harget l- ewwel manifestazzjoni b' hames vari li mbaghad zdiedu ghal sebgha, in- numru li hemm illum. Ta' min jaghlaq din is- sezzjoni billi nirreferu ghall- purcissjoni qasira izda helwa li bdiet issir mill- 2005 il- Hadd ta' qabel Hadd il- Palm filghodu fil- kumpless tal- Anzjani San Vincenz De Paule, fil- 

limiti ta' Hal- Luqa, li tohrog mill- kappella, u li hi apprezzata hafna mir- residenti. Tinkludi zewg vari tar- Redentur u l- Madonna tad- Duluri w jiehdu sehem bosta

voluntieri minn diversi lokalitajiet Maltin b' kostumi Biblici w Rumani flimkien ma' banda li ddoqq marci funebri.

Purcissjoni ta' Rahal Gdid: L- ewwel purcissjoni fl- 1944 kienet b' vara wahda, din l-

 

istatwa tar- Redentur.

VARI BLA PURCISSJONI

F' Ghawdex hemm zewg parrocci li jippossedu sett vari tal- Passjoni izda ma tigix organizzata purcissjoni formali tal- Passjoni. Bejn l- 1922 u l- 1924, sar sett ta' tmien vari fix- Xewkija fejn qatt ma giet organizzata purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira ghalkemm, bhalma diga accennajna aktar qabel, f' din il- lokalita' tigi organizzata manifestazzjoni tas- Seba' Duluri tal- Madonna. Fil- Qala, f' dawn l- ahhar snin sar sett ta' disa' vari tal- Passjoni, inkluza d- Depozizzjoni, izda li hi originali (ghall- gzejjer Maltin) ghax turi lill- Gesu literalment qieghed jitnizzel mis- salib u, ghaldaqstant, hi sostanzjalment differenti miz- zewg ezemplari l- ohrajn tad- Depozizzjoni li hawn f' Malta, coe' f' Hal- Qormi w fiz- Zejtun. Flok purcissjoni, nhar it- Tlieta tal- Gimgha Mqaddsa ssir Via Sagra li fiha dawn il- vari jinhargu mill- knisja parrokkjali. Hemm ukoll diversi parrocci

w knejjes ohra fil- gzejjer Maltin 

izda ma jsirux purcissjonijiet. L-

tar- Redentur u hawn ta' min jghid

pellegrinaggi penitenzjali, f' xi jiem

poplu jimxi wara din il- vara ta' 

naghtu xi ezempji, ser nelenkaw

Ghawdex: Il- Fontana - ir- 

Ghajnsielem - l- Inkurunazzjoni bix-

Ecce Homo, ir- Redentur, il- 

Gharb - ir- Redentur; Il- Munxar -

Kercem - il- Flagellazzjoni (il- 

Redentur u l- Krucifissjoni; San

Balluta, Parrocca tal- Karmnu - 

Parrocca San Gejtanu - ir-

; Santa Venera - ir- Redentur; Tas-

Ecce Homo w il- Krucifissjoni. Ta'

Purcissjoni tal- Katidral, Victoria: il- vara tal- Ecce Homo,

 

statwa tas- seklu tmintax li ntuzat fl- ewwel purcissjoni tal-

 

1968. (Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Il-Gimgha

 

Mqaddsa fil-Katidral).

fejn jintramaw vari tal- Passjoni

aktar vara komuni fosthom hi dik li diversi lokalitajiet jorganizzaw

partikolari tar- Randan, li fihom il-

Gesu Mghobbi Bis- Salib. Biex

uhud minn dawn il- lokalitajiet:

ir- Redentur u l- Krucifissjoni;

Xewk (Ecce Homo); L- Ghasri - 

il- Krucifissjoni w Kristu Mejjet;

Ecce Homo w ir- Redentur; Ta'

Marbut), l- Ecce Homo, ir- 

Lawrenz - ir- Redentur. Malta: il-

Gesu Redentur; il- Hamrun,

Redentur; il- Mellieha - ir- Redentur

Sliema, Parrocca tas- Sacro Cuor -

min isemmi li hemm kazijiet - bhal 

Ma nahsbux li nkunu qed nizbaljaw jekk nghidu li filfatt il- purcissjonijiet tal- Passjoni f' Malta huma zvilupp pjuttost dirett minn dawk il- purcissjonijiet tal- Gimghat tar- Randan li kienu maghrufin bhala i Venerdi di Marzo. Dawn bdew isiru wara li, fis- 6 ta' Marzu 1573, il- Papa Girgor XIII xandar il- 

Bolla Pastoralis Eterni li, permezz taghha, ta "...lill- fratelli tas- SSnu Sagrament imxerrdin mad- dinja kollha li fil- granet tal- istazzjonijiet izuru xi kappella jew knisja w jghidu Missierna w Sliema ghal seba' darbiet u jitolbu ghar- rebha tal- fidi kattolika w ghall- qerda tal- infidili w l- eretici, jirbhu l- istess indulgenzi li jirbhu dawk li jzuru l- baziliki ta' Ruma. Il- fratellanza tas- Sagrament eretta fil- parrocca beltija tal- Portu Salvu - popolarment maghrufa bhala ta' San Duminku - bdiet torganizza dawn il- purcissjonijiet kull sena meta l- fratelli w il- konsorelli kienu jimxu quddiem vara mdaqqsa, x' aktarx tal- Madonna tad- Duluri, li warajha kienu jakkompanjaw nies li ma kienux membri fil- fratellanza. Il- purcissjoni kienet tibda bi standard iswed u kienet issir waqfa f' wahda mill- knejjes tal- Belt b' konformita' mal- Bolla Papali li semmejna. Jidher li dawn il- purcissjonijiet baqghu jsiru sa madwar is- sena 1670 ghax ma jissemmghux aktar fl- istatut il- gdid tal- fratellanza tal- 1673. Wiehed jista', allura iqis dawn l- ewwel purcissjonijiet tar- Randan bhala l- antecedenti tal- ewwel manifestazzjonijiet tal- Passjoni li gew organizzati kwazi kontemporanjament maghhom.

fratellanzi mwaqqfa fiz- zewg knejjes li dawn il- patrijiet ghandhom fir- Rabat (Malta) u fil- Belt Valletta. Il- purcissjoni tar- Rabat ilha qatigh titqies bhalha l- eqdem f' Malta ghalkemm mhix maghrufa s- sena ezatta meta l- Fratellanza ta' San Guzepp organizzatha l- ewwel darba. Inkiteb li jezisti dokument tal- 1591 li jaghti x' tifhem li f' dik is- sena l- purcissjoni kienet ilha ssir hafna snin minghajr ebda specifikazzjoni ezatta. X' aktarx li l- ewwel manifestazzjoni kienet bi statwa ta' Gesu Mejjet, maghruf bhala l- Monument, li ngieb minn Sqallija w wara zdiedet il- vara tal- Flagellazzjoni, vara tal- injam importata minn Sqallija li ghadha tintuza sal- lum. Ovvjament, mas- snin zdiedu aktar vari. Hu wisq probabli li l- maggoranza tal- purcissjonijiet li gew wara bdew, bhal tar- Rabat, b' vara wahda jew tnejn u mbaghad komplew izidu progressivament in- numru ta' statwi. Il- manifestazzjoni tal- Belt Valletta zviluppst mill- purcissjonijiet tal- Gimghat tar- Randan u t- twaqqif tal- Fratellanza tal- Kurcifiss fl- 1646 fi hdan il- knisja ta' Giezu. Sal- 1673, dawn kienu zviluppaw fil- purcissjoni tal- Passjoni li bdiet issir b' aktar minn vara wahda w bis- sehem tal- muzika. Izda hawnhekk inzidu wkoll li hu maghruf "li l- Fratellanza tal- Madonna tal- Konsolazzjoni, imwaqqfa fil- knisja ta' Santu Wistin, kienet minn ta' quddiem li fil- Belt taghmel purcissjoni b' xi statwi li jfakkru l- Passjoni." Din il- purcissjoni kienet tinkludi erba' vari mlibbsin vestwarju rikk tant li, fil- vara tal- Ecce Homo (L- Inkurunazzjoni ta' Gesu bix- xewk), f' idejh Kristu kien izomm qasba maghmula mill- fidda. It- tliet vari l- ohra kienu r- Redentur, il- Krucifissjoni, u Kristu Mejjet maghmul mill- kartapesta - "un Cristo di carta pesta morto."

Ix- xena mbaghad taqsam il- Port il- Kbir lejn il- Kottonera fejn purcissjonijiet tal- Gimgha l- Kbira ilhom jigu organizzati ghal aktar minn tliet sekli f' Bormla, fil- Birgu u fl- Isla. Hu maghruf li fl- 1674 twaqqfet f' Bormla l- Fratellanza tal- Agunija taht it- titlu tal- Kurcifiss. Sal- 1694 kienet organizzata dik li kienu jsejhulha l- purcissjoni ta' Kristu Mejjet izda l- vari jissemmew l- ewwel darba fl- 1699. Ma jidhirx li kienu lesti minn kollox qabel l- 1702, l- aktar b' hidmet l- arguzin Giovanni Mamo. Ghalkemm id- data ezatta tal- purcissjoni tal- Isla mhix maghrufa, hu dokumentat li kienet diga' tezisti fl- 1714 filwaqt li l- Fratellanza tal- Karita', li dak iz- zmien kienet torganizza l- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira, kienet ilha mill- 1710 tfakkar b' solennita' kbira l- festa tas- Sejba tas- Salib Imqaddes fit- 3 ta' Mejju. Imbaghad, l- inkarigu tal- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira kwazi mal- ewwel, x' aktarx fl- 1719, ghadda f' idejn il- Fratellanza tal- Kurcifiss li twaqqfet fl- 1715.

Lanqas mhu maghruf ezatt il- bidu tal- manifestazzjoni tal- Birgu ghalkemm jidher li sehh qarib tmiem is- seklu sbatax jew il- bidu tas-seklu tmintax. Tradizzjonament jinghad li kienu bahhara mill- Birgu li gabu minn Spanja statwi tal- Passjoni - jew inkella rjus, idejn u saqajn biex jintlibsu lbies veru - biex bihom bdew jorganizzaw purcissjoni tal- Passjoni. Hawn ta' min isemmi li fl- Birgu tas- seklu tmintax kienu jorganizzaw aktar minn purcissjoni wahda: tal- bahhara tax- xwieni nhar l- Erbgha tat- Tniebri, mill- Knisja Dumnikana tal- Lunzjata w f' Hamis ix- Xirka, tal- Kaptani w il- Bahhara Maltin mill- Knisja parrokkjali. Din tal- ahhar hi l- unika wahda li ghadha ssir u fiha kienu bdew jiehdu sehem il- fratelli membri tal- Fratellanza tal- Kurcifiss wara t- twaqqif ta' din il- Fratellanza fl- 1718. Din il- purcissjoni nbdiet vara wahda, il- Krucifissjoni, warajha ngiebet l- istatwa ta' Gesu Mejjet u mbaghad zdiedu l- istatwi l- ohrajn. It- tnehhija ta' tnejn mill- purcissjonijiet sehhet rizultat ta' ordni mahrug mill- Isqof Carmelo Scicluna fl- 1879 biex il- purcissjonijiet tal- Gimgha l- Kbira jsiru kollha fl- istess jum, jigifieri nhar il- Gimgha l- Kbira stess.

f' Ta' Kercem f' Ghawdex u l- Parrocca Slimiza tas- Sacro Cuor - fejn figura wieqfa tal- Madonna tad- Duluri (li tkun harget fil- purcissjoni taghha fil- gimgha precedenti) tigi nkorporata ma' Kurcifiss u statwi ohra biex jiffurmaw grupp li jirrapprezenta l- Krucifissjoni li, kultant, jintrama fuq l- artal maggur tal- Knisja.

San Lawrenz (Ghawdex): ir- Redentur, xoghol ta' Pawlu Aquilina.

Balluta, Parrocca Tal- Madonna tal-

 

Karmnu: Gesu Nazzarenu.

Dawn iz- zewg ritratti huma mehudin mill- ktieb: Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima.

ZVILUPPI FIL- PURCISSJONIJIET

TAL- PASSJONI

Sittax mill- purcissjonijiet tal- Passjoni johorgu fil- Gimgha l- Kbira stess izda dawk ta' Hal Gharghur u Hal- Ghaxaq isiru nhar Hadd il- Palm. Fir- Rabat ta' Ghawdex, iz- zewg purcissjonijiet jalternaw, sena kull wahda fil- Gimgha l- Kbira: Fis- snin fard tal- Katidral u fis- snin zewg dik tal- Parrocca San Gorg. Fis- snin zewg tal- Katidral tohrog f' Hadd il- Palm u, fis- snin fard ta' San Gorg tohrog f' Hamis ix- Xirka. Izda l- purcissjonijiet tal- Passjoni mhux minn dejjem kienu johorgu f' jum il- Gimgha l- Kbira propju. Kien biss fl- 1879 li l- Isqof Monsinjur Carmelo Scicluna (1874-88) hareg direttiva li l- purcissjonijiet kollha kellhom isiru fl- istess jum, jigifieri fil- Gimgha l- Kbira propju. Mhux kulhadd qael ma' din id- direttiva w kien hemm oppozizzjoni, b' mod partikolari fil- Belt Valletta, izda minkejja kollox, kulhadd obda lill- Isqof u l- istampa lokali rrapportat li kien hemm aktar serjeta' fl- andament tal- purcissjonijiet. Apparti li kienet drawwa ta' bosta snin li l- purcissjonijiet johorgu f' jum differenti, x' aktarx li l- oppozizzjoni aktar kienet diretta ghall- fatt li l- Isqof Scicluna pprojbixxa s- sehem tal- baned. Isqof iehor li hareg projbizzjoni konnessa ma'  dawn il- purcissjonijiet kien Monsinjur Vincenzo Labini (1780-1807) li fl- 1780 kien ordna li jkunu dahlu lura fil- knejjes qabel jidlam. Fil- Birgu, ma tantx setghu jobduha din id- direttiva dak iz- zmien ghax kien ikollhom jistennew lill- Inkwizitur biex jattendi ghall- matutin u, billi dan regolarment kien jinzel tard, kien jittardja wkoll il- hrug tal- purcissjoni li kienet tohrog mill- knisja parrokkjali nhar il- Gimgha l- Kbira. Meta telaq l- ahhar Inkwizitur minn Malta, allura setghu jigu in regola mad- direttiva tal- Isqof. Difficli wiehed jghid kemm damet issehh din id- direttiva ghalkemm deskrizzjoni tal- purcissjoni tal- Belt, publikata fl- 1839, tghid li harget mill- Knisja ta' Giezu ftit qabel inzul ix- xemx u ttraversat diversi toroq. Ghaldaqstant, ma tantx setghet dahlet qabel inzul ix- xemx. Lejn tmiem is- seklu, l- Isqof Pietro Pace (1889-1914) ordna li l- purcissjonijiet ikunu dahlu lura sat- tmienja ta' filghaxija. Purcissjonijiet li kienu johorgu fil- jum propju kienu jinkludu tar- Rabat (Malta) u ta' Bormla. Sal- 1724, tal- Isla kienet issir jew f' Hamis ix- Xirka jew fil- Gimgha l- Kbira. Tal- Belt Valletta w tan- Naxxar kienu johorgu f' Hamis ix- Xirka filwaqt li ta' Hal Gharghur u ta' Hal- Qormi kienu jsiru f' Hadd il- Palm. S' issa m' ghandniex taghrif dwar meta kienu johorgu l- purcissjonijiet l- ohrajn. F' Ghawdex, bejn l- 1968 u l- 1975, il- purcissjonijiet kienu kostretti johorgu fil- Hdud tar- Randan b' konformi ma' direttiva mill- Kurja tal- Isqof t' Ghawdex.

Att ta' penitenza waqt purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira.

 

(Ritratt mehud minn fuq il- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha

 

Mqaddsa fil- Gzejjer Maltin).

Diga' ghedna li dawn il- purcissjonijiet kienu penitenzjali w dan jikkonfermawh almenu zewg deskrizzjonijiet tal- purcissjoni tal- Belt Valletta li nkitbu minn zewg protestanti: l- Olandiz Johan Meerman fl- 1792 u l- Ingliz George Percy Badger fl- 1839. Tispikka l- importanza li z- zewg awturi jaghtu lill- vari flimkien mal- atti ta' penitenza li kienu jsiru tul il- purcissjoni. Meerman jiddeskrivi s- sett ta' tmien vari filwaqt li Badger isemmi l- kobor taghhom u jaghti mportanza w deskrizzjoni qasira tal- Monument. Dawn il- kitbiet ma jhallu ebda dubju li l- vari kienu fundamentali fil- purcissjoni flimkien mas- sens ta' penitenza li l- aktar ghadha ezistenti fil- manifestazzjonijiet moderni fl- prezenza ta' rgiel ikaxkru ktajjen ma' riglejhom u/jew jerfghu slaleb fuq spallejhom. Kwazi l- purcissjonijiet kollha llum il- gurnata hadu - min ftit u min izzejjed ukoll - is- sura ta' pageant, bidla li rat il- bidu taghha fl- ewwel terz tas- seklu ghoxrin u hadet l- akbar zvolta mis- snin sebghin tal- istess seklu. Izda, minkejja l- emblemi tal- Passjoni, il- bandalori sbieh w artistici tal- bellus 

irrakmat u n- nickle, u l- ilbies bibliku w Ruman li jzejnu (kultant bi tlellix zejjed li jghammex l- ghajnejn u li f' xi kazi assolutament jidher barra minn postu), xorta wahda huma l- vari li jibqghu l- attrazzjoni w is- simbolu l- aktar rapprezentattiv ta' x' ghandha verament tfisser ghan- Nisrani il- purcissjoni tal- Passjoni.

L- informazzjoni rigward il- purcissjonijiet tal- Gimgha Mqaddsa hi mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima 

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page