top of page

BRAZZI U BANKUNI

Fil- knejjes parrokkjali li nbnew lejn l- ahhar tas- seklu sbatax u l- bidu tas- seklu tmintax, tista' tghid li, minhabba l- istil tal-arkitettura taghhom, l- elementi kollha fuq gewwa li jzejnuhom huma ta' xejra barokka jew b' xi mod influwenzati minn dan l- istil. Dawk li hejjew id- disinji ta' statwi w ghamara li saret fihom, kollha harsu lejn mudelli li saru qabel fi knejjes ohra vicin, meta mhux ukoll 'l boghod aktar mix- xtut taghna. L- iskulturi li hadmu l- istatwi kollha li jimlew in- nicec fil- knejjes taghna, b' mod specjali dawk processjonali, imxew fuq mudelli li kienu jinsabu f' pajjizi bi tradizzjoni barokka qawwija, bhal nghidu ahna l- Italja, Spanja w anki Franza. Meta skultur ikun ghadda xi zmien jitharreg barra minn gziritna, malli jerga' lura f' pajjizu, mill- ewwel kien jinghata xogholijiet importanti. U anki, kif dejjem gara, madwaru jitrawmu skulturi ohra li forsi ma jkollhom qatt dik l- opportunita' bhalu li jitharrgu ma' skultur barrani famuz. Meta naqraw il- kuntratti bejn min jordna xi statwa u l- iskultur, mhux l -ewwel darba li n- nutar inizzel li l- istatwa trid tkun tixbah statwa li tkun saret minn skultur iehor u li tkun ghogbot lil klijent! Hekk kien jigri wkoll f' oggetti ohra bhalma huma altari, pulpti, gallariji tal- orgni, korijiet tal- injam w anki bradelli u bankuni li kienu jintuzaw ma' tip ta' statwi. Il- Bradella u l- bankun ta' tahta huma zewg elementi mill- ghamara tal- knisja li dejjem issibhom fejn l- istatwa tkun esposta fil- knisja ghal xi zmien u f' hafna mill- kazi din tkun ser tintuza ghal xi purcissjoni. L- istatwa tista tkun dik titulari jew marbuta ma xi fratellanza jew wahda ta' xi devozzjoni partikulari jew wahda minn sett ta' vari hekk imsejjha '' tal- Gimgha l- Kbira''. Dawn tal- ahhar huma tip ta' statwi li l- bradella w il- bankuni taghhom xi drabi huma differenti minn dawk fejn jintuza pedistal taht l- istatwa. Wiehde jifhem ghalhekk li min jiddisinja l- bradella w il- bankun irid dejjem jaghti kaz tal- funzjoni li ghalih ser jintuzaw. Il- bankun huwa biss il- bazi li sserrah fuqu l- bradella w li l- gholi tieghu huwa dejjem bejn wiehed w iehor, marbut mat- tul tar- reffiegha. B' danakollu hafna drabi l- bankun, artistikament, jinghata mportanza daqs il- bradella jew mhux aktar ukoll specjalment fil-kaz ta' statwa titulari. Hekk ukoll il- bradella, minnhabba l- fatt li din tintrabat ma' l- istatwa w tingarr flimkien maghha fil-purcissjoni, tkun dejjem moghtija attenzjoni f' dak li hu disinn u xoghol artistiku. Ghalkemm l- artist jew id- disinjatur huwa marbut ma' forma tradizzjonali ta' bradella izda xorta wahda ghandu ,hafna spazju fejn juri l- kapacita' tieghu. L- ewwelnett il- binja ta' bradella titlob hsieb kbir dwar it- toqol tal- istatwa w kemm sejrin jerfughha nies. Importanza kbira hija moghtja lill- 'arkitettura' tal- bradella. Mijiet ta' bradelli li ghalkemm jidhru l- istess imma dejjem ikollhom xi haga differenti. L-iskultura hafna drabi tizzewweg ma' l- arkitettura fi spazji li l- artist jaghzel b' reqqa kbira sabiex johloq bilanc li jpaxxi l-ghajn. Barra minnhekk l- artist ghandu hafna tipi ta' injam minn fejn jaghzel u mill- gharfien ta' dan il- materjal mhux biss jiddependi kemm isservi fiz- zmien il- bradella izda wkoll l- aspett estetiku taghha. Hawn wiehed ikun jista' jammira l-kapacita' tieghu bil- mod kif iqieghed flimkien injam ta' konsistenza u lewn differenti. Dan jidher b' mod specjali fejn jidhol l- interzjar fl- injam li mhux biss izejjen izda f' certi kazi jiddistingwi bradella minn ohra. Mhux rari li ssib ukoll xi elementi dekorattivi fil- fidda jew bronz li jkomplu jzidu fl- aspett estetiku w l- originalita' u l- kapacita' tal- artist.

L- informazzjoni rigward il- bradelli w il- bankuni hi mehudha minn artiklu li kiteb Dun Gino Gauci w li deher fil- ktieb: Festa Zejtun 2014. 

Ma' kull kantuniera tal- bradella, nsibu dawk li jissejjhu '' brazzi '', fejn l- uzu taghhom huwa biex jaghtu dawl tul it- triq fejn tkun ser tghaddi l- vara. Nistu nghidu illi hemm bosta tipi w ghamliet ta' brazzi differenti fil- purcissjonijiet taghna. Izejnu dawn il- brazzi nsibu wkoll il- globi fejn fl-  antik kienu jitfu xemgha tixghel go fihom, biss illum il- gurnata, id- dawl tal- bozza ha post dak tax- xemgha f' bosta purcissjonijiet. Bosta mill- brazzi nsibu li huma maghmulha mill- fidda, white metal u xi whud mill- bronz. F' din il- pagna ser naghtu harsa lejn il- brazzi w il- bankuni li naraw fil- knejjes taghna matul dan iz- zmien sabih tal- Gimgha Mqaddsa.

BRAZZI U BANKUNI

Fil- knejjes parrokkjali li nbnew lejn l- ahhar tas- seklu sbatax u l- bidu tas- seklu tmintax, tista' tghid li, minhabba l- istil tal-arkitettura taghhom, l- elementi kollha fuq gewwa li jzejnuhom huma ta' xejra barokka jew b' xi mod influwenzati minn dan l- istil. Dawk li hejjew id- disinji ta' statwi w ghamara li saret fihom, kollha harsu lejn mudelli li saru qabel fi knejjes ohra vicin, meta mhux ukoll 'l boghod aktar mix- xtut taghna. L- iskulturi li hadmu l- istatwi kollha li jimlew in- nicec fil- knejjes taghna, b' mod specjali dawk processjonali, imxew fuq mudelli li kienu jinsabu f' pajjizi bi tradizzjoni barokka qawwija, bhal nghidu ahna l- Italja, Spanja w anki Franza. Meta skultur ikun ghadda xi zmien jitharreg barra minn gziritna, malli jerga' lura f' pajjizu, mill- ewwel kien jinghata xogholijiet importanti. U anki, kif dejjem gara, madwaru jitrawmu skulturi ohra li forsi ma jkollhom qatt dik l- opportunita' bhalu li jitharrgu ma' skultur barrani famuz. Meta naqraw il- kuntratti bejn min jordna xi statwa u l- iskultur, mhux l -ewwel darba li n- nutar inizzel li l- istatwa trid tkun tixbah statwa li tkun saret minn skultur iehor u li tkun ghogbot lil klijent! Hekk kien jigri wkoll f' oggetti ohra bhalma huma altari, pulpti, gallariji tal- orgni, korijiet tal- injam w anki bradelli u bankuni li kienu jintuzaw ma' tip ta' statwi. Il- Bradella u l- bankun ta' tahta huma zewg elementi mill- ghamara tal- knisja li dejjem issibhom fejn l- istatwa tkun esposta fil- knisja ghal xi zmien u f' hafna mill- kazi din tkun ser tintuza ghal xi purcissjoni. L- istatwa tista tkun dik titulari jew marbuta ma xi fratellanza jew wahda ta' xi devozzjoni partikulari jew wahda minn sett ta' vari hekk imsejjha '' tal- Gimgha l- Kbira''. Dawn tal- ahhar huma tip ta' statwi li l- bradella w il- bankuni taghhom xi drabi huma differenti minn dawk fejn jintuza pedistal taht l- istatwa. Wiehde jifhem ghalhekk li min jiddisinja l- bradella w il- bankun irid dejjem jaghti kaz tal- funzjoni li ghalih ser jintuzaw. Il- bankun huwa biss il- bazi li sserrah fuqu l- bradella w li l- gholi tieghu huwa dejjem bejn wiehed w iehor, marbut mat- tul tar- reffiegha. B' danakollu hafna drabi l- bankun, artistikament, jinghata mportanza daqs il- bradella jew mhux aktar ukoll specjalment fil-kaz ta' statwa titulari. Hekk ukoll il- bradella, minnhabba l- fatt li din tintrabat ma' l- istatwa w tingarr flimkien maghha fil-purcissjoni, tkun dejjem moghtija attenzjoni f' dak li hu disinn u xoghol artistiku. Ghalkemm l- artist jew id- disinjatur huwa marbut ma' forma tradizzjonali ta' bradella izda xorta wahda ghandu ,hafna spazju fejn juri l- kapacita' tieghu. L- ewwelnett il- binja ta' bradella titlob hsieb kbir dwar it- toqol tal- istatwa w kemm sejrin jerfughha nies. Importanza kbira hija moghtja lill- 'arkitettura' tal- bradella. Mijiet ta' bradelli li ghalkemm jidhru l- istess imma dejjem ikollhom xi haga differenti. L-iskultura hafna drabi tizzewweg ma' l- arkitettura fi spazji li l- artist jaghzel b' reqqa kbira sabiex johloq bilanc li jpaxxi l-ghajn. Barra minnhekk l- artist ghandu hafna tipi ta' injam minn fejn jaghzel u mill- gharfien ta' dan il- materjal mhux biss jiddependi kemm isservi fiz- zmien il- bradella izda wkoll l- aspett estetiku taghha. Hawn wiehed ikun jista' jammira l-kapacita' tieghu bil- mod kif iqieghed flimkien injam ta' konsistenza u lewn differenti. Dan jidher b' mod specjali fejn jidhol l- interzjar fl- injam li mhux biss izejjen izda f' certi kazi jiddistingwi bradella minn ohra. Mhux rari li ssib ukoll xi elementi dekorattivi fil- fidda jew bronz li jkomplu jzidu fl- aspett estetiku w l- originalita' u l- kapacita' tal- artist.

L- informazzjoni rigward il- bradelli w il- bankuni hi mehudha minn artiklu li kiteb Dun Gino Gauci w li deher fil- ktieb: Festa Zejtun 2014. 

Ma' kull kantuniera tal- bradella, nsibu dawk li jissejjhu '' brazzi '', fejn l- uzu taghhom huwa biex jaghtu dawl tul it- triq fejn tkun ser tghaddi l- vara. Nistu nghidu illi hemm bosta tipi w ghamliet ta' brazzi differenti fil- purcissjonijiet taghna. Izejnu dawn il- brazzi nsibu wkoll il- globi fejn fl-  antik kienu jitfu xemgha tixghel go fihom, biss illum il- gurnata, id- dawl tal- bozza ha post dak tax- xemgha f' xi whud mill- purcissjonijiet. Bosta mill- brazzi nsibu li huma maghmulha mill- fidda, white metal u xi whud mill- bronz. L- uniku sett vari li ma nsibux brazzi maghhom, huma dawk ta' Hal- Qormi, filwaqt li gewwa Haz- Zebbug insibu xemghat twal. F' din il- pagna ser naghtu harsa lejn il- brazzi w il- bankuni li naraw fil- knejjes taghna matul dan iz- zmien sabih tal- Gimgha Mqaddsa.

IL- BRADELLI W IL- BANKUNI

278347377_305575305024910_2127267623409285939_n_edited.jpg

HAL- QORMI

HAL- GHAXAQ

277976594_400158321535621_8214127583467158763_n_edited.jpg
309333882_447361840564573_1288246137028354752_n_edited.jpg

RAHAL  GDID

HAL- LUQA

new2_edited.jpg
17918921_1252811424814305_39192148_n_edited_edited.jpg

L- ISLA

IL- MOSTA

NEW1_edited_edited.jpg
NEW.jpg

HAZ- ZEBBUG

IN- NAXXAR

N2.jpg
NEW_edited.jpg

IR- RABAT

BORMLA

Fis- sena 1969, sar il- lostru tal-bradella tal- istatwa tar- Redentur minn Guzeppi Balzan, missier il- Kan. Dun Vincenz Balzan, Ex-Arcipriet taz- Zurrieq. Sena wara f- 1970, Din is- sena sar il- lostru tal-bradelli kollha l- ohra mill- istess Guzeppi Balzan. Saret bradella u bankun tal- Ecce Homo, gdida. 

new_edited.jpg

Fis- sena 1969, sar il- lostru tal-bradella tal- istatwa tar- Redentur minn Guzeppi Balzan, missier il- Kan. Dun Vincenz Balzan, Ex-Arcipriet taz- Zurrieq. Sena wara fl- 1970, sar il- lostru tal- bradelli kollha l- ohra mill- istess Guzeppi Balzan. Saret bradella u bankun tal- Ecce Homo, gdida. Fl- 1973, sar bankun gdid bl- iskultura fuq il- faccata ta’ quddiem tal- Vara l- Kbira fuq disinn tal- iskultur Zurrieqi Salvu Bugeja. Skultura fl- injam ta’ Joe Sultana minn Haz- Zabbar. Matul is- sena 1974, saru bankun u bradella gdida, rrangata bl- iskultura fuq quddiem ghall- istatwa tad-Duluri, disinn u xoghol ta’ Salvu Bugeja u xoghol fl- injam ta’ Charlie Sultana. Il- bankun tal -Vara l- Kbira gie komplut bl-iskultura b’ seba’ kelmiet mill- istess Salvu Bugeja. Is- sena ta' wara, jigifieri fl- 1975, saru zewg bankuni u bradella bl- iskultura fuq il-faccata ta’ quddiem ghall- Kolonna u l- Ecce Homo, disinn u skultura ta’ Salvu Bugeja u xoghol fl- injam minn Charlie Sultana minn Haz- Zabbar. Fl- 1976, saret il- kumplament tal- iskultura tal- bradella tad- Duluri bis- sebgha duluri tal-Madonna mill- iskultur Salvu Bugeja. Fis- sena 1977, sar bankun gdid u bradella, rrangata bl- iskultura fuq il- faccata ta’ quddiem ghall- istatwa tar- Redentur. Disinn u xoghol ta’ Salvu Bugeja u xoghol fl- injam ta’ Charlie Sultana ta’ Haz- Zabbar. Sar ukoll il- kumplament tal- iskultura tal- bradella u bankun tal- istatwa tal- Ecce Homo, bil- misteri, xoghol ta’ Salvu Bugeja. Matul is- sena 1978, saru bankun u bradella gdida tal- Vara tal- Ort, kompluta bl- iskultura fuq il- faccata ta’ quddiem. Disinn u skultura ta’ Salvu Bugeja u xoghol fl- injam ta’ Charlie Sultana ta’ Haz- Zabbar. Fl- 1979, saru l-bankun u r- restawr tal- bradella tal- Veronika, waqt li saret l- iskultura fuq il- faccata ta’ quddiem ukoll. Disinn u skultura ta’ Salvu Bugeja u x- xoghol tal- injam ta’ Charlie Sultana. Fl- 1980, giet kompluta parti mill- bradella tar- Redentur, waqt li sena wara, fl- 1981, giet kompluta parti mill- iskultura tal- bradella tal- Ort. Fl- 1982, giet kompluta l- iskultura tal-bankun tar- Redentur minn Salvu Bugeja u fl- 1983 saret il- kumplament tal- iskultura mal- bankun tal- Ort minn Salvu Bugeja. Fis- sena 2019, gew imzanzna l- bankun u l- bradella ta' Guda li nhadmu paricc is- sett. Ix- xoghol fuqha beda fis- sena 2017 u giet mahduma minn Lomax.

Din l- informazzjoni hija mehudha mill- pagna ta' Facebook: Il- Gimgha Mqaddsa f' Bormla.

new_edited.jpg

IZ- ZEJTUN

Il- Bradella tal- Vara l- Kbira nħadmet mis- Sur Vince Abela fis- sena 2018 u hija magħmula mill- injam tal- ġewz Amerikan u nterzjata b' injam tal- larinġ. Din hija opra artistika, b’ xogħol ta’ livell għoli ħafna fl- interzjar u li tinkludi fiha anke’ rħam Lapis Lazuli (irħam blu), ornamenti tal-fidda u Madreperla.

Ta' min jgħid, li l- Vara l- Kbira qatt ma kellha bradella ta’ dan it- tip, u għaldaqstant din se tkun qiegħda tikkumplimenta mal- bqija tal-bradelli l- oħra uniċi li hemm mal- vari tal- Ġimgħa l- Kbira. Il- Bankun ukoll sar ġdid u nħadem minn ‘Abdilla Wood Works’, il- lostru tat- tajjara u xogħol fil- ħadid ħadmuh is- Sur Ludrick Vella u s- Sur Emanuel Spiteri rispettivament, filwaqt li l- fidda li nsibu mal- bradella nħadmet minn ‘Tarcisio Cassar Gold & Silver Manufacturer’. Il-xogħol tal- bradella tħallas kollu mill- beneffattur is- Sur Joe Spiteri u l- lostru mill- Kumitat Festi Ġimgħa l- Kbira, filwaqt li l- bankun tħallas mill- istess Kumitat flimkien maż- żewg sidien tal- lasti. Il- bradella nfetħet uffiċjalment għall- pubbliku nhar il- Ħadd 18 ta' Marzu, fl- Oratorju tas- Sagrament, u ġiet inawgurata waqt kunċert ta' Mużika Sagra mill-‘ Cappella Diacono’, taħt il- patroċinju tal- E.T. Mons. Charles J. Scicluna, nhar l- Erbgħa 21 ta' Marzu 2018. Fis- sena 2014, giet imzanzna l- bradella ta' Guda. Din ħadimha is- Sur Vince Abela u fiha nistgħu naraw xoghol ta' livell għoli ħafna fl-interzjar. Il- Bankun ukoll sar gdid u nħadem mis- Sur George Cassar. Ix- xogħol tal- fidda li nsibu fil- bradella nħadem mis- Sur Anthony Aquilina. Il- xogħol tal- bradella tħallas mis- sidien tal-lasti w il- lostru tħallas mill- Kumitat Festi Ġimgħa l- Kbira. Minn naħa l- oħra l- bankun tħallas mill- Knisja peress li din ħadet għall- uzu l- bradella w il- bankun l- antiki. Din il- Bradella nfetħet għall- pubbliku nhar l- Erbgħa 9 t' April fl- Oratorju, u ġiet inawgurata waqt kuncert ta' Mużika Sagra fil- Knisja Parrokkjali nhar it-Tlieta 15 t' April 2014.

Din l- informazzjoni hija mehudha mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- Kbira Zejtun.

IL- BIRGU

new 1.jpg
336819110_2004587766542158_7472878760751606782_n.jpg

IL- GHARGHUR

VALLETTA

339402073_242047584999497_5640898957467888266_n.jpg
29829785_1566167880145323_2016638642_o_edited.jpg

IR- RABAT
(KATIDRAL)

Il- progett fuq dawn il- gmiel ta' bankuni beda fis- sena 2015, fejn l- artist Ghawdxi Manwel Grech ghamel id- disinn u x- xoghol sar mill- kumpanija Zammit Woodworks. L- ewwel bankun inhadem ghal- istatwa tar- Redentur, fejn imbaghad 

fis- sena 2016, inhadem il- bankun tal- Ort. Fis- sena 2017 ix- xoghol tkompla w tlesta l- bankun tal- Monument, waqt li fl- 2020 inhadmu l- bankuni tal- Marbut u dal- Ecce Homo. Fis- sena 2022 jintlesta dan il- progett, fejn saru l- bankuni tal- Vara l- Kbira w dak tad- Duluri.

IN- NADUR

337459355_645217267419299_6772081353377878361_n_edited.jpg
337044484_251845613943125_1670399215998084423_n_edited.jpg

IZ- ZEBBUG

IX- XEWKIJA

337362661_160725276911144_2303062502302339005_n.jpg
337286370_771810744536992_361334607044055312_n.jpg

IX- XAGHRA

IL- QALA

338329320_233235332551280_3907417632165532525_n_edited.jpg

IR- RABAT
(BAZILIKA)

337142471_232654429321180_4147084287178664031_n.jpg

IL- BRAZZI W IL- GLOBI

L- ISLA

17919050_1252811391480975_1055983203_n_edited.jpg
29748216_1566805946748183_647929968_o.jpg

IR- RABAT
 

IL- MOSTA

338143316_642216091024518_5228612286238360383_n.jpg
309053531_413238287622907_9174664294436882890_n.jpg

BORMLA
 

IL- BIRGU

308675895_1565167550607400_2297316167299298744_n.jpg
b_edited.jpg

IZ- ZEJTUN
 

RAHAL  GDID

28642591_1541669592595152_2091073485_o_edited.jpg
b_edited.jpg

HAL- LUQA
 

IL- GHARGHUR

334882633_1691974771643278_8343843049960554463_n_edited.jpg
337476338_484548593812623_1415962872224720402_n.jpg

VALLETTA
 

IN- NAXXAR

Brazzi Naxxar.jpg
337562398_785431786384006_6496086999134987907_n.jpg

HAZ- ZEBBUG
 

HAL- GHAXAQ

337653821_662785125857009_98146415493153434_n_edited.jpg
29666487_1566167933478651_70744937_n_edited.jpg

IR- RABAT
(KATIDRAL)

Dawn is- sett ta' brazzi huma pjuttost ricenti, fejn inhadmu fil- metal mill- artist Ghawdxi Joseph Vella fuq id- disinn ta' Manwel Grech. L- erba' brazzi tad- Duluri, gew jiswew is- somma ta' €750 -il wieħed, waqt li t- tmien brazzi, tal- Marbut u l- Ecce 

Homo swew €650 -il wieħed u l- globi ghas- somma ta' €50 -il wieħed.

IR- RABAT
(BAZILIKA)

338159543_261738132874412_4997619633358844129_n.jpg
N1.jpg

IL- QALA
 

IX- XAGHRA

339130348_725157082725121_4232436434073505570_n.jpg
337864806_114582738262730_2441201659481988124_n.jpg

IN- NADUR
 

IX- XEWKIJA

337192060_617527220239468_8424442582871186948_n.jpg
336941467_1422286568587421_2580571022002199748_n.jpg

IZ- ZEBBUG
 

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page