top of page

IL- PURCISSJONI S- SEWDA

Wara tant bosta snin, fil- Belt tal- Birgu regghet bdiet it- tradizzjoni tal- Purcissjoni s- Sewda. Kienet is- sena 2019 meta ttiehdet id- decizzjoni li terga tibda ssir. Din il- purċissjoni kienet tissejjaħ il- Purċissjoni s- Sewda għax dawk li kienu jieħdu sehem kienu jilbsu l- iswed b' wiċċhom mgħotti filwaqt li kienu jakkumpanjaw ukoll l- ilsiera. Għal din ir- raġuni kienet tissejjaħ ukoll il- Purċissjoni tal- Ilsiera li kien ikollhom ktajjen twal marbuta ma' sieqhom. Il- ħsejjes ta' dawn il- ktajjen tal- fratelli jitkaxkru mal- art iqanqal il- memorja kollettiva tagħna dwar il- qaddiefa lsiera tal- galeri, imxekklin, li, fi żmien l- Ordni tal- Kavallieri ta’ San Ġwann, kull nhar l- Erbgħa tat- Tniebri kienu jimxu wara xulxin f’ dawn l- istess toroq tal- Birgu u kienet waħda minn 4 purċissjonijiet li kien ikun hemm fil- Birgu fil- Ġimgħa Mqaddsa. Dan l- avveniment kiebi, kien joħroġ mill- Knisja tal- Madonna tal-Karmnu ta’ max-xatt. Wara li dan l- avveniment annwali miet mewta naturali fil- 

Purcissjoni s- Sewda.jpg

Dan ir- ritratt huwa mehud mill- pagna ta' Facebook: Kummissjoni Gimgha Kbira Bormla.

bidu tal- ħakma Ingliża, fl- 2019 l-Arċipriet u l- Kapitlu tal- Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, flimkien mal- Kummissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira tal- Birgu, reġgħu bdew jagħtuh il- ħajja mill- ġdid. Iżda kollox kellu jieqaf ħesrem minħabba l-pandemija. Il- purċissjoni reġgħet saret fis- sena 2023. X’ aktarx li din il-purċissjoni kienet imnebbħa minn dawk ta’ Spanja jew ta’ Sqallija u jghidulha s- sewda ghax kienet tohrog fl- Erbgha tat-

Tniebri. Il- verżjoni moderna tal- purċissjoni titlaqqa’ ma’ avveniment storiku ieħor fejn, malli l- purċissjoni tasal quddiem il-Palazz tal- Inkwiżitur, minn hemmhekk jinħareġ ir- Relikwarju tal- Passjoni u jiddawwar mat- toroq tal- lokalità. Fis- sena 2024 ir- relikwarju, li fih iktar minn 21 relikwa, il- maġġoranza tagħhom marbutin mal- Passjoni ta’ Kristu, flimkien ma’ pittura tal- wiċċ ta’ Kristu, għalaq 270 sena minn mindu nġieb fil- Knisja parrokkjali tal- Birgu bl- għajnuna tal- Inkwiżitur ta’ dak iż- żmien, Paolo Passonei. Bħalma kien jiġri fi żmien l- ilsiera, fil- purċissjoni l- kurċifiss jinġarr mimdud, fuq l- idejn. Għad- daqq tal- fanfarri u t- tnabar tal- iscouts, il- purċissjoni ddur mat- toroq dojoq tal- collacchio. Fis- sena 2024, mill-knisja tad- Dumnikani ta’ Tas- Sliema nġieb ukoll il- kwadru mirakoluż ta’ Ġesù Nazzarenu, li nħareġ mill- Knisja tad-Dumnikani tal- Birgu u ngħaqad mal- purċissjoni. Fl- istess sena nhadem ukoll il- baldakkin, fejn ghal pajjizna huwa xi haga unika. Il- hsieb beda meta fil- kamra maghrufa bhalha l- ''Genna'' instabet bust tad- Duluri antik, illi ghal xi zmien kien intefa hemmhekk u ntesa u l- Kummissjoni tal- Gimgha l- Kbira nizzlitu, ghamlet ftit taz- zmien tarmah fuq l- artal tal- Oratorju sakemm bilmod il- mod bdiet gejja l- idea biex dan il- bust jirnexxilhom jaghmluh bhalha statwa tad- Duluri wieqfa. Filfatt tqabbad l- iskultur Andrew Bugeja fejn ghamel il- korp ghal dan il- bust tad- Duluri - ovvjament il- wicc huwa dak originali li kellhu l- bust - u saret ukoll libsa fuq stil Spanjol ta' kulur sewdini biex tintlibes fuq din l- istess vara. Wara

gie deciz biex din id- Duluri 
sewda flimkien mal- Kurcifiss.
kienet lesta, imma sfortunata -
setghetx tinhareg ghal- 
kienux qed isiru purcissjonijiet
wara, harget fil- purcissjoni u
u Joseph Schembri - li huwa l-
beda johlom biex din l- istatwa
verament tixbah l- istil Spanjol.
mqabbad Andrew Bugeja biex
sar u kien mill- isbah imma l- 
minn fejn ser jigu - u fejn ha 

 

Purcissjoni s- Sewda 1_edited.jpg

tibda tohrog fil- purcissjoni s-
Fis- sena 2021, din il- vara 
ment habba l- Covid ma' 
purcissjoni minhabba li ma'
dak iz- zmien. Biss is- sena ta'
intogghbot. Haga ggib lil ohra
kordinatur tal- Kummissjoni -
jsirilha baldakkin biex tkun
Ghal darb' ohra rega' gie 
jaghmel id- disinn, id- disinn 
problema kienu l- ispejjez - 
jsir. Giet avvicinata l- MTA (

Awtorita Maltija ghat- Turizmu), biex tisponsorja dan il- progett, fejn fehmet l- importanza li ghandha din il- purcissjoni li qed izzid valur mizjud fil- kalendarju turistiku, ghal dawk il- vizitaturi li jigu Malta fi zmien l- Ghid. L-Awtorita Maltija ghat- turizmu weghdet li tikkontribwixxi u filfatt intaghzel manifattur barrani, illi bi prova, l- ewwel li ghamlu l- Kummissjoni talbuh jaghmlilhom enumeral, biex jaraw ix- xoghol kif inhuwa. Wara li wasal u raw li x- xoghol kien sodisfacenti, il- Kummissjoni mbarkat fuq il- progett. Il- baldakkin dam isir madwar sentejn u xi haga nteressanti li hija marbuta mad- disinn tal- baldakkin, hi li l- Kummissjoni pruvat tigbor l- istorja tal- kult tal- Passjoni fil- Birgu. Filfatt ta' min jinnota, li fuq kull faccata li ghandu dan il- baldakkin, hemm emblema (jigifieri erba' b' kollox). Wahda minn dawn l- emblemi, hija dik tal- Fratellanza tal- Kurcifiss, ohra tal- Fratellanza tal- Via Sagra, nsibu ix- xbieha tal- qalb minfuda tad- Duluri - fejn tfakkarna fil- Fratellanza tal- karita - li ghal hafna zmien kienet tiehu hsieb il- festa tad- Duluri u r- raba' emblema hija dik tal- Fratellanza tal- Agonija jew Kongregazzjoni tal- Agonija, li din kienet qabel ma bdiet il- Fratellanza tal- Kurcifiss fl- 1718. Fis- saqaf (minn fuq), insibu wkoll l- arma tal- Kolleggjata flimkien mal- erba' slaleb tal- Kavallieri f' kull kantuniera, waqt li l- baldakkin minn gewwa (li jidher fuq ras il- Madonna), hemm ix- xbieha tal- Ispirtu s- Santu - forma ta' hamiema - flimkien mad- dati li fihom twaqqfet il- Fratellanza tal- Kurcifiss u dik tal- Via Sagra. Is- sur Lawrence Parascandolo, ha hsieb jaghmel it- tilar ta' fuq, flimkien ma' xoghlijiet tal- hadid biex ikun jista jintrama s- saqaf tal- baldakkin. Is- sur Sciriha, hadem ix- xoghol fuq it- torn, waqt li is- sur Manwel Vassallo ha hsieb biex jahdem il- bradella.

Din l- informazzjoni hija mehuda minn intervista li saret lil istoriku George Agius u mis- sit: One.Com.Mt.

Dan il- video huwa mehud mill- pagna ta' Facebook: Kumitat Festi Esterni San Lawrenz - Il- Birgu.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page