top of page

IL- PURCISSJONI TAT- TFAL

Qed titwieled devozzjoni gdida u helwa tal- Gimgha l- Kbira tat- tfal. Din il- purcissjoni tat- tfal bhalissa qed issir f' Hadd Lazzru jew Hadd ta' qabel Hadd il- Palm u din issir gewwa H'Attard fil- gonna ta' San Anton. Hawnhekk issir taht il- patrocinju tal- President tar- Repubblika u ssir bhala attivita' b' risq il- Malta Community Chest Fund. Isiru wkoll zewg purcissjonijiet ohra gewwa l- Belt Pinto, wahda li tohrog mill- Parrocca ta' San Gorg Martri u ohra li qed tohrog mis- Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan A.D. 1862, bl- isem ta' Via Matris. Purcissjoni ohra tat- tfal li qed tikseb il- popolarita taghha hija dik li ssir gewwa l- Imsida, fejn tohrog mill- kappella tal- Immakulata Kuncizzjoni. Il- Parrocca tas- Sacro Cour gewwa Tas- Sliema mmexxija mill- patrijiet Frangiskani Minuri (Ta' Giezu) wkoll torganizza purcissjoni li hi mmirata ghat- tfal. Insibu dokumentat li kienu jsiru purcissjonijiet b' vari zghar iduru mat- toroq, biss ma nafux jekk dawn il- purcissjonijiet bi statwetti kinux immirati lejn it- tfal. Il- kuncett ta' vari zghar jindirizzalek hsibijietek lejn it- tfal. Illum dawn il- vari zghar sabu posthom fil- mijiet ta' wirjiet li jsiru ta' statwetti tal- Passjoni. Jinghad li l- ahhar purcissjoni bi statwetti tal- misteri tal- Passjoni li saret Haz- Zebbug, kienet xi snin qabel it- Tieni Gwerra Dinjija. Gewwa Haz- Zebbug il- purcissjoni tat- tfal kienu jorganizzawha Guzeppi Piscopo u huh Grezzju. Qabel il- hrug tal- purcissjoni kienet thabbat cuqlajta ta' erba' piedi. Il- vari kienu jkunu ta' daqs ta' bejn sitta u tmien pulzieri u kienu jkunu mdawla u mdawra b' xemghat homor. Bicciet mill- vari kienu jintrefu minn tifel wiehed waqt li ohrajn minn erbat itfal. Kienu jiehdu sehem hafna tfal, kulhadd jerfa' xi haga; simboli tal- Passjoni,fanali, standardi, bandalori tas- seba' kelmiet u slaleb. Kienu jiehdu sehem ukoll li scouts. Dawn it- tfal ma kienux jilbsu zimarri, imma kienu jilbsu lbies sekulari. Fl- 1979, gewwa Haz- Zebbug kienet organizzata wirja ta' 21 vara u Mejda tal- Appostli fi Triq Dun Miju Zarb. L- organizzaturi ta' din il- wirja, Paul u Charles Bonnici, fethu s- seba' wirja taghhom bis- sehem tat- tfal f' purcissjoni b' vari zghar. It- tfal jilbsu l- kostumi Biblici u ta' suldati Rumani. Fl- 1998 bdiet tiehu sehem ukoll il- banda 12th May ta' Haz- Zebbug stess. 

L- informazzjoni rigward il- purcissjoni tat- tfal hi mehudha mill- ktieb, Il- Gimgha Mqaddsa u l- Ghid il- Kbir  ta' Stanley Mangion u Christopher Magro.

IL- PURCISSJONI F ' HAL- QORMI
(SAN GORG)

It- tradizzjonijiet marbuta mal- Ġimgħa Mqaddsa ġewwa r- raħal ta’ Ħal- Qormi huma kbar u jmorru lura bosta snin. Ma nafux sewwa meta bdiet tkun organizzata l- purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira, iżda nafu fi żgur li fl- 1764 diġà kien hemm numru ta’ vari fil- knisja ta’ San Ġorġ li bihom kienu jsiru xi forma ta’ purċissjonijiet matul ir- Randan. Dawn il- vari kienu jissejħu “il- Misteri” għaliex kienu juru xi misteri tal- Via Sagra.  Ħal Qormi kien ukoll ir-raħal li dejjem daħħal ideat ġodda fil- purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira, bħal meta fl- 1908 introduċa l- ewwel vara f’ Malta li tirrappreżenta t- tradiment ta’ Ġuda. L- istess nistgħu ngħidu għaż- żidiet li saru fis- snin 60 meta rajna xi vari għal kollox ġodda f’ pajjiżna bħalma huma l- vara tal- aħħar ċena fl- 1961, Ġesù jiltaqa’ ma’ Ommu fl- 1961 ukoll u d- depożizzjoni mis- salib fl- 1965. Dan kollu juri liema ħeġġa l- poplu Qormi għandu lejn dawn il- festi.

Madwar 80 sena ilu, Ninu Azzopardi kien qabbad lill- istatwarju Qormi bħalu, Karmenu Galea, imlaqqam Il- Qamru, biex jaħdimlu sett vari tal- Ġimgħa l-Kbira bħal tal- parroċċa. Is- sett kien jinkludi l- istatwi ta’ Kristu fl- Ort, it- tradiment ta’ Ġuda, Il-Marbut, l- Ecce Homo, ir- Redentur, il-Veronika, il- Vara l- kbira, il- Munument u d-Duluri, sewwasew  bħad- disa’ vari tal-

Dan il- video huwa mehud mill- pagna ta' Facebook: Parrocca San Gorg, Hal- Qormi.

parrocca. Fl- 1936 Azzopardi beda jorganizza purċissjoni għat- tfal b’ dawn il- vari. Il- purċissjoni, li kienet issir nhar l-Erbgħa tat- Tniebri, lejlet Ħamis ix- Xirka, kienet toħroġ mid- dar ta’ Azzopardi stess, fi Triq Pinto u ddur madwar it- toroq tal- inħawi, hekk imsejjaħ fejn il- Vitorja. Meta miet Ninu l- purċissjoni beda jorganizzaha ibnu Karmenu. Il- purċissjoni, li kienet tissejjaħ bħala l- purċuissjoni “tal- Bonu”, tant kienet popolari mat- tfal Qormin li kienet tkun mistennija minn sena għal sena. Għal bosta tfal din kienet tkun l- ewwel esperjenza tagħhom f’ purċissjoni u bosta minnhom kienu jkomplu f’ dan id- delizzju anke meta jikbru, ovvjament mhux aktar fil- purċissjoni “tal- Bonu” imma f’ dik tal- parroċċa. Fl- 1986 saret l- aħhar darba din il- purċissjoni. Karmenu Azzopardi miet u miegħu mietet ukoll din id- drawwa li tant kienet popolari mhux biss mat- tfal Qriema imma anke mal- ġenituri tagħhom. Illum dawn il-vari m' għadhomx fil- familja Azzopardi u ħarġu wkoll mill- Belt Pinto. Fis-sena 2016, il- Kumitat tal- Ġimgħa l- Kbira tal- Parroċċa ta’ San Ġorġ ta’ Ħal- Qormi xtaq li din id- drawwa terġa tibda u għalhekk iddeċieda li jorganizza purċissjoni bis- sehem tat- tfal. Ġie avviċinat l- artist Omar Camilleri biex jinħadem sett vari bħas- sett l- antik li kien jinstab fil- parroċċa bil- qies ta’ madwar 75 centimetru. Għal dik is- sena l- artist lesta żewġ vari, ir- Redentur u d- Duluri. Għal dawn il- vari nħadmu wkoll il- bradelli tagħhom, b’ mod volontarju, minn Ġorġ Debono u ibnu Silvio. Ġie wkoll meħjut vestwarju ġdid għall- parteċipanti tfal, subien u bniet kif ukoll saru bosta simboli li jinġarru fil- purċissjoni. Dawn kollha saru mill- grupp tal- helpers tas- Sagrsitan tal- parroċċa.  Bejn suldati, personaġġi bibliċi, abbatini u dawk li jġorru l- vari, il- purċissjoni se jkun fiha madwar 130 tifel u tifla. B’ hekk drawwa antika regghet ingħatat il- ħajja mill- ġdid.

Dan il- video huwa mehud mill- pagna ta' Facebook: Malta Audio Visual Memories.

L- informazzjoni rigward il- purcissjoni tat- tfal f' Hal- Qormi (San Gorg) hi mehudha mis- sit: NetNews.Com.Mt. 

IL- PURCISSJONI F ' HAL- QORMI
(SOCJETA FILARMONIKA PINTO -
KAZIN BANDA SAN SEBASTJAN)

Din il- manifestazzjoni bdiet tigi organizzata f’ Ħal- Qormi, fis- sena 2023 bl- isem ta' ‘Via Matris’, u hija manifestazzjoni Marjana li ssir madwar it- toroq tal- Parroċċa San Sebastjan bis- sehem tat- tfal u l- adolexxenti. Din l- attività, li l- għan tagħha hu li jkompli jitrawwem il- kult u d- devozzjoni lejn il- Ġimgħa Mqaddsa fost it- tfal u l- adolexxenti, qed tiġbed interess kbir hekk kif izjed minn 150 tifel u tifla jieħdu sehem libsin ta’ personaġġi Bibbliċi. Għal din l- istess manifestazzjoni japplikaw ukoll numru ta’ reffiegħa adolexxenti sabiex ikunu fost ir- reffiegħa ta’ sett ta’ vari li qed jinħadmu għal din l- inizjattiva u li jirrappreżentaw is- Seba’ Duluri ta’ Marija Santissima. Għall- edizzjoni tas- sena 2024, giet imzanzna vara ġdida, dik ta’ Gesu’ fuq is- salib ftit ħin qabel ma miet jew kif inhi magħrufa bħala l- Vara l-Kbira. Din hi xogħol Pawlu Aquilina. Ma’ dawn jingħaqdu wkoll il- grupp ta’ scouts ta’ Ħal- Qormi, il- kor tat- tfal ta’ Romina Vella li janima l- ħruġ u d- dħul ta’ din il- manifestazzjoni b’ kant ta’ innijiet funebri u s- Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li għall- okkażjoni tas- sena 2024 kienet qed iżżanżan librett ġdid ta’ Innijiet u Marċi Funebri mir- repertorju vast u antik li għandha din is- Soċjetà Mużikali f’ Hal- Qormi. Via Matris tohrog mill- Kazin tal- Banda Pinto u l- manifestazzjoni tibda minn Triq San Sebastjan u ddur mat- toroq tal- madwar. Manifestazzjoni li ssir fuq inizjattiva tas- Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, il- Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi u l- entità konġunta ta’ bejniethom Pintoninu Kids li l-għan aħħari tagħha hu li tara li l- kult, it- tradizzjonijiet u d- devozzjonijiet ma jintilfux maż- żmien u li dawn jibqgħu jiġu mrawwma fil- ġenerazzjonijet futuri.

L- informazzjoni rigward il- purcissjoni tat- tfal f' Hal- Qormi (San Sebastjan) hi mehudha mis- sit: NetNews.Com.Mt. 

Dan il- video huwa mehud mill- pagna ta' Facebook: Socjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastian.

Il- Vara l- Kbira
Il- Monument
Id- Duluri

IL- PURCISSJONI FL- IMSIDA

Il- purcissjoni tat- tfal gewwa l- Imsida hija organizzata mill- Kunsill Lokali, bil- kollaborazzjoni mal- iskola Primarja tal- Imsida, Kullegg Santa Tereza, flimkien mal- iskola St. Francis tal- Imsida. Il- purcissjoni bil- vari, tohrog mill- Kappella tal- Immakulata Kuncizzjoni, fejn ukoll tkun akkumpanjata mill- Banda tal- Għaqda Melita Banda San Ġużepp. Din il- manifestazzjoni rat il- bidu taghha fis- sena 2022. Is- sett tal- istatwi, huma mahduma mill- istatwarju Johann Aquilina.

Il- Marbut
Tradimet ta' Guda
Id- Duluri
Ecce Homo
L- Ort
Vara l- Kbira
Redentur
Veronika

Dawn ir- ritratti huma mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Johann Aquilina.

IL- PURCISSJONI FIX- XAGHRA

Anke Ghawdex bdiet taqbad il- purcissjoni tat- tfal. Dan insibuh fix- Xaghra. Fl- 1976 l- Arcipriet Dun Ewkarist Sultana, heggeg lill- abbatini biex flimkien ma' tfal ohra tal- parrocca jibdew jorganizzaw il- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira tat- tfal. Din bdiet tkun organizzata f' Jum Hadd il- Palm, mid- dar parrokkjali sal- pjazza. Mill- 1979 bdiet tohrog mill- knisja tan- Nazzarenu u tidhol fil- Bazilika. Illum il- gurnata din il- purcissjoni tohrog mill- Bazilika u hija organizzata Ċentru tal-Vokazzjonijiet. Fis- sena 2027 din il- manifestazzjoni, taghlaq il- 50 sena taghha. B’ kollox jiehdu sehem mal- 250 bejn tfal u adoloxxenti. Kollox jimxi f’ replika tal- purċissjoni li ssir mill- kbar nhar il- Ġimgħa l- Kbira. Saħansitra, joħorġu sett statwi żgħar, xogħol fil- ġibs u l- kartapesta, tal- artist Xagħri Antonio Apap.

Din l- informazzjoni hi mehudha mill- ktieb, Il- Gimgha Mqaddsa u l- Ghid il- Kbir  ta' Stanley Mangion u Christopher Magro.

Dan il- video huwa mehud mill- pagna ta' Facebook: Manny Buhagiar.

duluri_edited.jpg
marbut_edited.jpg
ort_edited.jpg
ecce_edited.jpg

Dawn l- erba' ritratti huma mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Xaghra Parish.

bottom of page