top of page

STATWARJI

(Statwi f' minjatura)

F' din is- sezzjoni se nagħtu ħarsa fid- dettal lejn l- istatwarji li għandna fil- Gżejjer Maltin. Insibu bosta artisti ta' esperjenza kbira fostna u li diġa' huma magħrufa mad- dilettanti tal- Ġimgħa Mqaddsa u oħrajn li għadhom żgħar u għadhom fil- bidu tal- karriera tagħhom f' dan il- qasam. Minn naħa tagħna għamilna minn kollox biex nippruvaw niksbu tagħrif u nformazzjoni kemm nistu' biex flimkien naqsmuha magħkom id- dilettanti. Xi wħud mill- artisti sfortunatament ħallewna u ma kienx faċli għalina li nsibu tagħrif dwarhom. Nittamaw li l- informazzjoni li se nxerrdu magħkom tkun ta' benefiċċju biex niskopru aktar it- talent ta' dawn l- istatwarji lokali.

PIERRE BUGEJA

Pierre Bugeja twieled fis- 17 ta' Dicembru tas- sena 1962  u  għal sitta w għoxrin sena ħadem mal- akkademja tal- pulizija. Miżżewweġ lil Alexandra fis- 16 ta' Mejju 1989 u għandu żewġt itfal bl- isem ta' Tyrone u Roxanne. Matul is- snin tiegħu fl- akkademja tal- pulizija huwa kien jorganizza w imexxi il- wirja "Last Super of Our Lord Jesus Christ" (1991 - 2007).

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Pierre Bugeja 

Huwa jhobb hafna l- football u jissapportja t- team ta' Milan u kif ukoll in- nazzjonal Taljan. Pierre, jaffaxxinah dak kollhu li

 

ghandu x' jaqsam mal- arti w il- mudellar. Studja c- ceramika w l- imudellar fuq it- tafal gewwa Targa Cap. Attenda l-

 

iskola tal- Arti mill- 1977 sal- 1980. Ghal Pierre ix -xoghol tal- Arti minn dejjem kien ibaqbaq f' demmu w minn ta' eta

 

bikrija kont issibu jilghab u jahdem bil- pastelina flok gugarelli bhal tfal ohra. Huwa kien johloq bosta mudelli zghar u fis-

 

sena 1980 kien spicca l- ewwel f' kompetizzjoni ta' figurini Religjuzi mahdumin bit- tafal. L- ewwel sett ta' statwi marbuta

 

mal- Gimgha Mqaddsa li hadem Pierre Bugeja imorru lura ghas- sena 1985 u jinsab gewwa Haz- Zebbug. Illum il-

 

gurnata dan l- artist insibuh jahdem fil- kamra ckejkna tieghu gewwa Bormla w huwa maghruf sew mad- dilettanti ta' dan

 

il- passatemp.  

L- informazzjoni rigward Pierre mehudha mill- pagna ta' Facebook: Pierre Bugeja

ANTONIO MIFSUD

Antonio Mifsud huwa statwarju Hamruniz u zzewweg lil Ruth Mifsud DeBattista fit- 18 ta' Dicembru tas- sena 2004. Fis- sena 1987 beda jistudja gewwa s- seminarju tal- Virtu, fejn hemmhekk gradwa. Dan l- artist jahdem fuq zewg stili - Dak tradizzjonali, jiġifieri l-figurattiv, fejn inti qed tara xi ħaġa u qed tifhem x’inhi għax hi figura imma mbagħad 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Antonio Mifsud 

jagħmel ukoll xogħol astratt  u kif ukoll l- iskultura tar- riljiev, speċjalment l- alto-riljiev; meta l-iskultura toħroġ sewwa l-

 

barra minnha nfisha. Missier l- imghallem ta' Antonio kien l- iskultur Wistin Camilleri, skultur li għamel bosta xogħlijiet li

 

baqgħu msemmija, fostom il- Monument tal- Mosta. Hawnhekk nirrejalizzaw mill- ewwel li Antonio tghallem taht Alfred

 

Camilleri Cauchi. Jghid li kien missieru li hadu ghandu w kienet opportunita li hu accetta bis- shih. Apparti l- iskultura,

 

dan l- istatwarju jhobb ukoll il- pittura w jghid illi togghbu għax japprezza ħafna l- isfumaturi tal- kuluri. Fil-fatt Antonio

 

jagħmel xogħol astratt tassew partikolari fejn iħallat l-istruttura flimkien mal-pittura. Ix- xogħol proprju ta’ Antonio huwa ta’

 

ners fl- ITU fit- taqsima fejn isiru l- operazzjonijiet tal- qalb. Ghal dan l- artist l -arti nfisha tikkonsisti f’ diversi oqsma

 

w għandha ħabta tifrex dawn il- friegħi tagħha f’ qalb l- artist u tħajjru jimraħ f’ oqsma oħra. Antonio huwa wkoll imħarreġ

 

fit- teknika tal- kamera w il -produzzjoni televiżiva. Xogħlijietu jinkludu diversi dokumentarji, bl- aktar wieħed magħruf

 

fostom huwa l- programm ‘Bottega’ illi fl- 2007 ġie nnominat fil-kategorija ‘Best Documentary’ fil- Malta TV Awards.

L- informazzjoni rigward Antonio mehudha mis- sit: www.FionaVella.com

SHAWN SALIBA

Shawn Saliba, Skultur żgħażugħ Mosti, twieled fil- 25 ta’ Lulju 1986.  Minn eta’ żgħira kellu ġibda lejn ix- xogħol ta’ l-Arti speċjament l- Arti Sagra, kemm pittura kif ukoll skultura.  Ta’ 19 -il sena beda l-istudju tiegħu ġewwa l- iskola ta’ l- Arti, l- Belt Valletta. Beda jistudja il- mudellatura fit- tafal taħt il- mibki s- Sur Joseph Casha, ix- xogħol tal- forom

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Shawn Saliba

taħt id- direzjoni tas- Sur Emanuel Cardona w l- istorja ta’ l- Arti mas- Sur Christian Attard.  Aktar il- quddiem għamel

 

esperjenza mas- Sur Joseph Chetchuti, ġewwa l- Funderija Artistika f’ Ħal Luqa fejn tgħallem it- teknika tal- bronż u għen

 

fuq diversi monumenti, fosthom Santa Marija w San Ġużepp, xogħol l- iskultur Malti Ċensu Apap, li jinsabu iżejnu iz-

 

zuntier tal- knisja Rotunda tal- Mosta, kif ukoll dak ta’ l- isptar Mater Dei xogħol ta’ l- iskultur Chris Ebejer.  Għal madwar

 

tlett snin, Shawn Saliba ħadem mal- kumpanija Laga Silversmiths ġewwa Ħal- Luqa fejn tgħallem it- teknika tax- xoghol

 

tal- Fidda. Ġewwa lis- studju tiegħu fil- Mosta, Shawn beda jaħdem fuq diversi statwi, kemm xogħol f’ minjatura kif ukoll

 

xogħol ta’ statwi lifesize maħduma fil- kartapesta w terracotta. Minbarra diversi xogħolijiet li jinsabu fid- djar Maltin, insibu

 

xogħol ieħor kemm fi knejjes u kappelel w anke barra minn xtutna.  Fost oħrajn insibu tlett statwi proċesjonali maħduma

 

fil- kartapesta, li Shawn ħadem lill-  emigranti Maltin ġewwa Sydney fl- Awstralja.   Dawn huma, statwa ta’ Santa

 

Marija, oħra ta’ Kristu Irxoxt w oħra ta’ San Ġorġ Preca.

L- informazzjoni rigward Shawn mehudha mils- sit: www.tvm.com.mt

PAWLU MUSCAT

Skultur iehor Malti li zgur huwa popolari mad- dilettanti huwa Pawlu Muscat. Twieled fid- 9 ta' Novembru tas- sena 1969 u huwa minn B' Kara. Izzewweg lil Terry Muscat fis- 6 ta' Mejju tal-1995 u ghandu zewgt itfal: Elena w Andreas. Pawlu minn dejjem kien affaxxinat b' dan id- delizzju w f' eta tenera ta' erba' snin kien mar joqghod fi Triq il- Kbira, B' Kara, fejn 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Pawlu Muscat

hemmhekk kellhom id- drawwa li jarmaw għall- festa bil- lejl u hu kien joqgħod lejl sħiħ fil- gallarija flimkien m’ommu biex

 

joqgħod josservahom jarmaw il- pavaljuni tal- karti. Ta’ xi tmien snin beda jmur il- maħżen tal- għaqda tal- armar fejn

 

kien joqgħod jifli x’ inhu jsir u kultant jagħti daqqa t’ id u njiżbogħ xi ħaġa żgħira. Imbagħad ta’ xi tnax il- sena dahal 

 

bħala fratell mal- fratellanza tas- sagrament. Ta’ erbatax -il sena qala' l -ewwel sett vari tal- Ġimgħa l- Kbira mingħand

 

zijuh u minn hemm nibet l- interess tiegħu f’ dan il- qasam. Jiftakar li darba minnhom kellu pastur u ddeċida li jibdlu

 

f ’Santa Liena. Għalhekk qabad naqra plasticine w żid minn hemm u naqqas minn hawn, iffurmah fi statwa tagħha kif kien

 

jaf hu. Għamlilha wkoll kuruna fuq rasha li tinqala’ w min jaf kemm lagħbu biha taparsi qed jinkurunawha fil- festa. Beda

 

billi għall- ewwel kien joqgħod jesperimenta hekk, billi jifred partijiet tal- ġisem minn vari w pasturi differenti w jibdilhom

 

f’ xi personaġġ ieħor li jkun jixtieq hu. Eventwalment beda jipprova jagħmel il- pasturi tat- tafal tiegħu w għalkemm

 

ovvjament tal- ewwel kienu ta’ kwalità fqira, ftit ftit beda jrawwem lilhu nnifsu f’ din is- sengħa. Beda bil- fratelli

 

w imbagħad kompla jżid wieħed wara l- ieħor. Għamel madwar għaxar snin jaħdimhom u għalhekk huma għal

 

qalbu ferm. L- insistenza tan- nies biex tixtri x- xogħol tiegħu, finalment ħajritu biex jibda jaħdem xi ftit pasturi w vari għall-

 

bejgħ. Pawlu jghid li kien qed jipparteċipa f’ Casal Fornaro f’ Ħal- Qormi fejn qgħad juri lill- pubbliku kif isiru l- pasturi w il-

 

vari. Bla ma jaf kif, jghid li sab ruħu bin- nies jordnawlu x- xogħol u minn hemm bin- naqra n- naqra spiċċajt jbiegħ anki lil

 

tal- ħwienet.

L- informazzjoni rigward Pawlu mehudha mis- sit: www.fionavella.com

JESMOND MICALLEF

L- istatwarju Jesmond Micallef twieled fix- xahar ta' Jannar tas- sena 1973 u huwa mir- rahal ta' Hal Luqa. Illum il- gurnata joqghod gewwa Hal- Qormi, huwa mizzewweg u ghandu zewgt itfal. Jesmond studja s- sengha tal- arti gewwa l- Belt Valletta w sa ma' kellu 24 sena kien membru tal- Muzew. Dan l- istatwarju jghidilna li s- sengha tat- 

Dan ir- ritratt migbud minn Max Cassar u mehud mill- pagna ta' Facebook: Jesmond Micallef

terracotta togghbu mmens Ghal daqstant ix xoghol li jahdem hu huwa fit- terracotta. Ghalkemm Jesmond ihoss u ghandu

 

ghal qalbu hafna l- Milied jahdem ukoll xi xoghol ta' figuri ghal Gimgha Mqaddsa fejn ghandu diversi xoghlijiet mxerrdin

 

ma gziritna. Apparti Malta, Jesmond jghidilna wkoll li ghandu xi xoghlijiet ohra f' pajjizi barranin bhal Spanja, l- Awstrija w

 

anke fl- Italja. Fl- ahhar kliem tieghu jghidilna li "Ihoss li din l- arti ( artigjanat, tradizjoni ), jekk ma tresqekx lejn Alla ma

 

jkunx qed jintlahaq dan li jkun ghamel".

INDRI ATTARD

Statwarju iehor bravu w li mad- dilettanti tal- Gimgha Mqaddsa hu maghruf sew, bla dubju huwa l- artist Indri Attard. Imwieled nhar is- 16 ta' Frar, tas- sena 1980 gewwa l- Belt ta' Haz- Zebbug. Huwa mizewweg lil Analise w ghandhom tlett itfal. Bhal kull statwarju iehor, Indri ghamel l- istudju tieghu f' din l- arti, fejn l- ewwel studja gewwa li School 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Indri Attard

Of Art, il- Belt Valletta u wara kompla dan l- istudju gewwa l- iskola tal- Arti, Salvatore Dimech, flimkien ma l- iskultur

 

Angelo Micallef u mal- pittur w induratur, l- artist Pawlu Galea tar- Rabat. Bejn is- sena 1994 u l- 1997, Indri studja l-

 

anatomija ma l- istess surmastrijiet. Hadem numru ta' statwi marbuta mal- Passjoni l- aktar f' minjatura originali. Indri, ma

 

jahdimx biss fuq minjatura w bhalha statwi maghrufa li hadem ghall- knejjes insibu r- Redentur li hemm fil- Parrocca ta'

 

Santu Wistin fil- Belt Valleta. Apparti r- Redentur, fl- istess knisja ghandu wkoll l- istatwa ta' Kristu Rxoxt. Aktar xoghlijiet li

 

hargu minn taht idejn dan l- istatwarju nsibuhom fil- kappella ta' Santa Marija f' Haz- Zebbug, fil- kappella ta' San Pawl f'

 

H' Attard w anke statwa ta' San Filippu djaknu gewwa Aggira, fi Sqallija. Indri, hadem ukoll diversi statwi ghal wirjiet u

 

kollezzjonijiet privati.

PUBLIO MAGRO

Hawnhekk ser nitkellmu dwar artist iehor li zgur m' ghandhux bzonn ta' ntroduzzjoni, artist li minn taht idejh hargu diversi opri nteressanti. Qed nirreferu ghal istatwarju Publio Magro, fejn ma bosta huwa maghruf bhalha l- Pullu. Publio, twieled gewwa l- Furjana, nhar it- 2 ta' Frar, tas- sena 1951 w huwa mizzewweg lil Lucia. Beda jitghallem is- sena tal- 

pullu_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Publio Magro

induratura mal- artist Emmanuel Farrugia tal- Imdina w fl- istess hin u post ma Pawlinu Bugeja. Tghallem l- iskultura

 

gewwa l- iskola tal- Arti, fil- Belt Valletta. Taht Samuel Bugeja, Publio, tghallem id- disinn waqt li l- mudellatura taht 

 

Vincenzo Apap u Gorg Borg. Publio, ilhu jahdem dan ix- xoghol, bejn wiehed w iehor mis- sena 1969 u ghadu attiv sal-

 

lum. Irrestawra w  indura diversi statwi fosthom l- istatwa ta' San Publju tal- Furjana. Publio, jaghmel ukoll il- wirja

 

personali tieghu gewwa Rahal Gdid, fejn fiha jesebixxi sett ta' vari mahduma minnhu stess.

RENZO GAUCI

Gauci twieled gewwa Hal- Tarxien fid- 29 ta' Marzu tas- sena 1959 u ha l- formazzjoni artistika tieghu fl- iskola tal- Arti Governattiva taht Carmelo Schembri, John Pace,Vincent Apap, Anton Calleja w Joseph Cassar. Renzo, hu restawratur, disinjatur, skultur u statwarju li beda jahdem fil- kartapesta fl- 1979. Tul is- snin, Gauci pproduca diversi statwi li 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Renzo Gauci

jintramaw fit- toroq fil- festi titulari, pedestal u bradella tat- titular tal- Fgura w nicca ghat- titular tal- parrocca Marija

 

Regina tal- Marsa flimkien ma diversi oggetti ohra li jintuzaw fil- knejjes. Hu ghandu l- istudjo tieghu f' Hal Tarxien. Gauci 

hadem tliet vari processjonali tal- Gimgha Mqaddsa ghal Hal Gharghur li huma: l- Ecce Homo (1990), ir- Redentur

 

(1991), u l- Veronika ( 1993). Ghal Hal- Qormi (parrocca San Gorg) iddisinja r- rakkmu tal- bellus tal- Monument (2003)

 

filwaqt li fil- knisja tal- Ghasri f' Ghawdex jintramaw il- vari tar- Redentur u Kristu Mejjet (it- tnejn 2003) li, pero, ma

 

jinhargux f' purcissjoni. Renzo halla din id- dinja, nhar it- 30 t' Awissu tas- sena 2018, fl- eta' ta' 59 sena.

L- informazzjoni rigward Renzo Gauci mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima 

NAZZARENU GAUCI

Nazzarenu Gauci msejjah bhala l- imghallem ta' l- istatwetti, twieled gewwa z- Zejtun nhar is- 7 t' Awissu tas- sena 1927. Huwa iben Dizma Gauci u Anna mwielda Barbara. Trabba ma' nannuh Gio Batta u minn ckunitu kellu hajra artistika. L- ewwel bicca xoghol kbira tieghu kienet wirja Golgotha, u minn dak iz- zmien beda jahdem settijiet ta' statwetti tal- Gimgha l- Kbira w ta' diversi qaddisin, kif ukoll pasturi kbar tal- Milied, imfittxija minn dilettanti f' hafna 

Nazzarenu%20Gauci_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mis- sit: artbyzejtunppl.wordpress.com.

parrocci ta' Malta. Mhux l- ewwel darba li l- pasturi kbar tieghu hadu l- ewwel premju f' kompetizzjonijiet. Fl- 1950

 

izzewweg lil Michelina, maghrufa bhala Nina Ferriggi minn Bormla, u kellhom tifel li sar sacerdot - Dun Gino Gauci, bhal

 

missieru mitfugh fuq l- arti, l- aktar ekklezjastika.

L- informazzjoni rigward Nazzareno Gauci hi mehudha mis- sit: artbyzejtunppl.wordpress.com.

NOEL CAUCHI

Noel Cauchi twieled il- Fgura fil- 25 ta' Jannar tas- sena 1973, beda l- iskola primarja ta' Rahal Gdid u fl- iskola sekondarja tal- istess rahal.
Wara erba' snin ta' studju fl- iskola tas- snajja Abraham Gatt ta' Bighi, u wara li studja bl- akbar serjeta, beda jitghallem l- iskultura ma' Nazzareno Gauci maghruf bhala d- Dizma, miz- Zejtun.
Noel gab ic- certifikati kollha tas- City and Guilds ta' Londra fis- sengha ta' electrician. Hu kien jahdem il- Malta 

Noel%20Cauchi%201_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Wirja Sanctae Crucis.

International Airport ghal diversi snin. Mindu kien ta' eta zghira Noel kien jinteressa ruhu fix- xoghol tat- tafal u l- 

 

mudellatura w beda jaghmel xi pasturi, wara xi snin ta' prattika hadem xoghol privat, hafna minnu mifrux f' diversi bliet u

 

rhula Maltin. Barra li hadem kwantita ta' settijiet ta' kull daqs ta' minjaturi ta' vari tal- Gimgha l- Kbira w statwi titulari,

 

hadem ukoll bosta pasturi ghal hafna dilettanti tal- presepji. Noel, li kien joqghod gewwa z- Zurrieq, kien mizzewweg lil

 

Tania w kellu zewg itfal, it- tifla Rebecca w it- tifel Jacob. Sfortunatament dan l- istatwarju bravu u mimli talent kien halla

 

lil din id- dinja tragikament nhar is- Sibt 14 ta' Novembru tas- sena 2009, fl- eta' ta' 36 sena.

LINO FARDELL

Bla ebda dubju Lino Fardell kien statwarju iehor li kien maghruf għall- passjoni li kien jitfa’ f’ xogħolu kif ukoll għall-għarfien kulturali tiegħu. Lino tgħallem ma’ Nazzareno Gauci magħruf bħala d- Diżma. Beda f' dan ix- xoghol fis- sena 1996, fejn kien jaghmel il- pasturi tal- Milied u l- istatwi tal- Gimgha Mqaddsa. Kienet il- mara ta' Nazzarenu Gauci li nkoraggitu biex ikompli din it- tradizzjoni halli ma tintilifx. Lino kien persuna li dejjem kien jara x' ser jivvinta biex joqtol il- hin.

Lino%20Fardell_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: The People Of Malta.

JENNINGS FALZON

Imwieled f’ Novembru 1986, Jennings huwa statwarju minn gewwa Naxxar. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu gewwa l-MCAST - fl-Istitut tal- Arti u d-Disinn - u li segwa kors fil- Belle Arti, u kiseb B.A (hons) mill- Università ta' Fraunhofer–Gesellschaft f' Beriln fis- sena 2011. Tul l- istudji tiegħu fl -arti, l-iskultura figurattiva baqgħet

Jennings Falzon.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Anima Art Studio.

l -interess primarju tiegħu. Ix- xogħol tiegħu spiss juri nfluwenzi drammatiċi w allegoriċi mill- mitoloġija Griega w skultura
 
klassika minn imgħallmin antiki, mis- seklu 16 u 17, barra minn hekk, mimli bl- influwenzi letterarji mill- poeżija epika tas-
 
seklu 14, The Divine Comedy ta’ Dante Alighieri li tiffoka fuq l- ispiritwalità, tama, fidwa, ħajja, mewt u ħajja ta’ wara. Dawn
 
l- emozzjonijiet u s- simboliżmi li nsibu fix- xogħol ta’ Falzon, jiġu sfruttati b’ mod innovattiv permezz tal- użu ta’ diversi
 
materjali w mhux jillimitawh għal mezz wieħed. Fl- 2010 intgħażel biex jesebixxi x- xogħol tiegħu barra minn Malta
 
f' Demark Bornholm, f' konkors taċ- ċeramika fejn kull Ewropew kellu 2 artisti magħżula biex jipparteċipaw. Wara din l-
 
esperjenza kompla jiffjorixxi w matul dawn l- aħħar snin, Jennings kien ipparteċipa f' numru ta' wirjiet kollettivi
 
w individwali f' Malta u kien għamel ukoll numru ta' xogħlijiet ikkummissjonati. Fl- 2018 kien mistieden jesebixxi x-
 
xogħlijiet tiegħu f' Sofia, il- Bulgarija. Din l- esperjenza kompliet ittejjeb il- mod kif iħares lejn is- settur tal- arti minħabba l- 

kulturi differenti. Fl- 2019 ukoll kellu l- opportunità li joħloq Presepju tan- Natività ta’ 40 pied, ta’ daqs naturali għall-

Kampus tal- Università fi Vienna, li ħalla impatt kbir.

L- informazzjoni rigward Jennings mehudha mis- sit: JenningsFalzon.com.

CHRIS MICALLEF

L- artist Christopher Micallef, twieled fl- 24 ta' Frar, tas- sena 1977 u hu dilettant kbir tal- vari tal- Gimgha l- Kbira. Apparti minn hekk hu artist li jahdem l- aktar fuq statwi religjuzi f' minjatura u restawratur. In- namra lejn il- vari tal- Gimgha Mqaddsa bdiet minn mindu kien tifel, fejn kien jitghaxxaq jara l- wirjiet li jsiru f' dan iz- zmien. Il- familja tieghu kienu jzuru diversi wirjiet madwar Malta w minn hemm nibtet din in- namra. Chris ihobb ukoll il- Milied, imma l- Gimgha l- Kbira hija prijorita.

Chris Micallef.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Art Chris Micallef.

RUPERT DELIA

Rupert huwa artist fil- minjatura minn ġewwa ż- Żejtun. Twieled nhar il- 5 ta' Diċembru, tas- sena 1972. Iżżewweġ lil Helen, fis- 16 ta' Settembru, 1995 u għandhom tifla bl- isem ta' Naiomi. Studja ġewwa t- Technical Institute f' Raħal Ġdid u kif ukoll frekwenta fil- Kulleġġ St. Albert, il- Belt Valletta. Rupert, jaħdem fil- bottega tiegħu li ġġib l- isem ta' DelArte, fin- numru 5, Ta' Mabli, Misrah il- Bjar, iż- Żejtun. Missieru kien l- artist famuż Carmelo Delia, imlaqqam 

Rupert Delia_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Rupert Delia.

''Nenu''. Carmelo, kien strumentali mmens biex fiż- Żejtun jingħata bidu għaċ- ċelebrazzjonijiet tal- Irxoxt. 

JOSEF MIZZI

L- artist Josef Mizzi, twieled nhar festa pubblika, id- 19 ta' Marzu tas- sena 1994. Josef huwa minn ġewwa l- Belt Victoria, f' Għawdex. Josef huwa artist li jaħdem kemm fil- minjatura u kif ukoll statwi life - size. Fost ix- xogħlijiet tiegħu bħalissa qed jaħdem fuq sett ta' seba' Arkanġli ghal- festa tal- Kunċizzjoni f' Bormla. Huwa studja ġewwa l- iskola tal- arti, fil- Belt Valletta u mis- sena 2010, intefa' jaħdem għal rasu fuq dan ix- xogħol. Apparti l- bosta xogħlijiet

Josef Mizzi_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Josef Mizzi.

tiegħu, fis- sena 2019, Josef Mizzi ħadem l- istatwa ta' Marija Annunzjata għar- raħal ta' Ħal Tarxien, biex tintuza għal-

 

purċissjoni tat- tfal. Fis- sena 2025, ħadem statwa tal- Allegorija għall- festa tal- Madonna tas- Sokkors ġewwa r- raħal ta'

 

Kerċem. Fis- sena 2013, irrestawra l- istatwa ta' Ġuditta, għall- festa ta' Santa Marija, fil- Gudja.

BRANDON CARUANA

Fost l- aqwa artisti li ghandna fil- mument gewwa l- Gzejjer Maltin, wiehed ma jistax jonqos milli jsemmi lil Brandon Caruana, li ismu huwa assocjat hafna mal- istatwi tal- Gimgha Mqaddsa. Ghal dan it- talent sabih li zviluppa, Brandon ma ha ebda taghlim professjonali, izda habib tieghu - certu Mark Livori - li jahdem statwi f' minjatura, ghenu u nkoraggih sakemm sab l- istil tieghu u beda jahdem ghal rasu. Twieled nhar it- 8 ta' Frar, tas- sena 2000, Brandon huwa

Brandon Caruana.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Brandon Arts.

artist Bormliz u ghex sa 10 snin gewwa din il- Belt. Ta' kull nhar ta' Hadd, kien imur ipoggi l - fjuri fl - ghar tal - Madonna

 

ta' Lourdes (li kienet ghamlet b' weghda Milda Spiteri). Kien jiehu hsieb it- tindif, ipoggi l- fjuri w jaghmel ix- xemgha. Sa

 

minn ckunitu, minn dejjem kien dilettant tal- istatwi. Kien intaghzel ukoll bhala student fl - iskola primarja biex jaghmel

 

presepju w jirregalah lill- President ta' Malta Dr. George Abela. Minn ta- eta zghira, minn dejjem kien jipprova jaghmel xi

 

statwa jew xi pastur. Ghal zmien il - Gimgha Mqaddsa, Brandon ghamel sett vari maghmulin mill - 'plastecine' u 

 

ghadhom hemm sa' llum fl - iskola primarja. Beda fl- immudellar tat- tafal u kien jibza jahmi x- xoghlijiet tieghu minhabba

 

r- riskju li jkun hemm, jekk tinqabad xi arja gol- figura li jkun sawwar. Izda klijent urieh kif l- ahjar li tista ssir, biex illum

 

jahmi kull opra li johloq u tkun tat- terracotta. Apparti x- xoghol fuq l- istatwi, Brandon ihobb hafna wkoll it- tizjin tal- Milied

 

u sa minn meta kien zghir kien jaffaxxina ruhu bil- vetrini tal- hwienet armati. Dan waslu biex jibda jigi kkummissjonat li

 

jarma diversi sigar tal- Milied go djar privati u hwienet.

L- informazzjoni rigward Brandon hi mehudha mill- gurnal: Il- Mument u mill- pagna ta' Facebook: Bormla u Grajjietha.

JOHANN AQUILINA

L- iskultur Tarxiniż, Johann Aquilina, twieled nhar is- 17 t' Ottubru, tas- sena 1977. Johann jaħdem ix- xogħol tiegħu, fil- bottega li tinsab ġewwa ż- Żejtun. Fost l- aħħar xogħlijiet li tagħna, nsibu s- sett tal- vari tal- Ġimgħa l- Kbira, li joħroġ għall- purċissjoni tat- tfal li ssir ġewwa l- Imsida.

Johann Aquilina_edited.jpg

Dan il- vidjo mehud mill- pagna ta' Facebook: Chircop Sean - Kunsillier - Kunsill Lokali Zejtun.

VINCENT DIMECH

Vincent Dimech twieled il- Mosta, nhar id- 9 t' Awwissu tas- sena 1967. Minn eta' zghira beda juri nteress lejn l- arti, specjalment fl- immudellar bit- tafal tal- figura umana u l- moviment anatomiku. Huwa ha l- istudju baziku tieghu fl- arti fil- Malta School Of Arts gewwa l- Belt Valletta. Il- generu l- aktar ghall- qalb Dimech huwa dak tal- Arti Sagra. Vincent ghandu ghal qalbu s- safar u dejjem fittex biex jesplora l- arti barokka f' hafna muzewijiet u knejjes mill- isbah fl- Ewropa u

Vincent Dimech_edited.jpg

li servew ta' ispirazzjoni fl- arti tieghu. Mal- medda tas- snin huwa stabilixxa reputazzjoni ta' artist attent ghad- dettall fix-

 

xoghlijiet li holoq. Huwa wettaq diversi xoghlijiet fil- fibreglass u materjali ohra mhallta, ghalkemm il- materjal preferut

 

tieghu huwa t- terracotta. L- ewwel wirja esklussiva tieghu saret fic- centru tal- Kultura Nazzjonali Razzett tal- Markiz

 

Mallia Tabone gewwa l- Mosta, lura ghas- sena 2017. F' April 2023 tella' t- tieni wirja tieghu fil- kazin "Nicolo Isouard", il-

 

Mosta, bit- titlu "Lacrime" fl- okkazzjoni tal- Gimgha Mqaddsa. Aktar tard fl- istess sena, Vincent gie onorat bil- premju ta'

 

mertu mill- Kunsill Lokali Mosti bhala turija t' apprezzament ghall- kontribut fl- arti fuq skala Nazzjonali. F' Dicembru tas-

 

sena 2024, il- Maltapost nediet bolla tal- Milied tal- €1.91 li tirraprezenta n- Nativita ta' Gesu Bambin li Dimech kien

 

hadem fit- terracotta fis- sena 2017. 

PAUL AQUILINA

Pawlu Aquilina hu statwarju Għawdxi bi studjo ġor- Rabat, Għawdex. Twieled fil- 25 ta' Frar, 1965. Nhar is- 6 ta' Ġunju, tas- sena 2015, iżżewweġ lil Anna u għandhom żewġt' itfal: Estelle u Adam. Fl- 1989, Pawlu sawwar fil- kartapesta vara ta' Kristu Rxoxt għall- parroċċa taż- Żebbuġ, Għawdex. Xogħlijiet oħrajn tiegħu marbuta mal- Ġimgħa Mqaddsa li ma joħorġux f' purċissjoni jinkludu r- Redentur f' San Lawrenz

Paul Aquilina_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Paul Aquilina.

JAMES AZZOPARDI

James Azzopardi.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: James Azzopardi.

SILVIO MIZZI

L- artist Silvio Mizzi, nistu ngħidu li hu magħruf sew mad- dilettanti tal- Ġimgħa Mqaddsa. Silvio huwa artist minn ġewwa Ħal Għaxaq u twieled fit- 2 ta' Settembru, tas- sena 1969. Silvio ingħaqad fis- sagrament taż- żwieġ, nhar il- 31 t' Awwissu, tas- sena 2001 u ghandu tifla bl- isem ta' Emiliana.

Silvio Mizzi.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Massimo Borg.

DARREN BONAVIA

Darren Bonavia, huwa artist minn ġewwa Ħaż- Żabbar. Twieled fis- sena 1981, nhar is- 26 t' Ottubru. Darren iżżewweġ lil Abigail, fl- 4 ta' Marżu tas- sena 2006. Huma għandhom żewġ subien, bl- isem ta' Mikael u Gabriel. 

Darren Bonavia.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Massimo Borg.

MANUEL BUHAGIAR

Ma naħsibx li hawn xi dilettant bħali li qatt ma' sehma jew ra xi xogħol tal- artist Għawdxi Manuel Buhagiar. L- artist Manuel Buhagiar twieled fis- 16 ta' Mejju tas- sena 1980. Il- bottega tiegħu tinsab ġewwa Victora Mansions, Triq id- Dawwara, r- Rabat, Għawdex. Manuel huwa miżżewweġ lil Marion u ngħaqdu f' dan is- sagrament fil- Bażilika ta' San Ġorġ Għawdex, nhar is- 7 ta' Lulju tas- sena 2018. Għandhom żewġt' itfal: Gorg u Mariah. Apparti x- xogħol tal- istatwi

Manuel Buhagiar_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Manuel Buhagiar.

Manuel Buhagiar huwa wkoll dilettant tan- nar u jaħdem għall- festa ta' San Ġorġ f' Għawdex. Manuel għandu bosta xogħlijiet imqassmin għand id- dilettanti, madwar Malta u Għawdex, fejn bosta minnhom narawhom esebiti fil- ġranet tal- Ġimgħa Mqaddsa.

CHRIS EBEJER

L- artist Chris Ebejer, mwieled Malta fl-1979. Irċieva t- taħriġ artistiku tiegħu fl- istorja tal- Arti tal- Ewropa tal- Punent u wara li studja l- pittura, esprima t-talent tiegħu fl- iskultura figurattiva, b’ forza dinamika u moviment. Evidentement fix-xogħlijiet tiegħu, espressjonijiet sagri w mitoloġiċi jiġu biex jinteraġixxu ma' xulxin f' interpretazzjoni kontemporanja. Chris ikkollabora f' diversi xogħlijiet għas- settijiet taċ-ċinema u l- aktar xogħol notevoli tiegħu huwa meta l-

Chris Ebejer.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Chris Ebejer.

istazzjon  NBC Universal ikkommissjonah biex jiddisinja w jibni ż- żiemel ta' Troy għas- serje televiżiva 'Helen of  Troy' fl-

 

2002. Chris kompla l- istudji tiegħu w iggradwa fil- produzzjoni u d- direzzjoni tal- films gewwa New York Film Academy, 

fil- Universal Studios, gewwa Los Angeles. Fl- 2004 temm b’ distinzjoni d- diploma fil- Classical and Contemporary

 

Design mix- Sheffield School of Interior Design ta’ New York. Matul il- karriera tiegħu lesta bosta kummissjonijiet pubbliċi

 

w l- arti tiegħu tinsab ukoll f’ ħafna kollezzjonijiet privati. Ix- xogħol fil- bronż, bikri tiegħu, Mechanical Spring jinsab f' park

 

tal- iskultura gewwa Changchung, ic- Ċina. Fl- 2006 rebaħ il- kompetizzjoni għall- monument iddedikat liż- Żgħażagħ u l-

 

Ħajja fil- Qrendi  u fl- 2007 rebaħ il- kompetizzjoni prestiġjuża nazzjonali għall- monument biex jiġi installat fl- isptar Mater

 

Dei. Fl- 2010 wettaq l- istatwa ta’ Kristu Re bil- fidda, rigal speċjali lill- Papa Benedittu XVI fiż- żjara tiegħu f’ Malta. 

 

Chris ipparteċipa f' bosta wirjiet f' pajjiżna w madwar l- Ewropa. Huwa jaqsam dak il- faxxinu, ta' sbuħija li kapaci johloq,

 

li tmiss l- emozzjonijiet u tesplora d- dinja tal- ħolm tas- subkonxju. Chris Ebejer jemmen li l- arti għandha tittrasmetti s-

 

sbuħija u li għandha responsabbiltà morali, li trid issegwi xi ħaġa ogħla minnha nfisha. Fi kliemu stess “L-arti trid tkun

 

parti mill- ħajja. Trid tkun parti vitali fil- proċess biex iċ- ċiviltajiet jarrikkixxu u jiġu ennobbli. Għandha tkun preżenza

 

kbira fil- ħajja ta’ kuljum bħalma kienet fil- passat”. Jaħdem mill- istudjos tiegħu f’ Malta u Pietrasanta (Lucca), Chris

 

bħalissa huwa impenjat fuq diversi proġetti artistiċi.

GIUSEPPE GIUSTI

Skond mill- ftit informazzjoni li rnexxilna nakkwistaw fuq dan l- istatwarju, nafu illi huwa minn gewwa Bormla w kien joqghod fi Triq l- Oratorju, fejn imbaghad wara l- gwerra kompla jghix gewwa l- Fgura. Giuseppi, kellu wkoll huh bl- isem ta' Emilio li kien pittur, fejn fost ix- xoghlijiet tieghu, kien ghamel xi disinji ghall- pavaljuni li kienu jintramaw fil- festa tal- Kuncizzjoni f' Bormla, gewwa t- Triq Santa Margerita. Wara li halla din id- dinja, l- forom tieghu marru ghand Nenu d- Disma u wara kompla fuqhom Lino Fardell. Apparti x- xoghol tal- istatwi, Giuseppe - li kienu jsibuh ukoll bil- laqam ''Tal- Beccun'' - kien ukoll jaghmel

Giuseppe Giusti_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Dario Farrugia.

il- pasturi. Ix- xoghol propja tieghu kien Dulcier u kellu hanut tal- pasti gewwa Bormla.

ANDREW BUGEJA

L- artist Andrew Bugeja, twieled gewwa l- Belt tal- birgu, fil- 15 t' Awissu, tas- sena 1968, mill- genituri tieghu Anthony u Joyce. Missieru, Anthony huwa mill-Belt Valletta w huwa l- uniku skarpan li fadal fil- Birgu, filwaqt li ommu Joyce, twieldet il- Mosta, meta l- ġenituri tagħha ġew trasferiti f’ raħal aktar sigur matul it-Tieni Gwerra Dinjija. L- ewwel edukazzjoni tiegħu kienet fl- iskola Monte Karmeli fil- Birgu w aktar tard f’ San Franġisk f’ Bormla w kompla fl-iskola Primarja tal- Birgu. Andrew studja gewwa l- iskola Sekondarja ta’ Kordin w aktar tard mar jistudja f’ Tarġa Gap, fil-Mosta, fejn iffoka l- istudji tiegħu fuq l-

Andrew Bugeja_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Andrew Bugeja.

iskultura fil- ġebla w id- disinn. Andrew mbagħad beda jaħdem bħala apprendist fir- restawr tal- ġebla taħt il- Ministru

 

tal- Agrikoltura ta’ dak iż- żmien, Lawrence Gatt. Aktar tard ġie trasferit fil- Ministeru tal- Edukazzjoni taħt il-

 

Ministru ta’ dak iż- żmien Ugo Mifsud Bonnici, fejn ħadem f’ diversi siti storiċi f’ Malta u ħa ħsieb ukoll l- apprendisti tar-

 

restawr fi ħdan il- Ministeru. Fl- 1990, Andrew kien wieħed mit- tim li rebaħ l- ewwel premju Europa Nostra fl- Ewropa wara

 

r- restawr li sar fuq il- Kappella tal- Harba lejn l- Eġittu mis- Sagra Familja, fil- Valletta Waterfront (Pinto Wharf). Fl- 2000 u

 

fl- 2006, Andrew kien il- kap tal- pitturi, disinjaturi Maltin, eċċ waqt il- films Julius Ceaser uTroy, rispettivament. Aktar tard,

 

minħabba domanda akbar għax- xogħol tiegħu, marbut mal- festi ta' l- irhula w il- Ġimgħa l- Kbira, Andrew iddeċieda li

 

jiftaħ il- bottega tiegħu, fejn jaħdem f’ garaxx fi Smart City Malta, fejn hemm jagħmel statwi, disinni w ħafna aktar. Aktar

 

qabel, Bugeja kellu wkoll lis- Sur Karmenu Gatt u lis- Sur Joe Saliba bħala tuturi tiegħu waqt l- iżvilupp tat- talent tiegħu.

 

Andrew għamel u għadu jagħmel ħafna xogħol għall- festa ta’ San Lawrenz tal- Birgu w huwa fdat biex jagħmel bosta

 

statwi tal- Ġimgħa l- Kbira għal wirjiet privati. Andrew ġie fdat ukoll mill- Kunsill Lokali tal- Birgu biex jagħmel il- bust tal-

 

Kan. Dun Ġużepp Caruana, li jinsab mat- tieni daħla tal- Knisja ta’ San Lawrenz. Bugeja, artist żagħżugħ b' diversi unuri,

 

għandu ħafna xogħlijiet oħra li jistgħu jidhru u jitgawdew f’ diversi bliet u rħula madwar Malta.

L- informazzjoni rigward Andrew hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: Citta Vittoriosa - Birgu.

JOHN MASSA

"Hawn niġi nqatta' siegħa żmien, nagħmel l- istatwi bħala passatemp. Minn mindu għamluli żewġ molol f' idi, m' għadnix l- istess. Naqqast. Hawn nies li ma jikkalkulawx li int muġugħ, l-istatwa biss jaraw". Dan kien parti mid- diskors fejn l- artist Senglean John Massa, ta' waqt intervista lil The People Of Malta. Maghna d- dilettanti John huwa maghruf sew ghal- kapacita tieghu fuq ix- xoghol tal- istatwi. Beda f' din l- arti meta kellu madwar 20 sena. Bhal kull artist li jkun ghadu 

John Massa_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: John Massa.

fil- bidu tieghu, John jghidilna li kien jipprova, imma tant kien jiguh koroh li kienu qishom xjaten! Beda kollox meta ltaqa ma' l- artist Salvu Bonello li kien jagħmel dax- xogħol u offrielu biex jibda jgħinu. Ma' Karmenu Spiteri, tghallem il- kulur għax hu kien pittur. Kif beda jmur l- iskola tal- Arti, tliet ġimgħat wara mietet ommu u ma marx iżjed, ingħalaq ġewwa. Il-progress tiegħu beda jagħmlu waħdu. L- istatwa jibniha hu. Jagħmel il- forma tal- lastiku u jimlieha bil- ġibs. Bit- tafal jaħdem ukoll. Illum l- artist John Massa għandu ħafna xogħlijiet fid- djar privati. U mhux biss. Għax wettaq xogħol ta' restawr fuq statwi kbar fil- knejjes. Waqt l- istess intervista John jghidilna wkoll: "Min hu dilettant japprezza xogħli u jfittxu. Il- progress ma tistax tagħmlu mill- ewwel. Hemm proċess, u f' kollox irid isir dal- proċess. Illum wieħed irid isir artist mill-ewwel u jaqla' l- flus ta' malajr."

L- informazzjoni rigward John hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: The People Of Malta.

JOSEPH CUTAJAR ZAHRA

Joseph Cutajar Zahra, twieled fis- sena 1957 gewwa r- Rabat, Għawdex. Kien ha l- edukazzjoni tieghu, gewwa l- Liceo tar- Rabat. Għalkemm Joseph qatt ma attenda xi Skola tal- Arti jew studja taħt xi artisti ta' fama, huwa wera t- talenti w il- ħiliet kbar tieghu f' din l -arti. Għamel madwar 14 -il sena jaħdem fis- Socjeta Filarmonica La Stella, fejn hawnhekk wera bosta mill- kapacitajiet tiegħu u gew esegwiti diversi xogħlijiet li huma assoċjati mar- restawr, id- disinn, il- pittura, id- dekorazzjoni w ix- xenografija. L- artist Joseph Cutajar Zahra, kien ukoll għalliem fl- Iskola tal-Arti, Wistin Camilleri, fejn fiha għallem l- 

Joseph Cutajar Zahra_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Joseph Cutajar Zahra.

immudellar tat- tafal, tinqix fl- injam u t- teknika taz- zebgha w il- pittura. Illum il- ġurnata, Joseph jahdem full-time ghal-

 

rasu fuq dan ix- xoghol. Għandu familja ta’ tlett subien u jgħix gewwa r- Rabat, Għawdex. Il- Kunjom Cutajar Zahra huwa

 

l- aktar sinonimu mal -minjaturi, li jirrapreżentaw episodji mill- passjoni li sofra Ġesù Kristu, sabiex isalva lil ruħna. L-

 

ammont ta' statwi li taghna dan l- artist huwa hafna w bosta minnhom huma mifruxa mal- Gżejjer Maltin u jintwerew f'

 

diversi wirjiet li jsiru kull sena, f’ diversi rħula madwar Malta w Għawdex. Joseph hadem ukoll statwi f' diversi qisien oħra,

 

li jvarjaw minn 18 -il pulzier sa metru, w anke taghna wkoll bosta statwi life-size (sitt - seba' piedi). Dawn huma magħmula

 

primarjament mit- teknika tal- kartapesta w it- tafal. Cutajar Zahra rrestawra bosta statwi ta’ diversi artisti lokali (Agostino

 

Camilleri, Vincenzo M. Cremona, Carlo Darmanin w oħrajn) u ditti barranin (Lecce u Gallard et Fils ta’ Marseiles). Huwa

 

dejjem jipprova jkun konservattiv kemm jista' jkun, għax dan l- aħjar, u l- prinċipju ewlieni tar- restawr!

L- informazzjoni rigward Joseph hi mehuda mis- sit: cutajarz.blogspot.com.

MICHAEL CUTAJAR ZAHRA

L- artist Ghawdxi, Michael Cutajar Zahra twieled gewwa r- Rabat fis- sena 1990, u ta' minn età żgħira beda juri nteress fix-xogħol ta’ missieru Joseph. Huwa beda jesperimenta fuq din l- arti, b’ mezzi differenti w minn hemm ‘il quddiem wera kapaċitajiet artistiċi kbar. Ta’ 15 -il sena, iddeċieda li jieħu l- arti bħala l- karriera ewlenija tiegħu w tkun l- ghixien tieghu. Michael, tghallem l- edukazzjoni tiegħu fir- Rabat, kemm fl- Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca kif ukoll fil- Kumpless tal- Liċeo Ninu Cremona. Cutajar Zahra huwa nteressat ħafna fid- dinja tal- arti tri-dimensjonali. Qal li jaspira mhux biss li jkompli f’ din il- linja, li kien beda 

Michael Cutajar Zahra_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Michael Cutajar Zahra.

missieru, iżda wkoll li jieħu diversi kummissjonijiet importanti tal- arti, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. L- artist
 
jghidilna li l- arti sagra hija wahda mill- aktar suġġetti affaxxinanti w qrib qalbu. L- ewwel wirja li taghna Michael, tmur lura

ghas- sena 2015, bl- isem ta' ''Divinita'', li kienet saret gewwa l- musew Il- Hagar, fil- Belt Victoria.

L- informazzjoni rigward Michael hi mehuda mis- sit: gozo.news

MARIORICK MIFSUD

Mariorick Mifsud, huwa artist u restawratur Malti magħruf għax- xogħol tiegħu fuq skulturi tradizzjonali, artifatti reliġjużi, u arti kontemporanja. Huwa magħruf ukoll fuq il- midja soċjali bhala ''theartistinmalta''. Mariorick Mifsud huwa minn ġewwa l- Ħamrun u twieled nhar il- 11 t' Ottubru, tas- sena 1972. Studja ġewwa l- kulleġġ St. Edwards u kif ukoll ġewwa l- Universita ta' Malta. Mariorick Mifsud huwa magħruf ghal mod ta' kif jaħdem l- istatwi tiegħu fuq li stil ta' Lecce. Apparti x- xogħol fuq il- kartapesta, Mariorick huwa wkoll pittur u restawratur fejn jispeċjalizza fir- restawr ta' skulturi Reliġjużi bħal dawk li

Mariorick Mifsud_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Mariorick Mifsud.

jappartjenu lill- Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp fir- Rabat. Ix- xogħol tiegħu jinvolvi diversi użu ta’ materjali, bħal drapp tal- qanneb, kolla tat- tisjir, u ġibs. F' żogħżitu huwa kien strumentali ħafna għal Ħamrun, biex saru bosta opri li għadhom jitgawdew sal- lum il- ġurnata. Fosthom insibu bandalori u diversi pitturi professjonali. Mariorick Mifsud, ghamel snin twal bhala membru tal- KZG u kont issibu dejjem il- kazin bl- ghodda f` idu jaħdem. Illum Mariorick jghin ukoll lill- Grupp Armar tal- parroċċa fejn kien ta' gwida biex jirrestawra l- anġli li kienu tkissru fis- sena 1987. Mariorick iħobb ukoll jesperimenta f' diversi forom artistiċi oħra bħall- poeżija, il- fotografija u l- mużika. Permezz ta' din tal- aħħar, fis- sena1992, Mariorick rebaħ il- Premju ''l Giovani lncontrano l' Europa'', mniedi mir- Rai. Ftit snin wara, huwa kellu x- xorti li jiltaqa' mal- iskulturi Alfred Camilleri Cauchi u Vincent Apap, li kellhom ikunu proprju l- ixprun tal- kreattività artistika tiegħu. L- artist Ħamruniż Mariorick Mifsud, għandu ħafna għal qalbu l- Milied u fost it- tifkiriet li jġibulu nostalġija jsemmili erba' bibien 'il fuq mill- garaxx fejn illum il- ġurnata jaħdem u joħloq l- istatwi, nannuh kien jagħmel presepju għall-kuġini kollha, filwaqt li nanntu kienet tixtrilu l- pasturi. Meta kiber, xtaq jordna sett pasturi għand Nazzarenu Gauci, ''Id-Diżma'' taż -Żejtun, iżda bil- ħafna ordnijiet li kien ikollu Gauci, dan is- sett qatt ma wasal. Din kienet ir- raġuni li wasslet lilMariorick biex jipprova joħloq xi ħaġa hu nniffsu mit- tafal. Ma kienx jaf minn fejn jinġieb it- tafal u għalhekk mar StradaRjali l- Ħamrun, xtara pasturi tat- tafal, dewwibhom fl- ilma u uża t- tafal tagħhom biex jagħmel tiegħu, bl- ewwel pasturikun San Ġużepp! lx- xogħol intgħoġob u wrieh lil mara li mill- ħanut kienet tbigħ il- pasturi. Din ordnatlu l- pasturi biextibda tbigħhom u laħaq għamlilha anke mas- sitt settijiet. Ftit wara kienu avviċinawh Austin Galea u Alex Powell biex jesebixxi xi ħaġa fil- wirja li ssir ta' kull sena fis- sala ta' taħt il- Knisja ta' San Franġisk il- Belt. Ipprova jmur anke l- Iskola tal- Arti biex itejjeb xogħlu fil- pasturi, iżda qalulu li huma kienu jgħallmu l- arti inġenerali u ma jispeċifikawx fuq il- pasturi.Ċertu Edward Farrugia laqqgħu mal- artist Alfred Camilleri Cauchi, li Mariorick isemmih b' kull ġieħ għat- tagħlim li rċieva mingħandu. Jgħid li Camilleri Cauchi kien jinvolvih fix- xogħol iżjed milli jgħallmu t- teorija. Fl- aħħar tliet snin ta' ħajjet l-iskultur Vincent Apap, irċieva wkoll esperjenza artistika mingħand dan l- iskultur. Kif ktibt diġa' isem Mariorick huwa assoċjat mal- istil tal- kartapesta ta' Lecce, magħrufa sewwa għall- ħlewwa u l- bixra devozzjonali tagħha. Mariorick jispira ruħu minn dawn l- istatwi ta' Lecce u wkoll mill- istil neo-klassiku. Illum il -ġurnata, Mariorick jaħdem bis- sistema tal- Bottega, jiġiferi fl- istudio fejn jaħdem, jingħaqdu miegħu persuni oħra li jagħtuh daqqa t' id, dejjem taħt id- direzzjoni artistika tiegħu. Mariorick juża l- arti tiegħu bħala mezz għall- proġetti u inizjattivi kemm fil- professjoni tiegħu, kif ukoll waqt il- ħidma fil- komunità lokali u internazzjonali. Filwaqt li jħaddan open door policy meta jkun qed jaħdem fuq proġetti artistiċi, Mariorick iħajjar u jħeġġeġ il- parteċipazzjoni ta' gruppi u individwi fi proġetti bħalma huma Erasmus+ tal- Kummissjoni Ewropea, li tiegħu rebaħ is- Success Story Status għat- tmexxija tal- proġett li kien ħoloq u mexxa. L- arti ta' Mariorick Mifsud tinstab f' kollezzjonijiet pubbliċi u privati kemm Malta u barra minn xtutna.

Parti sewwa minn din l- informazzjoni rigward Mariorick hi mehuda mis- sit: um.edu.mt.

RENNIE ABELA

Rennie Abela huwa statwarju u artist kontemporanju minn Ħaż- Żabbar, magħruf l- aktar għax- xogħol tiegħu fl- arti sagra u r- restawr. Rennie Abela twieled fl- 10 ta' Lulju tas- sena 1982 u huwa miżżewweġ lil Isabelle. Inghaqdu fis- sagrament taż- żwieġ, nhar l- 20 t' Ottubru, tas- sena 2007. Flimkien ghandhom żewġt' itfal bl- isem ta' Samuel u Luca. Fis- sena 2011, Rennie attenda ġewwa l- MCAST, fejn għamel sas- sena 2015. L- aktar xogħlijiet u proġetti prominenti tiegħu jinkludu l- istatwa ta' Kristu Irxoxt li ħadem għall- parroċċa ta' Ħaż- Żabbar fis- sena 2022 fejn irċieva tifħir kbir għall- artristija

Rennie Abela_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Rennie Abela.

tiegħu. Fl- 2023, huwa lesta statwa ta’ Kristu fl- Aħħar Ċena għal esebizzjoni fil- Kalkara. Rennie Abela, ħadem ukoll fuq

proġetti għall- Għaqda Madonna tal- Grazzja, Banda San Mikiel ta' Ħaż- Żabbar, fejn bħalissa għaddej fuq xogħol ta' sett

anġli għal fuq il- planċier. Abela huwa attiv ħafna fir- restawr ta' statwi u anġli storiċi, bħall- anġli tal- iskudetti maħduma

oriġinarjament minn Karlu Darmanin.

GORG BUTTIGIEG ( TAL- BAMBINI )

Ġorġ Buttiġieġ, magħruf bħala "tal- Bambini", kien figura popolari fil- kultura Maltija. Ġorġ huwa Lijan u twieled f' Mejju, fis- sena 1936. Huwa kien artiġjan prim li jispeċjalizza fil- produzzjoni ta' statwi tal- Bambin Ġesù magħmulin mix- xema' u l- pasturi għall- presepji. Apparti hekk, Ġorġ tagħna wkoll diversi statwi Titulari u fuq kollox statwi marbuta mal- Ġimgħa Mqaddsa. Ġorġ Buttiġieġ, kien artist minn ġewwa Ħal Lija u l-istatwa tal- Bambin ta’ Ħal Lija hija meqjusa bħala waħda mill- ifjen biċċiet tiegħu. Huwa ħadem ukoll fuq diversi statwi u tiżjin li jintużaw waqt il- festa tas- Salvatur f’ dan ir- raħal. Ġorġ Buttigieg kien artist rispettat ħafna fost id- dilettanti tal- festi u l-arti sagra fi gziritna, b’ rabta qawwija mal-komunità u t- tradizzjonijiet ta’ Ħal Lija.

George Buttigieg_edited_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Tn Je.

GEORGE VELLA

George Vella, huwa artist  mir- Rabat, Għawdex, li jispikka primarjament għax- xogħol tiegħu fl- arti sagra u dekorattiva. Vella huwa magħruf għall-kapaċità tiegħu fid- disinn u l- eżekuzzjoni ta' opri tal- arti li jżejnu l- knejjes, partikolarment dawk f' Għawdex. Bħala artist mir- Rabat, għandu rabta qawwija mal- Bażilika ta' San Ġorġ. Huwa kien involut f' diversi proġetti artistiċi u dekorattivi f' din il- Bażilika, fosthom disinji għal- pavimenti tal-irħam u proġetti ta' restawr jew titjib estetiku. George Vella, twieled nhar San Lawrenz, fl- 10 t' Awwissu tas- sena 1979. Attenda l- liceo Ninu Cremona f' Għawdex. L- artist George Vella huwa miżżewweġ lil Melissa u għandhom tlett ibniet: Estelle, Geordie u Katrina. George ħadem ukoll xogħol fil- minjatura. Apparti l- arti, George jhobb

George Vella.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: George Vella.

ħafna l- Karnival u kif ukoll kien jilgħab mat- tim tal- Victoria Hotspurs.

MARTIN GATT

Martin Gatt_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Martin Gatt.

MANWEL GRECH

Manwel Grech huwa artist, skultur u statwarju Għawdxi stabbilit ħafna, magħruf l- aktar għax-xogħol tiegħu fl- arti sagra u l- arti tal- presepju. Ix- xogħol tiegħu huwa mfaħħar għad- dettall u l-abbiltà li jgħaqqad it- tradizzjoni tal- istatwarja Maltija ma' tekniki moderni ta' skultura u pittura. L- artist Manwel Grech, twieled nhar it- 8 t' April, tas- sena 1981. Studja ġewwa l- Universita ta' Malta. Iżżewweġ lil Michelle, fil- 15 ta' Settembru tas- sena 2017. Grech huwa mfittex ħafna għall-manifattura ta' statwi ġodda u r- restawr ta' oħrajn eżistenti madwar il- gżejjer Maltin. Huwa ħadem fuq proġetti għall- Għaqda Armar Fontana u għal diversi festi f' Għawdex u f' Malta. Fl- 2016, Manwel Grech għamel unur kbir lil Malta meta l-presepju tiegħu ntgħażel biex jintwera fi Pjazza

Manwel Grech_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Manwel Grech.

San Pietru fil- Vatikan. Dan il- presepju kien jinkludi karattri tradizzjonali Maltin u l- luzzu, u kien l- ewwel darba li presepju

artistiku Malti kien esebit f' dan il- post prestiġjuż. L- artist Manwel Grech, tagħna bosta xogħlijiet u dawn narawhom

imxerdin mal- gzejjer tagħna fil- festi. Fost l- ahhar xogħlijiet tiegħu nistu nsemmu l- istatwa ta' San Mikiel Arkanġlu li

ħadem ghal- festa ta' Marija Reġina fil- Marsa fl- 2024. Fl- istess sena ghall- festa t' Ghajnsielem, ħadem statwa tas-

Sagra Familja. Fis- sena 2025, ghal Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni Hamrun, ħadem l- istatwa ta' Kristu Rxoxt.

Fl- istess sena ghall- festa ta' Santa Marija ta' Ħal Għaxaq, sawwar l- istatwa ta' San Albertu l- Kbir, li huwa l- Qaddis

Patrun tax- Xjentisti u l- Filosfi u sentejn qabel, jiġifieri fis- sena 2023, ħadem żewġ statwi oħra għal din il- festa, dawk ta'

San Ċirillu u San Bonaventura. Fis- sena 2024 ħadem ukoll għall- festa Sant' Anna, f' Wied il- Ghajn, Anglu simboliku li

jirraprezenta lil San Gwaķkin u ghall- festa ta' Kristu Re f' Raħal Ġdid, sawwar statwa tal- Allegorija. L- artist Manwel

Grech jibqa' wieħed mill- protagonisti ewlenin fl- arti reliġjuża f' Malta tal- lum, b' reputazzjoni li tmur lil hinn mix- xtut

Maltin grazzi wkoll għall- esebizzjonijiet internazzjonali tiegħu.

AYRTON SAMMUT

Artist iehor u zghir fl- eta huwa l- Karkariz Ayrton Sammut. Artist li jimmudella t- tafal, fejn ukoll jisperimenta fl- iskultura w il- kartapesta. L- aktar li jahdem huwa fuq il- figurattiv u kif ukoll fuq mudelli minjatura ghal- presepji w il- Gimgha l- Kbira. Ayrton Sammut, twieled nhar l- 20 ta' Jannar, tas- sena 1993. Huwa żżewweġ lil Francesca fil- 5 ta' Diċembru, 2020 u flimkien għandhom tifel bl- isem ta' Giovanni. Il- holma ta' dan l- artist hi li jahdem fuq statwi life-size. Beda vera żgħir

Ayrton Sammut.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: The People Of Malta.

u miss mat- tafal meta kellu 7 snin. M' għandu l- ħadd fil- familja li jagħmel dan ix- xogħol iżda l-arti minn dejjem ħabba.

 

Ommu tghid li kienet ittih pakkett u kont joqgħod kwiet. Jiftakar lill- missieru kien qallu jġiblu pakkett tafal. Kien ġablu

 

biċċa tafal in- nannu. L- ewwel li għamel kienu pasturi, imma kienu jiżżarmaw biċċa biċċa. Għamel żmien wieqaf u ta' 14

 

-il sena rega' qabad it- tafal u minn hemm qatt ma ħares lura. Beda waħdu imma mbagħad mar jitgħallem għand Alfred

 

Camilleri Cauchi. L- ewwel xogħol li ħadem kien marbut mal- Milied. Kien xogħol għalih, li għadu għandu sa llum. Ma

 

kienx ibiegħ dak li jipproduċi. Imbagħad maż- żmien kien hemm persuna minn B' Kara, li kien jarma presepju fit-t ieqa, u

 

ried li jaħdimlu sett pasturi. Illum jiġu n- nies fuqu u jitolbuh jaħdmilhom sett pasturi għall- presepju jew xi vara tal-

 

Ġimgħa l- Kbira. Hemm min jagħtih l- idejat jew jgħidlu xi jkun irid fuq stil li jkollu f' moħħu. Ayrton jibda l- proċess billi

 

jimmudellah fit-tafal u jħallih joqgħod, fejn mbagħad jibda jaħdem bl- għodda u jirfina x- xogħol. Jitilqu, jħallih u mbagħad

 

jieħdu l- forn. Iġibu, jerġa' jirfina x- xogħol biex wara jibda ż- żebgħa. Ma jgħoddux il- ħin li jagħmel fuq pastur. Ghal

 

Ayrton, is- sodisfazzjon meta jlestih b' mod speċjali meta jarah f' postu. Meta jkollu xogħol bħal dan, esebit f' Ruma, barra

 

minn Malta, jinsa l- ħin kollu li jkun għamel. Ma jistax jgħid li fil- proċess ma jkunx hemm sodisfazzjon ukoll. Minn blokka

 

tafal tkun qed toħroġ biċċa arti u ma' dan ix- xogħol huwa jikkalma. Iva, Ayrton jghid li hija x- xewqa tiegħu li dan, xi

 

darba, jkun il- full time job tiegħu. Ikompli jipperfezjona f' dak li jikkreja u joħloq. Meta jara xogħlu huwa apprezzat ikollu

 

ħafna sodisfazzjon. Wieħed mill- għanijiet ta' dawn l- artisti li jagħmlu xogħol tal- immudellar, hija li xi darba jew oħra,

 

jkollhom biċċa xogħol li tidhol fi Knisja. Ayrton huwa għalliem tal- arti fi skola primarja. Ifittex li jgħallem lit- tfal l- użu tat-

 

tafal. Dan l- artist jistqarr li hemm min jiddejjaq li jħammeġ idu. Illum jinnota li l- ġenerazzjoni li tiela' iktar mehdija fit-

 

teknoloġija u ftit għadek issib min jinteressah ix- xogħol tal- idejn. Dnub. L- arti, il- kultura, it- tradizzjoni għandhom

 

jintrawmu f' uliedna.

L- informazzjoni rigward Ayrton hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: The People Of Malta.

LOUIS VASSALLO

Louis Vassallo twieled gewwa Bormla, fis- sena 1951, maghruf l- aktar bhalha ''L- Iskay'' u kien wiehed mill- hafna haddiema tat- Tarzna. Louis taghna bosta xoghol ta' statwi minn taht idejh, hadem kemm fil- minjatura u anke fuq statwi Life Size. Huwa kien wieħed minn ta' l- ewwel li ħadem bosta statwi replika tal-Kunċizzjoni. Kien taghna wkoll l- vara ta' Kristu w Ġuda, l- ewwel statwa tat -Tradiment ta' Ġuda, li konna nsibu gewwa l- belt ta' Bormla. L- irjus, l- idejn

Louis Vassallo (Li Sky)_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Bormla u Grajjietha.

u kif ukoll is- saqajn kien ħadimhom ta' l- injam. Illum il- gurnata din l- istatwa tinsab fil- Każin tal- Banda San Ġorġ gewwa

Bormla stess. 
Meta kienet għamlet il- famuża maltempata fil- festa tal- Kuncizzjoni tas- sena 1988, diversi statwi, fosthom

l- anġlu tal- Kolleġġjata, kienet ġratilhom xi ħsara u kien hu li reġa rrestawrahom biex għadhom jitgawdew sa' llum. Louis

kien ukoll indura bid- deheb il- Pulptu u s- sedji tal- Kor.

L- informazzjoni rigward Louis hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: Bormla u Grajjietha.

JOSEPH MERCIECA

joseph mercieca_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Christian Grech.

MARK LIVORI

Mark Livori huwa statwarju Malti magħruf l- aktar għax-xogħol tiegħu fuq statwi f' minjatura, partikolarment dawk relatati mal- festi u l- Ġimgħa l-Kbira. Dawn l- istatwi f' minjatura, ħafna drabi jintużaw f' wirjiet privati jew f' mudelli ta' knejjes u purċissjonijiet. L- artist Mark Livori, twieled nhar it- 18 t' Awwissu, tas- sena 1966. Huwa miżżewweġ lil Marvic u għandhom żewġt' ibniet: Stefania u Martina.

Mark Livori_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Kurt Melanie Azzopardi.

ANTHONY MAGRI

Anthony Magri huwa artist u statwarju kontemporanju bbażat f’ Ħaż- Żebbuġ, magħruf primarjament għax-xogħol tiegħu fl- arti sagra, b’ mod partikolari statwi f’ minjatura u vari tal- Ġimgħa l-Kbira. Magri twieled f’ Ħaż-Żebbuġ fl- 1961 u rċieva l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal- istess raħal qabel ma kompla jistudja fis-Seminarju minuri tal- Furjana. Minbarra l- arti, huwa jokkupa l- kariga ta' Senior Principal Officer mal- Gvern ta' Malta.

Anthony Magri.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Glenn Magro.

L- artist Anthony Magri, jopera taħt l- isem artistiku ta' Arti Magri u l- ħanut jinsab ġewwa Triq Sciortino, f' Ħaż- Żebbuġ.

Ix- xogħol tiegħu huwa kkaratterizzat minn attenzjoni kbira għad- dettall u pittura fina ("żebgħa sabiħa"), b’ mod speċjali

fuq vari li jirrappreżentaw il- passjoni ta’ Kristu. Anthony Magri, jaħdem ukoll f' kollaborazzjoni ma ħuh Joseph. 

SALVU BONELLO

Salvu Bonello twieled l- Isla fl-1932 u ġej minn familja ta' artisti. Fi żmien il- gwerra, flimkien ma' familtu kienu evakwati lejn l- Imdina. Wara l-gwerra irritornaw lejn l-Isla. Hemmhekk bedà jgħin lil zijuh tar- rispett, Mikiel De Giovanni flimkien ma' missieru David fit- tiswija tal- istatwi tal-festa tal- Bambina tal- Isla. Missieru David kien ukoll jagħmel il- karrijiet tal- Karnival fejn Salvu ukoll bedà jgħinu. Iżda salvu iktar iktar kien mitfuħ fuq l- immudellatura tat- tafal tal- 

Salvu Bonello_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Grajjiet Il- Fidwa.

istatwi minjatura. Bonello kien ukoll ihobb il-p alk u kien jirrecta kif ukoll gieli ha sehem waqt xoghlijiet teatrali fuq it-

televizjoni. 
Salvu kellhu kmajra f' nru. 24, triq il- Kurċifiss, l- Isla. Hemmhekk kien iqatta ħafna ħin jaħdem fuq minjaturi ta'

statwi titulari u dawk tal- Ġimgħa l- Kbira flimkien ma' pasturi. 
Hu magħruf għal għadd kbir ta' statwi minjatrua tal-

Bambina u tar- Redentur li ħadem f' minjatura. 
Apparti fl- Isla huwa ħadem bosta xogħlijiet f' Malta u Għawdex kif ukoll lil

xi Maltin fl- Awstralja u anke l- Amerika. 
Salvu Bonello ħallha din id- dinja fl- eta ta' 82 sena nhar it- 3 ta' Lulju 2014.

L- informazzjoni rigward Salvu hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: Inti Ta' Cacu? Senglean.

JULIAN BUGEJA

Julian Bugeja, huwa artist zaghzugh promettenti, li bilmod qeghdin naraw ix- xoghol tieghu fl- artistrija Religjuza wkoll. Twieled fis- sena 1992, nhar it- 22 ta' Lulju u huwa minn ġewwa r- raħal tal- Imġarr. Julian studja l- arti tal- iskultura fil- Malta School of Arts ġewwa l- Belt Valletta, fejn dam hemmhekk mis- sena 2008 sal- 2012. Waqt l- istess perjodu, Bugeja, kien fl- istess klassi tal- mudellatura mal- artist Mosti Shawn Saliba u kien izuru ta' sikwit ġewwa l- bottega tiegħu fil- Mosta. Mingħandu ħa bosta tagħrif  dwar it- teknika tal- kartapesta. Mill- bqija Julian, baqa' dejjem jipprattika u jirfina din l- arti waħdu. Fl- 2019, Julian ħadem fuq replika tal- istatwa ta' Kristu Re

Julian Bugeja_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Julian Bugeja.

ta' Raħal Ġdid, li hija twila madwar 25 pulzier u mżejna bid- deheb. L- artist Julian Bugeja, jaħdem ukoll fi proġetti Filantropiċi u fis- sena 2020, huwa kien involut f' inizjattiva fejn holoq statwa tal- Anġlu Kustodju jibki fuq benniena bħala parti minn proġett għal "Pro-Life Malta"

HUBERT SALIBA

L- artist Ghawdxi Hubert Saliba, huwa minn gewwa r- rahal tax- Xewkija. Twieled nhar l- 10 t' Ottubru, tas- sena 1984. Mizzewweg lil Maureen u ghandhom zewgt' itfal - Shazney u Deijan. Fis- sena 2009, Saliba hadem il- vara tal-Vizitazzjoni li giet ordnata mill-emigranti mill- Gharb ghall-festa li dawn jaghmlu f' Melbourne l- Awstralja. Fl- istess sena tqabbad biex jaghmel restawr fuq  sett angli li jintramaw fil- festa, fi Triq il- Knisja. Fis- sena 2020, Hubert 

Hupert saliba_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Hubert Saliba.

hadem ma' tim t' artisti fuq ir- rinovazzjoni tan- nicca ta' San Gwann il- Battista. Huwa ghamel il- mudellatura tad- disinn

fit- tafal u l- esekuzzjoni tal- ornamenti u l- induratura taghhom. Fis- sena 2023, ta' unur lil pajjiżna fl- Amerika, bix-

xogħol tieghu, f’ wirja prestiġġjuża fil- Mużew tal- Bibbja f’ Washington D.C. L- artist Hubert Saliba, huwa maghruf hafna

ghax- xoghol fuq il- pasturi tal- Milied u nistu nghidu li hawn bosta presepji mzejna bix- xoghol tieghu. 

LOUIS BUGEJA

L- artist Louis Bugeja, twieled nhar il- Gimgha, 19 t' April, tas- sena 1985 u huwa minn gewwa r- rahal tan- Naxxar. Fis- 17 ta' Settembru tas- sena 2022, izzewweg lil Joanna. Nistu nghidu li Bugeja, apparti x- xoghol fuq it- tafal, huwa jahdem wkoll fuq xoghol ta' disinn, hjata, sfumar, restawr, pittura u fix- xoghol tan- nar.

Louis Bugeja_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Louis Bugeja.

MARK PSAILA

Mark Psaila_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Mark Psaila.

DARREN SPITERI

Darren Spiteri huwa artist Malti magħruf l-aktar bħala statwarju u pasturista li jispeċjalizza fix-xogħol tat- terrakotta. Ix- xogħol tiegħu jiffoka primarjament fuq l- arti reliġjuża tradizzjonali Maltija, b’ mod partikolari fil- kuntest tal-festi u l- Milied. Huwa rinomat għall- bosta pasturi oriġinali maħduma bl- idejn mit-terrakotta, li jesebixxi fuq il-paġna soċjali tiegħu Pasturi terracotta by Darren Spiteri. L- artist Darren Spiteri twieled nhar is- 6 ta' Novembru, tas-

Darren Spiteri_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Darren Spiteri.

sena 1977. Huwa minn ġewwa r- raħal ta' Ħal Għaxaq u jaħdem bħala self employed is- sengħa ta' mastrudaxxa. Darren

huwa miżżewweġ lil Dorianne u għandhom tifel bl- isem ta' Luke. Darren jaħdem ukoll fuq statwi tal- Ġimgħa Mqaddsa,

fejn ġewwa Ħal Għaxaq insibu sett ta' vari artistiċi, armati f' mudell ta' knisja li jintwerew waqt wirja bħal Mysterium

Crucis
 fi Triq Ġammari Dalli.

VICTOR CARUANA

Illum l- artist Victor Caruana, ghandu l- eta' ta' 44 sena. Twieled nhar it- Tlieta, 5 ta' Mejju, tas- sena 1981. Caruana, huwa minn gewwa r- rahal ta' Birkirkara. Huwa zzewweg lill- Paulette, fit- 23 t' April tas- sena 2013 u għandhom żewġt' itfal: Bjorn u Craig. L- artist Victor Caruana, apparti l- hafna xoghlijiet tieghu fit- tafal, jahdem ukoll fuq disinn, sfumar u pittura. Fis- sena 2023, Caruana hadem fuq xoghol ta' polikromija fuq zewg puttini

Victor Caruana_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Victor Caruana.

ghal- festa ta' San Pawl, fil- wied ta' Birkirkara. Ghal- istess knisja, fis- sena 2024 hadem ukoll pittura taz- zejt fuq it- tila,

ghal- bandalora processjonali. Fis- sena 2022, ghal- festa ta' San Sebastjan f' Hal Qormi, hadem id- disinn u l-

mudellatura fit- tafal ta' saljatura ghal- sett pedestalli. Fis- sena 2019, iddisinja l- logo tal- Kummissjoni Nar, Banda Duke

of Connaught's Own, filwaqt li fis- sena 2024 hadem ukoll id- disinn tal- 160 sena mill- istess banda.

STEPHEN BORG

Stephen Borg_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Bertu Bezzina.

JOSEPH AGIUS

Joseph Agius, huwa artist iehor ferm maghruf maghna dilettanti, l- aktar dawk li jhobbu l- pasturi tal- Milied. Agius twieled nhar l- 24 ta' Settembru tas- sena 1954, mexa fuq il- passi ta' missieru, l- artist Karmenu Agius u baqa' jahdem bosta xoghlijiet tradizzjonali Maltin fosthom statwetti u pasturi. L- ewwel xogħol ta’ Joseph bħala  żagħżugħ kien dak ta' kartunista mat- Times of Malta u ftit wara qatta’ l- biċċa l- kbira ta’ ħajtu, b' isem sinonimu bħala wieħed mill- ewwel disinjaturi grafiċi u artisti notevoli tal- logos f’ Malta, bl- aktar xogħol li kburi bih, kien il- logo ta’ Vascas Jewelers & Home. Sfortunatament l- artist Joseph Agius, halla din id- dinja nhar is- 17 t' Awwissu, tas- sena 2025.

Joseph Agius_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Joseph Agius.

JOSEF DEBATTISTA

L- artist Ghawdxi Josef Debattista, twieled nhar il- Gimgha, 20 ta' Jannar, tas- sena 1978. Huwa mizzewweg lil Antoinette u nghaqdu fis- sagrament taz- zwieg nhar il- 25 ta' Mejju tas- sena 2003.

Josef Debattista_edited_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Josef Debattista.

CARMELO AGIUS

Mill- ftit informazzjoni li akkwistajna, l- artist Carmelo Agius, twieled fis- sena 1922 u wiret din l- arti minghand missieru Toni. Fis- sena 2011, Heritage Malta  tellghu esebizzjoni bix- xoghlijiet tieghu gewwa l- palazz tal- Inkwizitur, fil- Birgu. Agius miet fis- sena 2004.

Carmelo Agius 1_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Massimo Borg.

LAWRENCE BALDACCHINO

Lawrence Baldacchino_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: The People Of Malta.

CHRIST BONELLO

L- artist Chris Bonello, twieled fid- 19 t' Awwissu tas- sena 1975. Chris huwa miżżewweġ lil Olivia u ghandhom żewġt' itfal bl- isem ta' Cherizian u Tristan. Huwa minn ġewwa l- Isla u joqgħod il- Fgura. Minn mindu kien żgħir kien joġgħbu x- xogħol tal- idejn u kien ta' spiss jipparteċipa f' kompetizzjonijiet relatati mat- tpinġija u l- kreattivita, fejn bosta drabi kien jiklassifika fl- ewwel post. Aktar ma' beda' jikber, Chris Bonello, aktar beda' jieħu nteress fix- xogħol

Christ Bonello_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Art Chris Bonello.

tat- tafal u l- fibre fejn beda' wkoll jitgħallem is- sengħa tax- xogħol fit- tafal għand is- Sur Marco Livori filwaqt li għax- xogħol fil- fibre kien jitgħallem għand is- Sur Rennie Abela. Minghand dawn iż- żewġ persuni, Chris dejjem sab gwida u kuraġġ. Bħala tpinġija jħobb jispeċjalizza fuq arti sagra fejn bħala medium jħobb juża l- iktar l- acrylic iżda mhux biss. Ftit tas- snin ilu ġietu l- ħajra li jakkwista wkoll il- liċenzja tat- tattoos fejn hemmhekk setgħa jesperjenza tip ta' tpinġija differenti minn dik tas- soltu. Illum Chris Bonello, jaħdem ukoll fuq xogħol ta' restawr ta' statwi għal djar privati filwaqt li ta' kull sena jtella' wirja marbuta mal- Ġimgħa l- Kbira b' varjeta ta' statwi ta' kull daqs, pitturi, kif ukoll mudell ta' knisja maħduma minnu stess. Din il- wirja bl- isem ta' ''Deus Meus'' tittella ġol- Fgura stess f' 41, Triq il- Ward tax- Xemx u fis- sena 2025 għalqet il- 25 sena mill- bidu tagħha.

Parti mill- informazzjoni rigward Chris hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: Art Chris Bonello.

TONI FARRUGIA

Toni Farrugia.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Toni Farrugia.

JOHN PACE

John Pace_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: John Pace.

ANDREAS PAUL MUSCAT

Meta wieħed isemmi l- isem ta' Andreas Paul Muscat, tista' tgħid li mill- ewwel f' moħħok tiftakar f' missieru Pawlu Muscat. Artist li żgur m' għandux bżonn ta' ntroduzzjoni magħna d- dilettanti. Fil- lingwa Maltija nħobbu nużaw l- idjoma ''Skond iz- zokk, il- fergħa'' u filkaz ta' Andreas Paul Muscat fejn tidħol l- arti, hekk hu. Andreas Paul huwa artist zgħazugħ, promettenti li twieled nhar it- 30 ta' Diċembru, tas- sena 1996. Huwa minn ġewwa Birkirkara u bħalissa qed jgħix ġewwa l- belt ta' Firenze fejn hemmhekk ukoll huwa qed jaħdem fil- Florence Academy of Art. Huwa studja ġewwa l- MCAST u l- kulleġġ San Ignazju, kif ukoll ġewwa Max-Born-Berufskolleg, fil- Ġermanja.

Andreas Paul Muscat_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Andreas Paul Muscat.

DIONE SPITERI

L- artist Dione Spiteri, huwa minn ġewwa r- raħal ta' Ħal Għaxaq u huwa figura magħrufa fil-komunità ta’ Ħal Għaxaq, b’ interessi fl- arti tradizzjonali Maltija u avvenimenti kulturali. Dione Spiteri, twieled nhar it- 12 ta' Frar tas- sena 1978.

Dione spiteri_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Dione Spiteri.

ALESSIO FENECH

alessio fenech.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Massimo Borg.

LOUIS GALEA

Louis Galea huwa artist minn ġewwa l- gżira Ghawdxija, eżattament mir- raħal ta' San Lawrenz. Louis twieled fis- sena 1975, preċiżament nhar is- 16 ta' Frar. Huwa iben l- istatwarju u bejjiegħ ta' oġġetti sagri, Joseph Galea. Flimkien ma ħuh Josef, Louis kompla jamministra l- ħanut tal- familja, li jinsab fi Pjazza San Ġorġ, ir- Rabat. Ħanut li jispeċjalizza f' oġġetti reliġjużi u statwi. Missieru, Joseph Galea, kien l- ewwel president tal- Għaqda Ħbieb tal- Presepju f' Għawdex fl- 1985, u l- familja Galea kellha rwol importanti biex l- interess fil- presepji jerġa' jikber. L- artist Louis Galea, huwa miżżewweġ lil Julie u għandhom tlett itfal. Fost il- passatempi tiegħu, Louis iħobb ħafna is- sajd, il- kaċċa u kif ukoll dilettant tan- nar. Fis- sena 2024, Louis Galea kien ukoll kandidat għall- elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali.

louis galea.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Louis Galea.

MARTIN BEZZINA WETTINGER

Jekk tmur dawra sal- Belt Kapitali u tgħaddi minn Triq l- Ifran, żgur illi ser tilmaħ il- bottega ta' l- artist Martin Bezzina Wettinger. Bottega ċkejna, bl- isem ta' ''Il- Bottegin ta' San Martin'', li Martin kien fetaħ fis- sena 2006. Martin huwa artist magħruf sew mad- dilettanti tal- Arti Sagra. Martin Bezzina Wettinger, huwa minn ġewwa l- Imsida imma jgħix fir- raħal ta' Marsaskala. Huwa għalliem tal- Matematika u l- Fiżika u jgħallem ġewwa l- MCAST. Martin Bezzina Wettinger, gradwa fis- sena 1993. Twieled nhar il- 15 ta' Novembru u għandu 3 itfal: Petra, Sarah u Daniel. Apparti x- xogħol tal- iskultura Martin huwa wkoll pittur u kif ukoll għandu t- talent fil- kant. Fis- sena 2010, Martin rebaħ il- premju f' ġieħ l- artiġjanat Malti.

martin_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Martin Bezzina Wettinger

L- ewwel interess ta' Martin fuq l- iskultura fl- injam, imur lura għal meta kien daqsxejn ta' tfajjel fejn kien ġie spirat minn

sensiela televiżiva – How the West was Won – wieħed mill- karattri skolpa żiemel tar- ramel u kont affaxxinat mill- ħsieb li

jkun jista’ joħloq skulturi minn injam mhux raffinat. Aktar tard f’ ħajtu Martin iltaqa ma’ George Cassar, mastrudaxxa li

nissel fih imħabba għax- xogħol bl- injam. Wara li pprova xi tinqix, skopra passjoni li qatt ma ħaseb li kellu. Fl- 1999

iddeċida li jsegwi Diploma fl- Arti u l- iskop tiegħu kien li juża' l- Arti biex jesprimi s- sentimenti u l- ideat personali tiegħu.

Martin, qatt ma ħares lura minn dakinhar ’l hawn. Il- passjoni vera tiegħu hija l- iskultura tal- injam, għax permezz ta’

 

proċess twil u diffiċli jemmen li jista’ jittrasforma blokka njam f’ opra tal- arti. B’ hekk, il- ħsibijiet tiegħu jinghataw forma
 

tanġibbli. Jagħmel ukoll skulturi tat- tafal u jħobb ipinġi bl- użu tal- mezzi konvenzjonali kollha bħall- akwarell, l- akriliku, 

iż- żebgħa taż-żejt kif ukoll il- pastelli. In- natura hija wkoll importanti ħafna għal Martin għax għalih hija sors kbir ta’

 

ispirazzjoni. Fil-fatt, hu konxju ħafna rigward l- impatt ambjentali. Minħabba f’ hekk, jirkeb ir- rota kull fejn ikun possibbli u

 

jieħu gost ukoll ibaħħar madwar il- gżejjer tagħna u lil hinn. Passatemp ieħor tiegħu jinkludi ż- żfin – speċifikament it-

 

tango. Ħafna drabi jintilef fil- mużika drammatika ta’ Lucio Demar jew Pugliese waqt li jkun qed jaħdem fl- istudjo tiegħu.

 

Iħobb ukoll l- opra; Joseph Calleja akkumpanjah bosta drabi waqt li jkun qed ipinġi jew jiskultura. L- aktar ġeneru li

 

Martin Bezzina Wetinger jikkunsidra fix- xogħol tiegħu, huwa dak kontemporanju u jiddeskrivi xogħlu bħala kuraġġuż u

 

qawwi.  F' April, tas- sena 2007, organizza l- ewwel wirja tal- arti personali tiegħu bit- titlu 'L- Użu tal- Lingwa tal- Arti' fis-

 

Soċjetà Maltija tal- Arti, Manifattura u Kummerċ, ġewwa l- Palazz De La Salle, 219, Triq ir- Repubblika, l- Belt Valletta.

 

Martin, beda' jipprattika din l- arti, lura għas- sena 1984 u l- aktar biċċa xogħol favorita tiegħu hija xbiha ta' omm u tifel

 

ċkejken li tinsab fil- Kappella tal- Università, minquxa f' Cirmolo fis- sena 2011. L- artisti fl- injam li jispiraw ħafna lil Martin

 

huma Val Gardenia u Fred Zavadil u l- artist lokali, il- mibki George Fenech. L- artist Martin Bezzina Wettinger f' intervista

 

jgħid li kieku ma kienx artist kien ikun kantant tal- opra. 
 

Parti mill- informazzjoni rigward Martin hi mehuda mis- sit: Indulge.com.mt.

CARMELO BRINCAT

carmelo brincat_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Carmelo Brincat Ltd.

MARIO BORG

L- artist Mosti Mario Borg twieled fl- 1963, trabba u għix fil- Mosta. Fis- sena 2011, Mario mar jara wirja ta' skultura fit- tafal ġewwa r- razzett tal- Markiz Mallia Tabone. Kien propju dakinhar waqt li kien qed jara din il- wirja, li ħass li hu wkoll kien kapaċi jagħmel dan it- tip ta' xogħol. Għalhekk xtaq jipprova. Determinat li jwettaq dak li xtaq, l- għada tal- wirja qam u mar

Mario Borg_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Mario Borg Sculptor.

jixtri t- tafal u pprova jiskolpi ras ta' mara. Bil- mod il- mod ħadem fuq dan il- bust, u kif ra li rnexxielu jwettaq il- ħolma tiegħu, u dehrlu li seta' jkompli jiżviluppa, għamel statwa sħiħa. Din l- istatwa ma' kinitx waħda ġenerika, iżda żviluppat fir- replika tal- istatwa tal- Madonna tal- Karmnu, taż- Żurrieq. Statwa li inċidentalment Mario kien devot ħafna lejha. Minn hawn 'il quddiem Mario kompla jaħdem statwi Reliġjużi fit- tafal. Fil-fatt ħafna mix- xogħlijiet li tagħna għandhom rabta mal- istorja Reliġjuża u anke mal- passjoni. Suġġett li kien jippermetti lil Mario jesplora sitwazzjonijiet, forom u pożi differenti. Wara dan il- perjodu iżda, Mario xtaq jaħdem stili differenti ħalli jiskopri l- hiliet tiegħu. Fil-fatt Mario qaleb fuq il- mitoloġija Griega. Dan it- tip ta' xogħol kompla juri l- kapaċita' ta' Mario billi x- xogħol tiegħu kellu jagħti mportanza lill- anatomija tal- ġisem uman, fejn b' mod ċar kellu jiskolpi l- muskoli tal- persuna. Dan l- istil lil Mario ppermittilu wkoll li jaħdem statwi tal- annimali. L- artist Mario Borg trasforma wkoll żewġ pitturi ta' Caravaggio fi statwi, dik tal- Qtugħ ta' ras ta' San Ġwann u San Ġilormu. Fis- sena 2013 huwa beda jaħdem il- busti. L- ewwel wieħed kien dak ta' Joseph J. Camilleri li jinsab esebit permanenti fil- bitħa tar- Razzett tal- Markiz. Wara ħadem il- bust tas- Sur Winston V Zahra u ta' nies prominenti oħrajn. Ħadem ukoll il- busti ta' wliedu Sarah u Rebecca, flimkien ma' portrait tiegħu u dak ta' martu Agnes, li kien iżżewwiġha nhar it- 23 ta' Settembru, 1989. Il- bust ta' Dun Manwel Grima, maħdum fil- bronż, jinsab quddiem il- knisja ta' San Ġużepp fil- Manikata. Xogħol prominenti tal- artist Mario Borg hu l- monument alto relievo maħdum fil- bronż ''Is- Samaritan it- Tajjeb'', li jinsab fiċ- Ċentru tal- Konferenzi tal- MUSEUM f' Santa Venera. Xogħol aktar riċenti tal- artist Mario Borg jinkludi diversi busti ta' personalitajiet magħrufin u inqas magħrufin. Mario ħadem statwi sagri fejn jispikka l- element tat- tbatija ta' Kristu fil- Passjoni bħal ''Il- Marbut'', ''L- Ecce Homo'', it- tnejn ispirati fuq l- istatwi ta' Karlu Darmanin tal- Mosta u ''il- Kurċifiss''. Mario Borg, ħadem ukoll statwi oħrajn bħal ''Marley Horse'' u ''Mastru Anġlu Gatt''. Ma jonqsux xogħlijiet alto relievo bħal ''Nene' degli Ulivi'', ''ChariotWarrior'' u ''il- Vjaġġ''. L- artist Mario Borg, kellu żewġ wirjiet personali ''L- Isfida Minquxa'' (2013) u ''Expressive Struggle'' (2015). ''Passjoni fit- Tafal'', kienet it- tielet wirja personali ta' Mario Borg li ttellghet fir- Razzett tal- Markiż Mallia Tabone fil- Mosta, bejn it- 30 t' April u l- 14 ta' Mejju, tas- sena 2017. Sfortunatament l- artist Mario Borg, ħalla din id- dinja fis- 26 ta' Novembru tas- sena 2024. 

L- informazzjoni rigward Mario hi mehuda mill- paġna ta' Facebook: Mario Borg Sculptor.

CHARLIE CAMILLERI

Charlie Camilleri, huwa artist rinomat, imfittex u magħruf sew mad- dilettanti tal- Gimgħa Mqaddsa u kif ukoll mal- presepisti. L- artist Charlie Camilleri, huwa minn ġewwa n- Nadur, Għawdex. Huwa twieled fit- 23 t' Ottubru, tas- sena 1975. Charlie huwa miżżewweġ lil Jennifer u flimkien għandhom tlett itfal: Benjamin, Christabel u Alicia.

Charlie Camilleri.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Charlie Camilleri.

STATWARJI

(Statwi life-size)

MELCHIORRE GAFA'

(1636 - 1677)

Twieled il- Birgu, bin Marco Gafà u Veronica, imwielda Spiteri, u kien id-disa' tifel fost għaxar ulied. Tgħammed fil- 21 ta' Jannar 1636 u ngħata l- isem Marcello għal ħuh li twieled fl- 1634 u kien miet. Milli jidher ma' damx ma' beda jissejjaħ Melchiorre. Fl- 1658 kien baqa' biss ħamsa ħajjin mill-ulied: Giuseppe, Grazio, Gio-Maria, Lorenzo u Melchiorre. Missieru, Marco Gafà mar joqgħod il- Birgu fl- 1610 u żżewweġ fl-1616. Ma nafux x' sengħa kellu imma kien jissejjaħ Maestro; aktarx kien skarpan. Skond storja mhux konfermata, jinghad li ta' xi għaxar snin, Gafà kien lavrant mal- iskultur

LorenzoGafa.jpg

Dan ir- ritratt mehud mis- sit: Tales Of Kottonera.

Dozzinale, il- Birgu. Meta kavallier Spanjol talab lil Dozzinale biex jagħmillu xi statwi għall- villa tiegħu f' Casal Paola u

 

dan m' aċċettax, il- kavallier offra x- xogħol lit- tifel Gafà. Tant għoġbu x- xogħol li ħa t- tifel taħt il-protezzjoni tiegħu. 

 

Milli jidher meta kellu xi sittax -il sena kien lavrant mal- iskulturi Casanova, fosthom Michele, Antonio u Damiano. Dawn

kienu jaħdmu fil- ġebla tal- franka u kellhom ħanut il- Birgu. Gafà (Marcello Gaffar) kien imdaħħal magħhom fix- xogħol

fil- Kappella Torres fil- Katidral ta' Siracusa fi Sqallija li għalih skolpixxa figuri ta' putti u rjus ta' serafini fuq kolonni. Ma'

nafux żgur kif Gafà ħalla Malta għal Ruma u min għenu biex jitlaq. Nistgħu nissuspettaw xi patrunaġġ mill- Kavallieri,

 

ekkleżjatiċi jew nobbli Taljani li kienu Malta. L- iskultur żagħżugħ kien ingħata parir għaqli għax daħal fil- bottega tal-

 

iskultur stabbilit Ercole Ferrata (Pellio Intelvi, 1610 – Ruma, 1686) mill- ewwel meta wasal Ruma. Però,  x'aktarx ma' kienx

 

hemm appoġġ uffiċjali mill- Kavallieri għax meta ġie kkunsidrat għall- ewwel darba għax- xogħol fil- Kon-Katidral ta' San

 

Ġwann, l- ambaxxatur tagħhom f' Ruma sejjaħlu "un certo Maltese" u żgur li ma kienx jgħid hekk kieku kienu jafuh

 

sewwa. Hemm suġġeriment li kellu l- għajnuna ta' Fabio Chigi, li sar Papa Alessandru VII, li kien delegat Apostoliku bejn

 

l- 1634 u l- 1639 u kien joqgħod il- Birgu. Suġġeriment ieħor hu li kien megħjun mill- kavallier Fra Giovanni Bichi, li kien

 

dam joqgħod Malta imma dak iż- żmien kien ilu ftit joqgħod Ruma. M 'hemm l-ebda konferma għal dawn is- 

 

suġġerimenti. Meta daħal fil- bottega ta' Ferrata, l- ewwel xogħlijiet tiegħu kienu statwi għal- knejjes fil- Belt Valletta: il-

 

Madonna tar- Rużarju għall- Knisja tad- Dumnikani (din waslet Malta f' Mejju tal- 1661) u San Pawl għall- Knisja tan-

 

Nawfraġju ta' San Pawl (din kienet ordnata mill- familja Testaferrata u mogħtija lill- knisja qabel l- 1694). It- tnejn jidher li

 

kienu influwenzati mill- istil tal- iskultur Bolonjiż Alessandro AlgardiL- ewwel kummissjoni indipendenti importanti tiegħu

 

kienet fl- 1660 għall- Knisja prestiġjuża ta' Sant' Agnese in Angone, fi Pjazza Navona. Din kienet għat- titular skolpit tal-

 

altar ta' Sant' Ewstakju u ordnah Camillo Pamphili. Kif jidher mill- abbozzi, Gafà ħadem ħafna fuq il- preparazzjoni għal

 

dan ix- xogħol. Pamphili tant għoġbuh dawn il- buzzetti li fl- 1663 tah kummissjoni oħra biex jagħmel statwa li

 

tirrapreżenta l- Karità ta' San Tumas għall- kappella tal- familja tiegħu fil- Knisja ta' Santu Wistin, ukoll fi Pjazza Navona.

 

Pamphili tant kien impressjonat bil- mudell ta' San Tumas li ordna inċiżjoni li saret minn Pietro del Po. Sadanittant l- istil 

 

ta' Gafà żviluppa u tbiegħed minn Algardi u resaq iżjed lejn Bernini mingħajr ma' waqa' taħt il- ħakma tiegħu. Minkejja s-

 

suċċess tiegħu, Gafà baqa' jaħdem fl- istudju ta' Ferrata u bejn l- 1663 u l- 1667, hu u Ferrata kienu joqogħdu fl- istess

 

dar. Però jidher li Gafà kellu grupp jaħdem miegħu. Pereżempju, fl- 1664 l- iskultur Sqalli Pietro Papaleo kien student

 

tiegħu u l- pittur Michelangelo Mamilla kien jogħqod miegħu. Il-fama ta' Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma

 

lesta xejn biex jidher fil- pubbliku, fl- 1662 daħħluh fl- Akkademja ta' San Luqa u fis- Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon.

 

Fl- istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrappreżenta l- Apoteożi ta' Santa Katerina ta' Siena għall- Knisja tad-

 

Dumnikani ta' Santa Caterina a Magnapoli. Fl- istess żmien, Gafà, li kellu konnessjoni qawwija mal- ordni tad- Dumnikani

 

(forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan), kiseb ordni għal statwa ta' Santa Roża ta' Lima biex tintuża fiċ-

 

ċerimonji tal- beatifikazzjoni u wara tittieħed fil- Knisja ta' San Domingo, f' Lima, il- Perù. Ir- rappreżentazzjoni tal-

 

qaddisa qiegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat lil Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji

 

tagħha bil- metall. Id- data fuq l- istatwa hi l- 1665. Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba'

 

kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il- Kavallieri ta' Malta. Sa dak iż- żmien kellu xogħol biżżejjed u pożizzjoni

 

stabbilita biżżejjed li seta' jgħid lil Gran Mastru Cottoner biex jistenna sa meta jmissu. Wara xi tħassib, Gafà accetta x-

 

xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il- grupp tal- Magħmudija ta' San Ġwann għall- knisja konventwali fil- Belt Valletta.

 

Gafà kien Malta minn Jannar sa Mejju 1666 u kellu miegħu lill- pittur Marullo (li waqt li kien Malta pinġa t- titular f'

 

kappella fil- Knisja ta' San Pawl tar- Rabat) u tifel ta' 13 -il sena, Antonio Garsin. Matul dan iż- żmien għamel abbozzi

 

għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra: reredos għall-kappella ta' Franza fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann u ieħor għall-

 

Knisja tal- Erwieħ fil- Belt Valletta, statwa ta' San Pawl għall- Grotta ta' San Pawl, ir- Rabat, u lampier-relikwarju għall-

 

Knisja ta' San Pawl. Sa nofs l- 1667 Santa Roża kienet lesta. Jidher li Ġafà kellu xi interess fil- proġett għall- kolonnata tal-

 

Vatikan. Ħadem ukoll fuq bust tal- Papa Alessandru VII u kellu kummissjoni għal statwa kbira ta' Alessandru III għall-

 

Katidral ta' Siena. Kien wieħed mill-i żjed skulturi mfittxija f' Ruma, imma miet f' daqqa fl- 4 ta' Settembu 1667. Indifen fil-

 

Knisja ta' San Biagio della Pagnotta f'Ruma. Ħafna mill- ordnijiet tlestew minn Ferrata. Kien hemm litigazzjoni bejn l- eredi

 

u l- klijenti ta' Gafà, l- familja Pamphili, li damet għaddejja sentejn. L- Ordni ta' San Ġwann indaħlet ukoll. Xi affarijiet ta'

 

Gafà, fosthom xi abbozzi ntbagħtu lill- familja tiegħu f'Malta. L-uniku ritratt tiegħu hu tpinġija li qiegħda StokkolmaLeone

 

Pascoli jiddiskrivih bħala raġel qasir, ismar, irqiq, imħasseb u buruż. Kellu xbin żgħir, għajnejn suwed fil- ħofra u xagħar

 

qasir iswed bin-nokkli żgħar. 

Xoghlijiet ta' Melchiorre Gafa':

Kellu ħafna kummissjonijiet fil- ħajja qasira tiegħu imma laħaq lesta ftit xogħlijiet importanti minn dawn:

- Statwa ta' San Pawl fil- Knisja tan- Nawfraġju ta' San Pawl fil- Belt Valletta (għall- ħabta tal- 1659).

- Statwa tal- Madonna tar- Rużarju fil- Knisja tad- Dumnikani, ir- Rabat, Malta (1660-61).

- Statwa tal- irħam ta' Santa Roża ta' Lima fl- agunija tal- mewt (iffirmata bid- data tal- 1665; Lima, Santo Domingo)

  kienet iċ- ċentru fiċ- ċerimonja tal- beatifikazzjoni tal- qaddisa fl- 1668 f' Santa Maria sopra Minerva, Ruma u mibgħuta

 

  l-​ Perù immedjatament wara ċ-ċerimonji.

- Ir- riliev fl- irħam abjad tal- Apoteożi ta' Santa Katarina ta' Siena fil-Knisja ta' Santa Caterina a Magnanapoli, Ruma.

 

  M' hemmx data għal din l- opra imma hu ġeneralment aċċettat li lestiha hu stess fl- 1667 jew qabel.

 

- Bust tal- Papa Alessandru VII: hemm verżjoni tat- terrakotta f' Palazzo Chigi f' Ariccia. Fil- Metropolitan Museum fil- Belt

 

  ta' New York, hemm verżjoni tal- bronż iffirmata (bid- data tal- 1667) u hemm bronż ieħor fil- Katidral ta' Siena.

Fost ix-xogħlijiet mhux kompluti li komplihom Ercole Ferrata, hemm pereżempju:

- Il- Martirju ta' Sant' Ewstakju fil- Knisja ta' Sant' Agnese in Agone, Ruma (1660-69).

 

- San Tumas ta' Villanova jqassam il- Karità fil- knisja ta' Sant' Agostino, Ruma (1663-69). L- abbozz tat- terrakotta           

 

  qiegħed fil- Mużew Nazzjonali tal- Arti, il- Belt Valletta.

 

- Statwa tal- irħam tal- Papa Alessandru III fil- Katidral ta' Siena (1665/66).

 

- Statwa tal- irħam ta' San Pawl fil- Grotta ta' San Pawl, ir- Rabat, Malta (1666-69).

L- informazzjoni rigward Melchiorre Gafa' mehudha mis- sit: mt.wikepedia.org.

LORENZO GAFA'

(1639 - 1703)

Gafà twieled fl- 1639 fil- Birgu, u missieru kien in- naġġar Marco Gafà u ommu kienet Veronica Gafà. Huwa beda l- ħajja tax- xogħol tiegħu bħala naġġar ma' missieru u ma' ħuh il- kbir Melchiorre, li sar skultur rinomat. X' aktarx li studja l- arkitettura f' Ruma, l-Italja, għalkemm ma' hemm l- ebda evidenza dokumentarja li huwa qatt siefer minn Malta. Jista' jkun ukoll li Gafà kien apprendist tal- arkitett Taljan Francesco Buonamici meta dan kien  jgħix f 'Malta. Sal- bidu tas- snin 60 tas-seklu 17, Gafà kien żviluppa interess qawwi fid- disinn arkitettoniku u fl- 1661 huwa magħruf li kien involut fil- kor tal-

LorenzoGafa_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mis- sit: Tales Of Kottonera.

Knisja ta' San Filep f' Ħaż- ŻebbuġXi żmien qabel l- 1666, huwa ħadem fuq ir- retabli tal- artal prinċipali tal- knisja ta'

 

Santa Skolastika u fil- Knisja Dumnikana tat- Tlugħ is- Sema, it- tnejn li huma f' raħal twelidu, il- Birgu. Huwa magħruf ukoll

 

għad- disinn tal- artal tal- Knisja ta' San Nikola fil- Belt Valletta. Huwa ddisinja wkoll jew kien involut fil- kostruzzjoni tal-

 

knejjes li ġejjin:


- il- Knisja ta' San Pawl, ir- Rabat (1664 - 1683);

- il- Knisja tan- Nawfraġju ta' San Pawl, il- Belt Valletta (1666 - 1680);

- il- Knisja tal- Karmlitani, l- Imdina (1668 - 1672);

- il- Knisja ta' Sarria, il- Furjana (1676);

- il- Knisja ta' San Nikola, is- Siġġiewi (1676 - 1693);

- il- Monasteru ta' Santa Skolastika, il- Birgu (1679);

- il- Knisja ta' San Rokku, il- Belt Valletta (għall- ħabta tal- 1680);

- il- Knisja ta' San Lawrenz, il- Birgu (1681 – 97);

- il- Knisja ta' San Pietru l- Martri, Marsaxlokk (1682);

- il- Koppla tal- Knisja ta' San Ġorġ, Ħal Qormi (1684);

- il- Knisja ta' Santa Marija, il- Qrendi (1685 - 1712);

- il- Knisja tal- Ħlas, Ħal Qormi (1690);

- il- Knisja ta' Santa Katerina, iż- Żejtun (1692 - 1744);

- il- Knisja tal- Ispirtu s- Santu, iż- Żejtun (1688);

- il- Katidral tat- Tlugħ is- Sema tal- Madonna, ir- Rabat, Għawdex (1697 - 1711);

- it- Tkabbir tal- Knisja tal- Vitorja, il- Belt Valletta (1699).


Xogħol attribwit



Xi sorsi jsostnu wkoll li Gafà kien involut fil- kostruzzjoni tal- Knisja ta' Santa Katerina, iż- Żurrieq (1632 – 55), tal- Knisja

tas- Salvatur, il- Kalkara (1650), tal- Knisja ta' Santa Marija, Ħaż- Żebbuġ (1683), tal- Knisja tal- Ispirtu s- Santu, iż- Żejtun

(1688), il- Knisja tal- Ispirtu s- Santu, l- Imdina (1688), tal- kor tal- Knisja tan- Natività, in- Naxxar (1691), tal- Knisja tat-

Tlugħ is- Sema, Ħal Tarxien (1692), tal- Knisja ta' San Nikola, l- Imdina (1692), tal- Knisja ta' Sant' Agata, l- Imdina (1694),

u tal- Knisja ta' San Ġiljan, l- Isla (1696).

 

Xogħol ieħor

 

 

Fl- 1679, Gafà ddisinja u ssorvelja l- kostruzzjoni tal- kor tal- Katidral ta' San Pawl, l- Imdina, u iktar 'il quddiem iddisinja l-

 

Palazz tal- Isqof. Il- katidral inqered parzjalment ftit snin wara matul it- terremot ta' Sqallija tal- 1693, għalkemm il- kor il-

 

ġdid li kien għadu kemm inbena baqa' intatt. Il- katidral l- antik twaqqa', u bejn l- 1696 u l- 1705 inbena katidral ġdid

 

skont id- disinni Barokki ta' Lorenzo Gafà. Il- katridral ġie kkonsagrat fit- 8 ta' Ottubru 1702, u jitqies bħala l- kapulavur ta'

 

Gafà. Gafà ddisinja wkoll xi binjiet lajċi, fosthom Villa Bigi (1675), il- Palazz tal- Ġeneral fil- Birgu (qabel l- 1695) u x'

 

aktarx l- Isptar Ta' Saura, ir- Rabat (1655). Gafà miet fis- 16 ta' Frar 1703 tal- età ta' 64 sena.

L- informazzjoni rigward Lorenzo Gafa' mehudha mis- sit: mt.wikepedia.org.

PIETRO FELICI

(1669 - 1743)

L- istatwarju Pietro Felici twieled f’ Ħal Qormi, it- tielet iben ta’ Agostino u Grazia Mallia, li żżewġu fil- knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ fit- 28 ta’ Frar, 1666. Minn dan iż- żwieġ kellhom ħamest' itfal: Generosa fl- 20 ta’ Diċembru, 1666; Domenico fit- 18 ta’ Frar, 1668; Pietro fit- 22 ta’ Diċembru, 1669; Antonio fl- 14 ta’ Ġunju, 1672; u Vitale fis- 7 ta’ Settembru, 1673. Pietro tgħammed fl- istess jum li twieled u ngħata isem nannuh minn missieru. Fl- 1675, ommu mietet fl- età ta’ 29 sena. Missier Pietro reġa’ żżewweġ fis- 6 ta’ Awwissu, 1675, fil- knisja tas- Salvatur fl- Imdina. It-tieni mara tiegħu kienet Alzonica Galea mill- Mosta. Jidher li bejn l- 1675 u l- 1684 il- familja Felici telqet minn Ħal Qormi u marret tgħix l- Isla. Hawnhekk Pietru qatta' żgħożitu u forsi kien proprju hawn, ġewwa l- Isla, li Pietru tgħallem l- arti tal- iskultura. F' dan il- lokal kien jgħix u jaħdem Anton Zahra, skultur

Pietro Felici 1_edited.jpg

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija xoghol fl- injam tal- istatwarju

Qormi Pietro Felici. Din l- istatwa inhadmet fis- sena 1740. Dan ir- ritratt mehud

mill- pagna ta' Facebook:
Is- Sabih tal- Festi II.

prim fil- ġebla. Għandu mnejn li kien minn taħt idejh li Pietru tgħallem l- iskultura, għalkemm xejn ma nafu b' ċertezza.
 
Mit- testment li ħalla nafu li Pietru Felici kellu tlett itfal: Wistin, li kellu diżabilità mentali; Ġużeppi, li milli jidher kien tajjar
 
difru mal- Ġustizzja minħabba xi offiża li kien għamel; u Anna Maria, tifla li x' aktarx li kienet għadha żgħira fl- età meta
 
miet missierha Pietru. Fit- testment ma tissemmiex martu (forsi għax kienet mietet) u lanqas nafu x' kien jisimha. Dan l-
 
istess testment jagħtina x' nifhmu li Pietru miet fil- faqar. Kulma ħalla lil uliedu kienu l- għodda li kellu u xi xogħlijiet ta'
 
skultura li fuqhom kien iffissa prezz biex jinbiegħu u b' hekk uliedu jdaħħlu xi ħaġa tal- flus. Huwa ħalla f' idejn Dun
 
Ġammari Vella u Dun Diegu Farrugia biex jesegwixxu x- xewqat tiegħu, b' mod speċjali li jieħdu ħsieb ibnu Wistin u bintu
 
Anna Maria peress li, milli jidher, ma kellhomx qraba li setgħu jieħdu ħsiebhom. Pietru miet fis- 27 ta' Frar 1743 meta kellu
 
73 sena. Huwa kien residenti fil- Belt Valletta. Bħalma ftit nafu dwar ħajtu, hekk ukoll ftit għandna tagħrif dwar
 
ħidmietu. Dan I- artist kellu l- hanut tax- xoghol tieghu gewwa I- Isla u probabbli Ii kien jiskolpi l- puleni tax- xwieni. S' issa
 
ġew identifikati ftit xogħlijiet li huma frott l- idejn ta' dan l- iskultur Qormi. Tnejn minnhom jinsabu fir- raħal tas- Siggiewi.
 
Dawn huma l- istatwa tal- ġebel ta' San Nikola li tiddomina f' nofs il- pjazza u l- vara titulari tal- istess qaddis li tinsab fil- 
 
knisja parrokkjali. Skont dokument fil- Kurja tal- Arċisqof fil- Furjana, l- istatwa ta' San Nikola tal- pjazza saret fis- sena 
 
1732 minn 'Maestro Pietro' li tħallas 70 skut għal xogħlu. Kollox jindika li dan ma kien ħadd ħlief Pietru Felici peress li l- 
 
ismijiet huma l- istess u, barra minn hekk, ma jidhirx li dak iż- żmien kien hemm xi skultur ieħor b' dan l- isem. Dokument
 
ieħor fil- Kurja Arċiveskovili juri b' mod ċar li l- vara titulari ta' San Nikola hi tassew skultura li ħarġet minn idejn Pietru
 
Felici li, f' ħames ħlasijiet separati bejn l- 1736 u l- 1737, tħallas b' kollox 95 skut. Il- pedestall, iżda, huwa xogħol ta' 
 
GioMaria Vassallo li għalih tħallas ftit iktar minn 66 skut filwaqt li l- iskultura tal- pedestall inħadmet minn Ġużeppi Fabri li
 
ħallas 15 -il skut. L- ordni għax- xogħol fuq l- istatwa saret minn Dun Nikol Zarb, dak iż- żmien prokuratur tal- knisja. Il- 
 
vara l- ġdida jidher li nġarret proċessjonalment għall- ewwel darba fl- 1737 u ħadet post manikin imlibbes li għadu
 
miżmum fis- sagristija tal- knisja parrokkjali tas- Siggiewi. Zewġ xogħlijiet oħra ta' Pietru Felici huma l- vara tal- Madonna
 
tar- Rużarju f' Ħaż- Żebbuġ li saret fl- 1741,  fuq l- istatwa tar- Ruzarju ta' Gafa' u l- vara titulari ta' San Ġorġ li beda

jahdem fuqha nhar it- 18 ta' Lulju 1738 li 
tinħareġ proċessjonalment mat- toroq ta' Ħal Qormi kull sena fl- istess Ħadd li fih

is- Siġġiwin joħorġu l- istatwa tal- 
qaddis patrun tagħhom San Nikola. Il- vara ta' San Gorg swiet is- somma ta' 110 skudi

li jgibu £9-3s-4d, jew Lm9.16,7 fi 
flus decimali li kellna jew €ur21. 35 fi flus tal- lum. Mad- daqqa t' ghajn wiehed jasal

ghal- konkluzzjoni li kienet xi somma 
zghira, izda meta wieħed iqabbillha mall- pagi ta' dak iż- żmien malajr jibdilha din il-

fehma. Din is- somma kopriet biss il- 
figura tal- qaddis, u l- flus tħallsu mill- Knisja parrokkjali. Il- vara kienet imbierka mill-

kappillan Ġużeppi Vella, nhar is- 
Sibt, 22 ta' April, 1741, u żżanżnet l- għada l- Ħadd 23 ta' April, 1741. Naħseb li l- aħħar

Ħadd ta' kull Ġunju jista' bir- raġun kollu jissejjaħ Jum Pietru Felici, l- ewwel artist Malti li ħadem, f' art twelidu stess, l-

ewwel żewġ statwi ta' qaddisin titulari għal żewġ knejjes parrokkjali Maltin: San Nikola u San Ġorġ. Fost xoghlijiet ohra

tieghu wkoll huma l- erba' puttini li nsibu mal- pedestall ta' San Gorg. Hadem ukoll l- istatwa tal- Madonna tal- Karmnu li

nsibu fil- knisja parrokkjali ta' San Guzepp l- Imsida, fejn hija wkoll attribwita lilu. Pietru taghna wkoll l- istatwa tal-

Madonna tar- Ruzarju, li kien hadem ghall- Bazilika tal- Isla, fis- sena 1749. Din damet tintuża fil- purċissjonijiet

tal- fratellanza għal madwar 140 sena, meta għal xi raġuni fl- 1888 fi żmien il- prokuratur Dun Stiefnu Camilleri, inġiebet

statwa oħra minn Franza, li hi proprju l- istess waħda li għandha llum, u ħadet post dik ta' qabel. Ftit taż- żmien wara

kienet saret talba mill- Parroċca tal- Imsida biex tinxtara l- istatwa l- antika tar- Rużarju, u għalhekk fil- laqgħa ġenerali

tad- 29 ta' Novembru tal- 1891, kien ġie deċiż li dik l- istatwa tinbiegħ għal somma żgħira ta' flus lil din il- Parroċċa. Il-

kuntratt ta' dan il- ftehim għandu l- firem tas- saċerdot Stiefnu Camilleri u l- kjeriku Giuseppe Adami. 

L- informazzjoni rigward Pietro Felici mehudha mis- sit: um.edu.mt.

SAVERIO LAFERLA

(1697 - 1761)

L- artist maghruf Saverio Laferla, kien l- ewwel skultur Malti li pproduċa statwi kompluti tal- kartapesta. Skond l- ahhar studji li saru dwar Laferla, juru li għex il-biċċa l- kbira ta’ ħajtu fil- Belt Valletta bħala parti mill- parroċċa Dumnikana ta’ Porto Salvo. Kemm hu u kif ukoll il- ġenituri tiegħu, iżżewġu u mietu hemm, iżda l- magħmudija tiegħu ma ġietx irreġistrata hemmhekk. Fit- 13 ta’ Jannar 1678, Gerolamo Laferla - iben il- mibki Mario u Angela - iżżewweġ lil Theodora, bint Gregorio Carbone u Magdalena, it-tnejn mill- parroċċa ta' Porto Salvo. Il- kappillan Giuseppe Cafa OP, bierek dan iż- żwieġ, fejn ix- xhieda tieghu kienu

MSL-Mastru-Saverio-Laferla_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mis- sit: BDLBooks.Com.

Matthiolo Farrugia u Giovanni Maria Agius. Minn dan iz- zwieg, twieldu mill- inqas erbat' itfal: Maria, Angela, Margarita u
 
Giuseppe Saverio. Sal- 1695, il- familja Laferla, Theodora u ż- żewġt ibniet tagħha Maria u Angela, kienu jgħixu fiż- żona
 
tal- parroċċa ta' San Pawl. Margarita, imwielda fl- 1691, mhix elenkata, u dan ghax aktarx, li mietet ta' eta' żgħira. Imħalla
 
barra wkoll Gerolamo, li jissemma indirettament bħala r- raġel ta’ Theodora. Għalhekk, ma kienx qed jgħix mal- familja
 
tiegħu dak iż- żmien. Sal- 1696, il- familja kollha ma' kienetx elenkata flimkien mal- parruċċani ta’ San Pawl. Billi, xi xhur

wara regghu dehru gewwa l- Birgu, hemm possibilta li l- familja kollha marret toqgħod hemm. Fis- 26 ta’ Jannar 1697,

Theodora u Gerolamo twildilhom tifel. Huwa gie mgħammed minn Don Alessandro Fiteni, tlett ijiem wara, u nghata l- isem

ta' Giuseppe Saverio; il- parrinu tiegħu kien Fra Don Silverio Doz. Prattikament ma' nafu xejn dwar it- tfulija u l- ħajja

bikrija ta’ Saverio, ħlief li missieru kien miet f’ xi ftit zmien qabel ma' Saverio kien iżżewweġ u li l- familja marret lura lejn il-

parroċċa ta’ Porto Salvo. Fil- 25 ta' Ottubru 1716, iżżewweġ lil Maria Bontis, bint Pietro u Giovanna. Minn dan iż- żwieġ

twieldu tmient itfal, tifel u sebat' ibniet. Natale kien miet żgħir bħal oħtu Anna, u l- bqija laħqu l- kibru. Laferla kien barbier

professjonali, iżda kien aktar magħruf għall- kreazzjonijiet artistiċi tiegħu - jiġifieri l- ħolqien ta' presepji għall- Milied u

statwi tal- kartapesta.

Il- karriera artistika ta' Laferla...

Fl- 1732 ingħaqad mal- Arċikonfraternità tal- Kurċifiss Imqaddes tal- Belt Valletta bħala fratell. Fl- 1737, fl- età ta’ 40 sena,

l- istess Arċikonfraternità kkummissjonat lil Laferla biex jipproduċi statwi ġodda għall- purċissjonijiet li jsiru nhar ta’

Ġimgħa fir- Randan u kif ukoll f' Ħamis ix- Xirka. Dawn huma l- ewwel xogħol artistiku dokumentat minn Laferla. Is- sett

tal- Ġimgħa l- Kbira tal- Belt Valletta inbidel diversi drabi qabel Laferla, iżda l- membri ma' kinux sodisfatti. Sa dakinhar, il-

purċissjonijiet kollha eżistenti tal- Ġimgħa l-Kbira kienu jużaw il- manikini. Madankollu, xi statwi oħra ta’ manikini kienu

diġà ġew sostitwiti. Bejn l- 1737 u l- 1742, Laferla pproduċa dawn l- istatwi għall- Belt Valletta magħmulin kompletament

mill- kartapesta; L- Ort, ir- Redentur, il- Veronika, Il- Vara l- Kbira u l- Madonna tad- Duluri. Il- vara tad- Duluri kienet żieda

ġdida għall- purċissjoni tal- Belt Valletta. Aktar tard, Laferla introduċieha fl- Isla, Haz- Zebbuġ u r- Rabat. Din l-

innovazzjoni fil- Belt Valletta ħolqot mewġa ta’ bidla li wasslet lil Laferla biex jaħdem għall- purċissjonijiet kollha tal-

Ġimgħa l- Kbira li saru matul ħajtu. Kemm jekk dokumentati kif ukoll jekk b’ attribuzzjoni, Laferla pproduċa statwi għal-

Birgu, l- Isla, Bormla, ir- Rabat, in- Naxxar, Ħal Qormi, Haz- Zebbuġ, u ż- Żejtun. Hekk kif l- istatwi tal- Belt Valletta kienu

lesti, il- Konfraternità tal- Kurċifiss Imqaddes tal- Isla, ikkummissjonatu biex jagħmel statwi ġodda u jieħdu post il-

manekini. Bejn l- 1742 u l- 1744, huwa pproduċa ħames statwi għal Isla, inkluż ir- Redentur mirakoluż, wieħed mill- aktar

famużi fil- Gżejjer Maltin. Wisq probabli f' dan iż- żmien, l- ibliet ġirien tal- Birgu u Bormla wkoll ordnaw statwi godda

minghand Laferla. Dan il- mezz artistiku ġdid beda jikseb popolarità anke barra ż- żona tal- port. Fl- istess zmien li kien

qed jahdem ghal- kummissjoni tal- Isla, il- parroċċa ta’ Haż- Żebbuġ ikkummissjonat lil Laferla biex jipproduċi statwi tad-

Duluri, San Ġwann l- Evanġelista, il- Veronika u San Vinċenz de Paul. Għall- parroċċa ta’ Haż- Żebbuġ, Laferla għamel

statwa ta’ Kristu Rxoxt biex titpoġġa fuq il- Kustodja li żżomm ir- relikwa qaddisa tal- għadma tad- driegħ ta’ San Filippu

ta’ Aġġira, iddisinjata minn Pietro Paolo Troisi u magħmula mill- injam minn Ignazio Portelli. Proġett ieħor iddisinjat minn

Troisi li Laferla ħadem fuqu, kien il- kappella tar- repożitorju (sepulkru) għall- Katidral ta’ Malta fl- Imdina, fdata lil

Francesco Zahra. Laferla pproduċa sitt statwi ta’ anġli li jżommu simboli tal- passjoni u figura femminili allegorika li

tirrappreżenta l- Fidi fl- 1751. Fl- istess waqt, kien qed jaħdem ukoll għall- parroċċa tan- Naxxar. Il- purċissjoni tal-

Ġimgħa l- Kbira bdiet f’ dan iż- żmien, għalhekk ma kienx hemm it- tradizzjoni ta’ statwi manikini. Bejn l- 1749 u l- 1753,

Laferla pproduċa sett sħiħ ta’ statwi tal- Ġimgħa l- Kbira għan- Naxxar, inkluż Kristu Rxoxt. Skond l- ahhar ricerki ricenti li

saru gew skoperti xoghlijiet ta' Laferla li qabel ma' kinux magħrufa, u dan jikkonferma l- impatt artistiku tiegħu ma’ Malta.

Bħal fil- każ tal- Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar- Rabat. Evidenza dokumentarja, tiżvela li statwa proċessjonali ta’

San Ġużepp u xi wħud mill- istatwi tal- Ġimgħa l- Kbira ġew prodotti minn Laferla. L- ewwel kummissjoni kienet għal

statwa proċessjonali ta’ San Ġużepp. Statwa tal- injam kienet diġà ħadet post dik tal- manikin li ntużat sal- 1700.

Madankollu, sal- 1750, din tqieset li ma kinitx aktar moda. Kienet meħtieġa waħda ġdida fl- aktar stil u mezz

kontemporanju, kif ġie deċiż waqt Konsulta (laqgħa ġenerali) li saret fit- 22 ta’ Marzu 1750. Saverio Vassallo nħatar biex

jissorvelja l- proġett. Intgħażel Laferla, u l- Prokuratur mar il- Belt Valletta biex jiddilja miegħu. Huwa talab 20 skud għax-

xogħol tiegħu li ma' kienx jinkludi l- induratura. Din saret minn Mro Giuseppe Buhagiar, li kien qed jaħdem fuq is-

Sepulkru tal- Katidral. Din l- istatwa proċessjonali kienet l- ewwel statwa ta’ San Ġużepp magħmula mill- kartapesta

f’Malta u baqgħet tintuża kull sena sal-1889. Fl- 1757, Laferla ġie kkummisjonat mill- ġdid mill- Procuratore della

Settimana Santa
, Fra Giovanni Battista Zerafa, biex jagħmel statwi ġodda għall- Ġimgħa l- Kbira. Is- sitwazzjoni tal-

purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira fir- Rabat kienet identika għal dik tal- Belt Valletta u l- Isla. Għal żmien twil, intużaw

manikini iżda ġie deċiż li jiġu mibdula u li jkun hemm oħrajn ġodda tal- kartapesta. Dawn kienu l- Ort, ir- Redentur u l-

Madonna tad- Duluri, għal 25 skud kull wieħed. Huwa reġa’ żebgħah wkoll l- Ecce Homo u l- korp ta' Kristu mejjet. Il- ħlas

sar f’ diversi pagamenti. L- werrieta tiegħu rċevew l- aħħar waħda, peress li kien diġà mejjet. Għalhekk, x’ aktarx, dan ix-

xogħol għar- Rabat kien l- aħħar wieħed tiegħu. Sa issa, l- ebda artist ieħor tal- kartapesta ma' kien magħruf qabel

Antonio Mifsud fil- bidu tas- seklu 19. Madankollu, evidenza ġdida turi li l- istatwi tal- kartapesta komplew jiġu mahduma

wara l- mewt ta’ Laferla. Fl- 1770 il- Procura della Settimana Santa tar- Rabat riedet tissostitwixxi l- manikini tal- grupp tal-

Kruċifissjoni (Vara l-Kbira). Laferla kien lehaq miet, għalhekk kellhom isibu artist ieħor. Huma daru lejn Francesco Mifsud,

Maestro di figure di cartapesa e stucco mill- Belt Valletta. Huwa pproduċa t- tliet figuri: il- Madonna, San Ġwann l-

Evanġelista u Marija Maddalena. Il- Kruċifiss inxtara minn xi mkien ieħor. Mifsud ħoloq ukoll statwa oħra li tirrappreżenta

lil Kristu Rxoxt. Din intużat f’ purċissjoni nhar ta’ Tlieta tal- Għid li bdiet fl- 1770. Ftit wara, il- purċissjoni twaqqfet u, fl-

1784, l- istatwa nbiegħet lill- parroċċa ta’ Had- Dingli. Għalkemm Laferla kien pijunier Malti fil- ħolqien ta’ statwi tal-

kartapesta, sofra minn negliġenza artistika u akkademika. Jalla mhux fil- boghod tigi l- opportunità li nagħtuh il- kreditu

dovut.

L- informazzjoni rigward Saverio Laferla mehudha mis- sit: akademia.edu.

ANDREA IMBROLL

(1717 - ?)

Twieled fl- Isla fl- 20 ta’ Jannar 1717, minn Giovanni u Anna Maria mwielda Chircop. Il- ġenituri tiegħu żżewġu fil- parroċċa tal- Isla fil- 21 ta’ Ġunju 1711 u minn dan iż- żwieġ twieldu t- tewmin Egidio u Ursola fit- 2 ta’ Settembru 1712 u Angelica fl- 4 ta’ Settembru 1714. Hu kien ir- raba u l- iżgħar wild fil- familja. Mir- reġistru Status Animarum tal- parroċċa tal- Isla għas- sena 1717 jidher li l- familja ma baqgħetx tgħix fl- Isla. Mar Ruma biex jistudja s- sengħa ta’ skultur. Bħalma għamlu Pietro Paolo Troisi u Giuseppe Casha, hu probabbli li, f’ Ruma, hu wkoll kien jistudja fl- Accademia di San Luca. Fis- 17 ta’ Ottubru 1745, ġie lura Malta bħala passiġġier fuq il- brigantin Il Santissimo Crocifisso e l’Immacolata Concezione taħt il- padrun Angelo Bonavia b’ ekwipaġġ ta’ sbatax -il baħri li baħħar minn Civitavecchia u Livorno. Magħruf għax- xogħol

Andrea Imbroll.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Greg Petersen.

prestiġġjuż tiegħu, fit- 13 ta’ Ottubru 1752 stqarr li kien irċieva mingħand in- nutar Ignatio Xaverio Bonavita, f’ isem Dott

Carolo Barbaro, is- somma ta’ 278 skud li minnhom 50 skud 9 tari kienu spejjeż tal- injam, kolla u materjal ieħor meħtieġ

biex seta’ jaħdem u jiskolpixxi mejda, skrivanija u kabinett biex fih jiddendlu xi muniti. Meta kien joqgħod il- Belt Valletta,

fil- 21 ta’ Awwissu 1757, deher quddiem in- nutar Gabriele Bartoli u obbliga ruħu ma’ Dun Ġużepp Darmanin, prokuratur

tal- knisja ta’ Santa Katerina fiż- Żejtun, li jagħmel statwa ddedikata lil din il- qaddisa bil- bixra esterna tagħha waqt li qed

tipprietka. Intrabat li, qabel ma jibda x- xogħol, iħejji mudell tat- tafal biex ifisser aħjar il- ħsieb tiegħu. L- istatwa,

maħduma fl- injam imsejjaħ ‘di ponente’, kellha tkun ta’ bejn sebgħa u tmien palmi għolja, maħduma skont is- sengħa u

lesta sal- 15 ta’ Awwissu 1758 għall- prezz ta’ 140 skud. Skultur li jaf xi jrid mill- injama li għandu f’ idejh u jħaddem l-

iżgorbji b’ sengħa kbira. Fl- 1761 ħadem l- istatwa proċessjonali tal- Madonna tal- Karmnu għall- Karmelitani tal- Imdina.

F’ din l- istatwa, hu jħares mill- qrib lejn l- istatwa tal- Madonna tar- Rużarju maħduma għad- Dumnikani tar- Rabat, Malta,

minn Melchiore Gafà, mitt sena qabel fl- 1661. Hu li għaraf jagħti nterpretazzjoni li tħalli fid- deher l- istil u t- teknika

tiegħu, irnexxielu jsawwar figura ta’ mara wieqfa u misluta b’ panneġġjatura u piegi fondi u delikati li f’ ħafna postijiet

jitqammru bħal donnhom biex jagħtu aktar ħajja lix- xbieha. Din l- istatwa hija l- aktar waħda li turi l- istil tiegħu għaliex l-

istatwa taż- Żejtun għaddiet minn tliet interventi mportanti ta’ restawr/rinnovar fl- 1796, fl- 1882 u fl- 1928. Storiċi Maltin

isemmuh għal xogħol ta’ intall fil- korijiet tal- knejjes. Jidher għaldaqstant li kien skultur speċjalizzat f’ xogħlijiet partikulari

ta’ ċertu daqs li diffiċli jkunu magħrufa f’ atti notarili. Iżda hu l- aktar magħruf għax- xogħlijiet fl- avorju li ħadem,

saħansitra ’l barra minn xtutna, fil- Portugal fejn aktarx li miet. Id- data tal- mewt tiegħu tinsab mitlufa fiż- żmien.

L- informazzjoni rigward Andrea Imbroll mehudha mill- paġna ta' Facebook: Imsiebaħ Sengleani.

SIGISMONDO DIMECH

(1769 - 1853)

L- iskultur Sigismondo Dimech, iben Vincenzo u martu Rosa nee Spagnol, twieled il- Belt Valletta fis- 27 ta' Dicembru 1769, meta f' Malta kien ghadu jsaltan il-Gran Mastru Pinto de Fonseca. Gie mghammed l-ghada ta' twelidu fil- Knisja ta' San Duminku, Valletta, u nghata l- ismijiet ta' Sigismondo, Stefano, Giovanni. Il-parrina ta' Sigismondo fil- maghmudija kienet iz- zija tieghu, Caterina Pace, oht missieru Vincenzo. Ma nafux fejn, jew ghand liema skultur, Sigismondo Dimech tghallem is- sengha tieghu. ln- nies ta' zmienu jgharrfuna Ii Sigismondo kien il- kugin tal- iskultur Belti, Vincenzo Dimech (1768 - 1831). F' artikolu Ii deher fl- L 'Arte, fil- harga tas- 7 ta' Marzu 1863, naqraw Ii missier dan Vincenzo Dimech, kien skultur ukoll. Jidher ghalhekk Ii Sigismondo Dimech huwa mnissel minn familja tas- sengna u tal- arti, Ii kellha l- eghruq taghha fil- Belt Valletta. Sigismondo Dimech kellu 21 sena meta

Sigismondo Dimech.png

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija xoghol l- istatwarju Sigismondo

Dimech, li hadem fl- injam bejn is- sena 1802 - 1807. Dan ir- ritratt mehud mill-

pagna ta' Facebook:
St. George's Basilica.

ha b' martu Iil Antonina bint Michele Savona minn Vittoriosa. Dan iz- zwieg sar fil- Knisja ta' San Lawrenz, il- Birgu, nhar is- 26 ta' April 1790. Nafu wkoll Ii wara z- zwieg taghhom, Sigismondo u martu Antonina marru joqghodu mal- genituri ta' Sigismondo fil- Quartiere 9 tal- Parrocca ta' San Pawl tal- Belt. Fl- 1798, Sigismondo u Antonina kellhom tarbija, u tawha l- ewwel isem ta' Ferdinando. Bin is -sengha ghandu nofsha, jghid il- Malti, u filfatt Ferdinando spicca biex sar skultur ukoll. Dan Ferdinando Dimech kellu karriera sabiha, izda qasira, ghaliex miet fl- 10 ta' Gunju 1840, meta kien ghad kellu biss 42 sena. Wara l- mewt ta' Ferdinando, Sigismondo hareg mill- Belt u mar joqghod Birkirkara, fejn baqa' jghix l- ahhar snin ta' hajtu. Kif naqraw fi ktieb pubblikat dan l- ahhar, f' Awissu tal- 1802, Antonina mart Sigismondo Dimech ghamlet "petizzjoni lill- Gvernatur biex jaghti grazzja Iil zewgha, Ii kien ilu eziljat sena u seba' xhur, biex ikun jista' jerga' jidnol Malta." lnkiteb ukoll Ii din il- grazzja giet moghtija u Ii Sigismondo Dimech gie lura Malta u beda jahdem ta' skultur f' hanut qrib it- Teatru Manoel, il- Belt Valletta. Ghalkemm fittixna u qallibna, ghad ma rnexxilniex inkunu nafu ghaliex Sigismondo gie tturufnat minn Malta. Jista' jaghti l- kaz - izda dan mhux fatt dokumentat - Ii Sigismondo kien partitarju tal- Francizi, meta dawn kellhom 'I Malta taht idejhom. Kien x' kien, kollox juri Ii f' zoghzitu, Sigismondo Dimech kien bniedem ta' karattru haj u xi ftit avventurier. F' kitba tal- Kanonku Dun Gwann Azzopardi naqraw Ii fl- 1807, Sigismondo Dimech - imsejjah dealer - kien gie kkummissjonat mill- Konti Saverio Marchese sabiex ibiegh f' ismu kwadru taz- zejt Ii jirrapprezenta A Hunting Scene With Dogs. Ghandna nahsbu, ghalhekk, Ii f' xi nabtiet, Sigismondo Dimech kien jezercita wkoll il- professjoni ta' art dealer. Fl- esebizzjoni: Count Saverio Marchese (1757 - 1833), deher dokument Ii jfakkar Akkademja Letterarja, jew ahjar Adunanza Poetica, Ii saret fil- Knisja tal- Frangiskani Minuri tal- Belt Valletta, nhar it- Tlieta ta' qabel il- Gimgha l- Kbira tas- sena 1825. F' dan id- dokument hemm miktub Ii Signore Sigismondo Dimech hejja u qara Epigramma. Min kien dan Sigismondo Dimech, l- awtur ta' din il- poezija tal- 1825? Nafu Ii l- iskultur Vincenzo Dimech kellu tifel, imsemmi Sigismondo, Ii mhux biss sar avukat, izda skond dokument fir- Registru Pubbliku, lahaq ukoll Professor of Law at the University. Dan it- tifel tal- iskultur Vincenzo Dimech, kien twieled fit- 30 ta' Mejju 1803, u ghalhekk fl- 1825 kellu madwar 22 sena. lzda nafu wkoll Ii fl- 1825, l- istudent Sigismondo Dimech, iben l- iskultur Vincenzo, kien qieghed jistudja f' Napli. lmbaghad, fir- registri Status Animarum taz- zewg parrocci tal- Belt Valletta ghal dawk iz- zminijiet, imkien ma nergghu niltaqghu ma xi parruccan iehor bl- isem ta' Sigismondo Dimech. Ghal daqstant, wisq probabbli Ii l- poeta Ii qara l- Epigramma fl- Akkademja tal- 1825, kien l- iskultur Sigismondo Dimech, I- artist Ii hu s- suggett ta' din il- kitba. Bejn l- 1730 u l- 1755, kien attiv hafna artist minn Hal Lija Ii kien igib l- istess isem ta' Sigismondo Dimech. Biex ma ntawwalx, nghidu biss Ii fl- 1774, huwa lesta x- xognol ta' skultura tal- fonti tal-  maghmudija ta' Hal Lija. U fuq kollox, jehtieg Ii nghidu Ii dan Sigismondo Dimech tas- Seklu XVIII kien mghallem fis-sengha tal- iskultura, kif ukoll f' dik tal- pittura. X' aktarx Ii Stefano Zerafa kien qed jirriferi ghal dan I- artist tas- Seklu Tmintax, meta kiteb Ii Sigismondo Dimech kien fost l- ahjar allievi ta' Stevano Erardi ( + 1716). Zerafa jgharrafna wkoll Ii dan Sigismondo Dimech pitter il- kwadru ta' S. Barbara Ii jinsab fis- sagristija tal- Knisja Arcipretali ta' Haz- Zebbug, u xi kwadri ohra nella chiesa dei Capuccini. Sfortunatament, l- istoriku P. P. Castagna fixkel Iil Sigismondo Dimech minn Hal Lija ma' Sigismondo Dimech tal- Belt. Castagna ghaqqad ix- xoghlijiet tat- tnejn f' lista wahda, attribwihom Iil artist wiehed, u spicca biex sejjah Iil dan I- artist "Sigismondo Dimech minn Hal Lija". Minn dak iz- zmien 'I hawn, l- istorici taghna mxew fuq il- kitba ta' Castagna, u b' hekk it- tahbila dwar l- identita ta' Sigismondo Dimech ghadha magnha sal-lum. Xieraq ghalhekk niftakru dejjem, Ii dak Sigismondo Dimech Ii hadem xoghlijiet skultorji fi hdan il- Parrocca ta' S. Gorg, kien Belti, u mhux minn Hal Lija. Wisq probabbli Ii Sigismondo Dimech kellu I- bottega tieghu fl- istess indirizz fejn kien jahdem ibnu Ferdinando: Depot No. 69, Strada Teatro, Valletta. Sigismondo Dimech hadem xoghol skultorju fil-gebla Maltija, fl- irham, kif ukoll fl- injam. . Xieraq ghalhekk, Ii naghtu daqqa ta' ghajn lejn xi xoghlijiet tieghu f' dawn it-tliet materjali differenti. Skond P. P. Castagna, fl- 1802, Sigismondo Dimech hadem mezzo bust fl- irham tal- Ammirall Venezjan Angelo Emo. L- Ammirall Emo kien miet hawn Malta fl- 1792, u l- katavru tieghu kien ittiehed lura Venezja.  Madankollu, I- bust Ii hadem S. Dimech tqieghed fuq sarkofagu fejn tqieghdet il- qalb tal- Ammirall Emo. ls- sarkofagu bil- bust tal- Ammirall Emo jinsab fil- knisja tal Madonna tal- Vitorja, il- Belt Valletta. F' Gnawdex, isem Sigismondo Dimech huwa marbut ma' l- istatwa artistika ta' Gesu Marija, meqjuma fil- Kappella tas- Sagrament, fil- Bazilika ta' San Gorg. Il- wetqa tal- kummissjoni tal- vara ta' Gesu Marija kienet grajja ta' certa importanza fl- istorja helwa tal- iskultura Religjuza gewwa l- Gzejjer Maltin. Din il- vara hi tabilhaqq l- eqdem grupp skultorju fl- injam, fost dawk l- istatwi ta' pajjizna Ii jingarru fil- processjonijiet. Saret f' dawk iz- zminijiet Ii matulhom il- Maltin - aktarx impressjonati bil- hidma artistika ta' Mariano Gerada u Vincenzo Dimech - regghu bdew jithajjru jikkummissjonaw statwi tal- injam ghall- parrocci tagnhom. F' dan il- kuntest, il- vara ta' Gesu Marija hi l- ewwel indikazzjoni illi l- Gnawdxin ma kienux sejrin jibqghu lura milli jikkummissjonaw huma wkoll xoghlijiet ta' din ix- xorta! Milli jidher, id- dokumenti tas- Seklu XVIII qatt ma jsemmu l-vara ta' Gesu Marija. L- istorici P. P. Castagna u G. Faure jghidulna Ii Sigismondo Dimech hadem din il- vara fl- 1810. Madankollu, illum nafu Ii din id- data mhux ezatta. Tabilhaqq, il- vara ta' Gesu Marija diga tissemma ghall- ewwel darba f' ittra Ii kiteb minn Ghawdex Patri Reginaldo Speranza O.F.M. Conv. Iil habib tieghu f' Malta, fit- 12 ta' Jannar 1808. F' din l- ittra, Patri Speranza jibghat jgharraf Iil habib tieghu illi l- purcissjoni ta' S. Antnin ma kienetx ser issir fid- data Ii ffissaw il- Patrijiet, izda f' gurnata ohra, u dan sabiex ma jfixklux il- purcissjoni bil- vara ta' Gesu Marija, Ii kellha tohrog mill- Knisja ta' S. Gorg fl- istess jum: Dunque si era risoluto di portarlo nella domenica prossima ventura, ma siccome nella parocchia o sia in San Girogio si deve fare la solennita' del nome di Gesu' ed essendoci la statua, eppero' devono far la processione con essa di dopo pranzo, onde per non esserci tanta confusione abbiamo trasferito per un altra Domenica il trasport del suddetto Santo. Minn dan Ii ghedna jidher Ii Sigismondo Dimech hadem il- vara ta' Gesu Marija wara Ii gie lura mill- ezilju tieghu, izda zgur qabel ma nkitbet l- ittra ta' Patri Speranza. Fi kliem iehor, din il- vara aktarx inhadmet f' xi zmien bejn l- 1802 u l- 1807. Il- vara ta' Gesu Marija minn dejjem kienet titqies bhala proprjeta tal- Fratellanza. Dan jixhdu l- lnventarju tal- Fratellanza Ii sar f 'Marzu tal- 1809, fejn hemm miktub Ii l- Fratellanza kienet tghozz: "una statua di Gesu' e Maria col suo pedestallo, quattro aste, e 4 forcine". (Araw Arkivju Arciveskovili, Furjana, Prima Past. Vist. Arch. Ferd. Mattei, 1809, Vol. 47, f.118r.). Nosservaw ukoll Ii din il- vara ta' S. Dimech hi kopja skultorja fl- injam tax- xbihat nobbli ta' Gesu u Marija, kif rappresentati fil- kwadru tal- Kappella tas- Sagrament. Fuq kollox, jehtieg jinghad Ii l- vara ta' Gesu Marija ghaddiet minn taht l- idejn ta' bosta restawraturi. Hawnhekk sejrin infakkru xi tibdil Ii sar fuq il- vara fis- sena 1891: Ouest' anno si presento alla publica venerazione l' effigie di Gesu' Maria, ritoccata, corretta ed arricchita. (// Messaggiere Di Maria, Anno IV, No. 90, 1891, p.n.n.). Naqra zmien ilu, John Bezzina attira l- attenzjoni taghha ghall- fatt Ii fuq driegh il- Madonna hemm imnaqqxa d- data 1891 - aktarx tifkira tar- restawr tal-v ara Ii sar f' dik l- istess sena. Minghandu sirna nafu wkoll Ii I- flus ghal dan ir- restawr kienu nhargu minn certa Sica ("Tal- Hoxna"), u Ii, bi tpattija ghal dan il- gest, ghal xi snin il- purcissjoni kienet tghaddi mit- triq ta' din il- benefattrici, Strada Karita'. Il- parruccani ta' S. Gorg ghandhom ikunu kburin ghall- fatt Ii missirijiethom irnexxilehom iwettqu l- kummissjoni ghall- vara ta' Gesu Marija. Fl- ambjent limitat ta' Ghawdex, din il- kummissjoni bilfors kienet prova kbira ta' kuragg u sagrificcju! Fl- Arkivju tal-Kunvent tal- Patrijiet Dumnikani tal- Belt Valletta, jinsabu dokumentati xi xoghlijiet skultorji fl- injam, skolpiti minn Sigismondo Dimech bejn l- 1815 u l- 1823. Fost dawn ix- xoghlijiet, l- aktar kummissjoni importanti tidher Ii hi dik ta' tliet basso-riljevi fl- injam, Ii jirrapprezentaw grajjiet mill- hajja tal- Patrijarka S. Duminku. Fis- 16 ta' Frar 1815, S. Dimech ircieva 150 skudi ghal dan ix- xoghol. Dawn il- basso-riljevi kienu jzejnu l- pulptu tal- Parrocca ta' Porto Salvo, izda llum jinsabu fil- Kunvent tal- Patrijiet Dumnikani, f' Tas- Sliema. Fit- 8 ta' Novembru 1823, Sigismondo Dimech lesta erba' puttini tal- injam Ii mbaghad tqieghdu fuq kull tarf tal- pedestall tal- vara ta' San Duminku. Taghhom thallas is- somma modesta ta' 12 oncie. Fl- istess Arkivju nsibu riferenzi ghal xi xoghlijiet ohra Ii hadem S. Dimech: l- iskultura fuq il- kredenzina u l- legiju tal- kor, kif ukoll l- Appostli S. Pietru u S. Pawl Ii jzejnu I- altar maggur fil- festi. ld- destin ried Ii isem Sigismondo Dimech jibqa' mfakkar fuq l- istess gebel u bini tal- Bazilika ta' S. Gorg. Dwar dan, ma nistghux naghmlu ahjar milli ngibu silta mill- kitba tal- Kan. Dun N. Vella Apap: "Xoghol iehor ta' Sigismondo Dimech u ibnu hija l- iskultura kollha fil- gebel tal- faccata tal- Bazilika ta' S. Gorg, Ii kienet inbniet mill- gdid fis- sena 1816 - 1817, fuq il- pjanta ta' l-Arkitett Ghawdxi, Dr. Salvatore Bondi." L- iskultura kienet saret fis- sena 1817. Fuq il- pilastru taht il- kapitell Ii jhares lejn il- lvant, hemm kitba fil- gebel Ii tghid: SIGISMONDO - FERDINANDO - DIMECH - PADRE E FIGLIO 1817. (Araw II- Belt Victoria, Marzu - April, 1985, Nru. 23, p.3). Dan hu wiehed minn dawk il- kazijiet tassew rari, fejn skultur Malti ghazel Ii jhalli tifkira tal- "firma" tieghu fuq faccata ta' knisja parrokkjali. B' din l- iskrizzjoni, Sigismondo u Ferdinando Dimech urew Ii kienu tassew kburin bil- hidma skultorja taghhom fi hdan il- Parrocca ta' S. Gorg! L- istess iskrizzjoni taghtina x' nifhmu wkoll Ii Ferdinando ha l- apprendistat tieghu ma' missieru, u Ii t- tnejn ghaddew perjodu qasir ta' zmien jghixu gewwa r-Rabat t' Ghawdex. Fuq linji generali, nistghu nghidu Ii fil- kuntest ta' din il- kummissjoni, il- hidma ta' Sigismondo Dimech ghandha hafna aktar mis- sengha ta' architectural sculptor, jew ahjar mis- sengha tal- sculpteurs ornemanistes, milli minn dik tad- dekoraturi fl- istucco. Meta sar dan ix- xoghol fuq il- faccata tal- Knisja ta' S. Gorg, Sigismondo kien ghalaq 48 sena, filwaqt Ii ibnu Ferdinando kien ghad kellu biss madwar 19 -il sena. Fl- 1826, Sigismondo Dimech naqqax fil-gebel l- istatwa tal- Madonna tal- Karmnu Ii tinsab fil- kantuniera tal- Knisja tal- Patrijiet Karmelitani tal- lmdina. Fil- fehma taghna, din il- kummissjoni aktarx kienet imnebbha minn spirtu ta' riparazzjoni wara Ii s- suldati ta' Napuljun, fl- 1798, kienu wettqu atti ta' sagrilegg fuq il- kwadru tal- Lunzjata u l- vara processjonali tal- Madonna tal- Karmnu fl- istess Knisja. Maz- zmien, l- istatwa tal- Madonna tal- Karmnu Ii hadem S. Dimech, saret landmark tal- lmdina. lx- xbiha taghha giet riprodotta fuq bosta postcards u reklami turistici, u b' hekk aktarx saret dik in- nicca stradali l- aktar maghrufa fost dawk kollha tal- Gzejjer Maltin! Meta kellu madwar 75 sena, Sigismondo Dimech ntaghzel sabiex inaqqax fil- gebel, statwa tal- Appostlu San Pawl ghall- monument nazzjonal Pawlin fuq il- Gzejjer Ta' Selmun. Milli jidher, din l- ghazla kienet bazata fuq il- hila artistika Ii kien wera S. Dimech matul il- karriera twila tieghu: la composizione benche semplice, sara piena di quell' intelligenza, di cui e capace l' assunto. Madankollu, aktarx ghaliex kien kiber sew fiz- zmien, Sigismondo Dimech innifsu ghazel Ii jahdem din l- istatwa flimkien ma' l- iskultur Salvatore Dimech (1804 - 1886). Il-promoturi ta' dan il- monument Pawlin ippubblikaw ir- Rendikont tal- amministrazzjoni taghhom fil- gazzetta l' Osservatore Maltese, fil- harga tas- 7 ta' Ottubru 1844, fil- pagna 466. Hemmhekk, naqraw dan Ii gej: Pagati agli scultori Sigismondo Dimech della Valletta e Salvatore Dimech di Casal Lia ed ai loro lavoranti - Scudi 333.1.4. Milli jidher, l- isem Ii lahaq kiseb Ferdinando Dimech bhala skultur, maz- zmien, razzan xi ftit il- fama ta' missieru, Sigismondo. Fost ix-xoghlijiet skultorji ta' Ferdinando Dimech, insemmu biss il- monument fl- irham tal- Ammirall Hotham, fil- Barrakka ta' Fuq, tal- Belt Valletta. Carmelo Dimech, it- tifel ta' Ferdinando, twieled il- Belt Valletta fl- 14 ta' Jannar 1836. Dan Carmelo Dimech kien izzewweg Iil Evangelista Zammit fit- 2 ta' Ottubru 1855, u binhom kien il- maghruf riformatur socjali, Manwel Dimech (1860 - 1921 ). Fl- ahharnett, fost il- hafna tfal ta' Ferdinando Dimech, insibu Iil Federico, skultur ukoll. Federico Dimech twieled fl- 1821 gewwa Corfu, fejn missieru Ferdinando kien jaghmel zjajjar qsar biex jghin fix- xoghol skultorju Ii kien qed isir fil- Palazz Reali ta' dik il- Gzira. Dawn id- dettalji bijografici dwar Federico Dimech, jinsabu migburin fl- Att tal- Mewt Numru 3933/1893, fir- Registru Pubbliku ta' Malta. Fl- istess dokument hemm miktub ukoll Ii Federico Dimech miet ta' 72 sena, fis- 7 ta' Novembru 1893, ghand il- Piccole Suore di Carita, Hamrun. Sigismondo Dimech miet gewwa Birkirkara, fl- eta ta' 84 sena, fit- 8 ta' Mejju 1853, u ndifen fil- Knisja Parrokkjali ta' Birkirkara. M' hemmx dubju Ii Sigismondo Dimech hu protagonist importanti fix- xena skultorja Maltija, matul l- ewwel tletin sena tas- Seklu XIX. Uhud mix- xoghlijiet principali tieghu, specjalment dawk Ii jinsabu fiz- zewgt ibliet kapitali tal- Gzejjer Maltin, huma maghrufa bizzejjed minn kulhadd. Madankollu, s- suspett ma jistghax jonqos Ii d- dokumentazzjoni dwar xi kummissjonijiet ewlenin ta' S. Dimech tinsab mohbija fl- arkivji ta' bosta parrocci Maltin. Jehtieg Ii nghidu wkoll Ii ghadna ma nafux il- verita shiha dwar il- karattru kumpless u l- personalita kurjuza ta' S. Dimech. Ghal daqstant, f' din il- kitba stajna biss niccaraw xi aspetti dwar l- identita u l- hidma tal- iskultur Sigismondo Dimech mill- Belt Valletta.

L- informazzjoni rigward Sigismondo Dimech mehudha mis- sit: um.edu.mt. 
 

MARJANU GERADA

(1771 - 1823)

Hafna jahsbu li l- iskultur Marjanu Gerada twieled Hal Tarxien fis- 7 ta' Mejju, 1766, izda skond l- ahhar ricerka li ghanda li hi mehuda mill- ktieb "Skulturi Maltin tal- iskola Spanjola", miktub mill- awturi Stanley Mangion u Christopher Magro, jirrizulta li Marjanu twieled fis- sena 1771. Ir- raguni ghal dan hi, li l- genituri tieghu (missieru Antonio u ommu Theresa Nee Mifsud), kienu zzewgu fil- knisja parrokkjali ta' Hal Tarxien fil- 5 ta' Lulju, 1760. Ghalhekk, bejn wiehed u iehor, Marjanu twieled xi hdax -il sena fuq iz- zwieg t' ommu u ta' missieru u kien ir- raba' wild t' Antonio u Theresa. Marjanu Gerada

Marjanu Gerada_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Madonna tal- Grazzja, Haz- Zabbar.

gie mghammed fl- istess jum ta' twelidu, mill- Vigarju Dun Salvatore Cachia. Gerada kellu tliet hutu subien, Guzeppi li

kien il- kbir, Giovanni u Salvatore, li kienu izghar minnu. Meta Marjanu kellu 13 -il sena tilef lil ommu, u missieru rega'

zzewweg lil Victoria Balzan, fil- Parrocca ta' Hal Tarxien fit- 22 ta' Lulju 1785. L- iskultur Gerada ma' kienx ta' xi skola

kbira, izda kien jinqeda jikteb u jaqra bil- lingwa Taljana, pero Marjanu minn dejjem kien juri interess u gibda lejn l-

iskultura, skond dokumenti tal- kanonku Fortunato Panravecchia, kif ukoll mill- istoriku popolari Pietro Pawl Castagna.

Marjanu tghallem l- iskultura fi Spanja. Gerada ghex u hadem ta' skultur gewwa Bormla, jista' jaghti kaz li Marjanu ghazel

Bormla ghax kien aktar facli ghalih, li jitkellem b' lingwa Taljana, peress li Bormla, kienet diga Belt. Tajjeb nghidu li

Marjanu baqa' guvni. Bhala skultur, ghamel uzu minn zewg medji differenti, dik tal- iskultura fil- gebla Maltija, kif ukoll fl-

injam. Imma, baqa' l- aktar imsemmi ghall- vari tal- injam li ghamel. Gerada, baqa' maghruf li rawwem, madwaru tliet

alljevi. Maz- zmien saru protagonista tal- vari tax- xena skulturali f' pajjizna. Dawn l- alljevi kienu Salvatore Psaila, li kien

mill- istess belt ta' Bormla, fejn baqa' maghruf, ghall- istil barokk tieghu. Alliev iehor li tghallem taht Marjanu Gerada kien

Pietru Pawl Azzopardi, Ii kellu l- ahjar rapport mieghu. Azzopardi, baqa' maghruf ghall- ewwel vara titulari Ii ghamel go

Ghawdex, dik ta' San Gorg Martri fir- Rabat, fl- 1839. It- tielet alliev kien Xandru Farrugia, Ii naqqax il- vara titulari, tar-

rahal Tarxiniz, dik ta' M. Annunzjata fl- 1829. Fost ix- xoghlijiet ewlenin tieghu nsibu, il- Madonna tal- Grazzja f' Haz-

Zabbar, Ii saret fl- 1797. Ghalhekk x' aktarx Ii din il- vara hi l- ewwel xoghol ta' Marjanu Gerada, fl- injam. Insibu wkoll l-

istatwa Ii nhadmet fil- gebla Maltija Ii hi replika tal- istatwa Ii hemm fil- knisja, Ii tinsab fi Triq is- Santwarju. Hadem ukoll l-

istatwa titulari ta' Santa Marija ta' Hal Ghaxaq Ii saret fis- sena 1808, Ii nistghu nghidu hija wahda mill- isbah xoghlijiet

tieghu. Din thallset mis- Sinjura Marija Farrugia u swiet 800 skud. II- Madonna tidher b' harsitha lejn is- sema, qisha

mtajra fuq is- shab, hierga minn gol- qabar, b' anglu ckejken ma' genb riglejha. Kien fi zmien il- Kappillan Dun Gaetano

Buttigieg u l- prokuratur tal- knisja Dun Baskal Bonnici li sar il- kuntratt naturali tas- 26 ta' Gunju 1803 quddiem in- nutar

Pietro Pawlu Farrugia, fejn Gerada gie mqabbad biex jahdem l- istatwa titulari ta' Santa Katarina fiz- Zurrieq, li giet tiswa

somma ta' 696 skud, u zewg irbghajja. Santa. Katarina, hi maghmula mill- parti ta' fuq taghha, li hija skolpita bicca

wahda fl- injam tal- arznu, izda mill- qadd 'l isfel huwa mahdum serratizzi tal- arznu nkullati fil- post. Din il- vara izzanznet

ghall- purcissjoni tal- 24 ta' Novembru 1818. Fiz- Zurrieq, insibu wkoll l- istatwa ta' San Guzepp, fejn id- dokumenti juru

b' mod car li saret fi 30 ta' Gunju 1822. Xoghlijiet ohra li nsibu fil- Knejjes taghna huma San Mikiel u l- maghmudija ta'

Gesu, li nsibuhom fil- kolleggjata ta' Bormla. Insibu wkoll il- Kuncizzjoni Ii tinsab fis- sagristija tal- Bazilika tal- Isla.

Marjanu kien ghadu f' siktu u mehdi fix- xoghol tal-iskultura, imma f' daqqa wahda nhakem minn marda qerrieda. Marjanu

miet f' Bormla, propju gewwa daru fl- 24 ta' Jannar 1823, meta kien ghadd kellu biss 52 sena. Ir- registrazzjoni tal- mewt

tieghu tghid li kellu 53 sena. Imma dan kien zball. Marjanu Gerada, mahkum minn marda qalila li pparalizzatu f' qiegh ta'

sodda, tilef l- isforzi kollha tieghu ghax il- marda waslitu sal- mewt u sal- kefen. Huwa gie midfun fil -Knisja Parrokkjali ta'

Bormla. Nistghu nghidu Ii Marjanu ghandu post importanti fl- iskultura ta' gziritna.

VINCENZO DIMECH

(1768 - 1831)

Vincenzo Dimech twieled fil- Belt Valletta fid- 29 ta' Gunju, 1768 minn Francesco Dimech u martu Siniforosa, u tghammed l- ghada fil- knisja ta' San Duminku, l- Belt Valletta minn Patri Vincenzo Sinatra, Dumnikan, u nghata l- ismijiet ta' Vincentius, Bartholomeus, Babritius,  Petrus, Paulus. Missieru kien jahdem ta' skultur, u Vincenzo beda t- tahrig fl- arti taht it- tmexxija tieghu. Jinghad li ssokta l- istudji f' Napli, fejn tharreg fil- mudell. Kuginuh hu l- skultur u pittur maghruf Sigismondo Dimech (1780 - 1853) minn Hal Lija. Fost l- istudenti ta' Sigismondo kien Salvu Dimech (1805 - 1887), skultur ta' isem, imlaqqam is- Sartx. Vincenzo miet fil- belt Valletta fit- 2 ta' Frar, 1831 u

Vincenzo Dimech_edited_edited.jpg

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija rari hafna. Din hija litografija tal- pittur

u ghalliem Giuseppe Callejja (1830 - 1915). Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta'

Facebook:
Vincenzo Dimech - Skultur.

ndifen fic- cimiterju tal- knisja ta' Santa Tereza, Bormla. Huwa kellu rabtiet kbar ma' Bormla, kemm familjari u kemm

artistici. Vincenzo Dimech iddistingwa ruhu bhala wiehed mill- iskulturi ewlenin ta' Malta fl- ewwel nofs tas- seklu dsatax.

"Vincitore in ogni competenza artistica, il suo merito era riconosciuto dalla generale opinione, e si' presso il governo che

presso il pubblico la sua abilita aveagli guadagnato una dittatura nell' arte".
 "Dittatura", fil- kuntest socjo-artistiku ta' dak

iz- zmien tfisser, qabel xejn, li kien imfittex bhala statwarju ta' xoghlijiet nazzjonali, ekklezjastici u civili u mhux privati. Din

hi fama li setghet isseddqet bis- sahha tal- hidma tieghu fl- Universita bhala ghalliem tal- arkitettura u tal- iskultura,

stqarrija mwettqa kemm mill- bijografu ta' "L' Arte" u kemm minn Zerafa, it-tnejn kittieba li kitbu ftit ghexieren ta' snin biss

wara l- mewt tal- artist. It- tradizzjoni Furjaniza temmen li Dimech hadem l- istatwa fl- ewwel post li hemm fi Triq il- Miratur

(ilIum nru 57, u qabel 55 Strada Miratore), kantuniera rna' Triq San Publju. Jinghad li I- iskultur kien imdorri jixrob l- inbid li

jnewlulu minn waqt ghall- iehor il- Furjanizi hu u jahdem l- istatwa. Safejn hu maghruf u fin- nuqqas ta' dokument miktub,

datazzjoni tal- istatwa tistrieh fuq dak li jinghad minn persuni li jsostnu li lemhu s- sena 1811 u l- inizjali V.D. (isem u

kunjom l- artist) imnaqqxa f' nofs l- iljun tal- istatwa meta dan inqasam bil- hsara li garrab bil- gwerra meta nhar it- 28 t'

April 1942, intlaqtet il- knisja. Iz- zewg xhieda ewlenin li kitbu dan huma Antonio Agius (1899 - 1987) u E. S. Tonna (1911

- 1992). Tonna kiteb ukoll: "Dwar l- istess data Toni Caruana ("11-Bomba"), li kien prokuratur taghha, kien sab din id- data

fil- genb tal- iljun meta dan infired mill- korp permezz tal- blast, u qalli huwa stess u wrieni fejn." Lil hinn mil- limiti ta' din

ix- xhieda okulari recenti, il- fehma generali gabel din kienet li l- istatwa nhadmet madwar l- 1815. Skont Salvu Maggi

(1904 - 1974), Furjaniz li kien jinteressa ruhu hafna fis- subborg u li halla xi manuskritti ta' tifkiriet ta' zmienu, l- istatwa

nhadmet minn zokk kbir li jinghad li kien ghamel xi zmien mitluq f' xi parti mill- Port tal- Marsa wara li ddahhal hemm mill-

maltemp. Meta tnisslet l- idea ta' din l- istatwa, xi Furjanizi tellghuh b' festa u haduh fil- post fejn sa ftit ilu kien

maghruf bhala l- "Welcome", il- kamra fejn Dimech kellu jibda x- xoghol. Salvu Maggi kien f' qaghda li jkun jaf dan id-

dettal mhux biss minhabba l- interess tieghu, izda wkoll ghax missieru Guzeppi, imwieled fl- 1877, kien neguzjant tal-

merca (kellu wkoll hanut fil- Furjana fi Triq San Frangisk ma' Triq is- Suq, jigifieri qrib ix- Xatt) u minhabba x- xoghol tieghu

kien midhla hafna tal- Marsa. Apparti l- istatwa ta' San Publju - li hu maghruf hafna ghaliha - Dimech taghna aktar

xoghlijiet minn taht idejh:

- L- istatwa titulari ta' Santa Marija, fil- Gudja (1807)
- Il- Maghmudija ta' Kristu, fil- Mosta (1806)
- L- istatwa ta' San Guzepp, fil- Bazilika ta' Santa Liena, f' Birkirkara (1826)
- L-Statwa ta’ San Ġużepp, li tinsab fil- Knisja Parrokkjali taż- Żurrieq. Xi drabi jingħad li tlestiet minn Dimech madwar l-      1825, wara l- mewt tal- iskultur oriġinali tagħha Mariano Gerada.
- L- istatwa ta Sant' Andrija, xoghol fil- gebel, f' Marsaxlokk (1791)
- L- istatwa tal- profeta Elija, xoghol fil- gebel, f' Bormla (1818)
- L- istatwa maghrufa bhalha l- Madonna tan- Nofs, xoghol fl- irham, fl- Isla (1814)

Fl- 1810, Dimech ħadem fuq l- elementi skulturali tal- Monument ta' Sir Alexander Ball fil- Ġonna tal- Barrakka t'I sfel. Dan

jinkludi erba' statwi allegoriċi li jirrappreżentaw il- Gwerra, il- Prudenza, il-  Ġustizzja u l- Immortalità. Il- monument innifsu

probabbilment ġie ddisinjat minn Giorgio Pullicino, il- kollega ta' Dimech fl- università. L- istemmi araldici Brittaniċi

skulturati li żdiedu ma’ diversi bini pubbliku matul l- ewwel snin tal- ħakma Brittanika f’ Malta ġeneralment jiġu attribwiti lil

Dimech. Dawn jinkludu l- armi ’l fuq mill- portiku tal- Gwardja Prinċipali, dawk fil- Bitħa ta’ Nettunu fil- Palazz tal- Gran

Mastru, l- armi fid- daħla tal- Università l- Qadima, u dawk fil- Porta Reale u l- Porta Marina li issa twaqqgħu. Dimech

ħadem ukoll fuq l- iskultura fil- Palazz ta’ San Mikiel u San Ġorġ f’ Korfu, li beda jinbena fl- 1819. Dan il- palazz inbena

minn ġebla tal- ġir Maltija, bl- użu ta’ ħaddiema Maltin. L- iskultura interna u esterna tal- palazz saret minn Vincenzo

Dimech, flimkien mal- kuġin tiegħu Ferdinando Dimech u l- iskultur Grieg Pavlos Prosalentis. Fl- 1824, rebaħ

kompetizzjoni għad- disinn ta’ monument għall- imħallef Sir Joseph Nicholas Zammit fil- Ġonna ta’ Fuq tal- Barrakka. Din

setgħet kienet l- ewwel darba li saret kompetizzjoni pubblika għal- monument f’ Malta. Il- monument jikkonsisti minn

statwa ta’ Zammit bilqiegħda fuq siġġu kuruli, imqiegħed fuq pedestall għoli. Żewġ iljuni tal- ġebel skolpiti minn

Ferdinando Dimech jinsabu ħdejn il- pedestall. Dimech, li kien ukoll il- kugin ta' Marjanu Gerada, kien izzewweg

lil Saveria Mathea de Marco fl- 1802.

L- informazzjoni rigward Vincenzo Dimech mehudha mis- siti: En.wikipedia.org u Um.edu.mt
. 

 

PIETRU PAWL AZZOPARDI

(1791 - 1875)

Pietru Pawl Azzopardi twieled fil- belt Valletta fl- 21 t' April 1791. Huwa kien it-tielet wild ta' Antonio Azzopardi u Maria nee Camilleri. Ġie mgħammed fil- knisja ta' San Pawl Nawfragu l- Belt Valletta fejn tawh l- ismijiet ta' Salvatore, Giuseppe, Petrus Paulus u Jeremias, imma bdew isejħulu Pietru Pawl. Missieru, Antonio, kien minn Bormla u ommu kienet mill- Furjana u żżewġu fil-knisja ta' San Publiju l- Furjana, li kienet tagħmel parti mill- parroċċa ta' San Pawl tal- Belt. Wara ż- żwieġ tagħhom, il-familja Azzopardi marret toqgħod Bormla. Pietru Pawl ghex it- tfulija tieghu f' Bormla fi zmien ta' taqlib politiku kbir ghal pajjizna. Dan ghaliex fis- sena 1798

Pietru Pawl Azzopardi_edited.jpg

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija l- istatwa tal- Marbut tal- Belt. Xogħol

fl- injam mill- Mastru Pietru Pawl Azzopardi fl-1831. Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta'

Facebook:
David Bonello.

, il- gzejjer taghna ghaddew taht il- hakma Franciza wara li l- mexxejja Rhiba ta' l- Ordni ta' San Gwann tkeccew u tqalftu

'l barra minn pajjizna. Wara biss sentejn, it- tmexxija politika tal- gzejjer Maltin regghet tbiddlet u din id- darba taht il-

hakma tal- Imperu Ingliz, jew kif inhu wkoll maghruf bhalha l- Imperu Brittaniku. Il- Belt ta' Bormla fejn ghex tfulitu Pietru

Pawl Azzopardi tinsab fix- xaqliba tal- Port Il- Kbir u ghalhekk kienet belt mimlija attivita ekonomika li tohloq belt. Dan

ghaliex zmien qasir wara t- twelid ta' Pietru Pawl, ommu u missieru qatghuha li jbiddlu l- post tar- residenza taghhom u

marru joqghodu f' Bormla. Ma' nafux ezatt meta sar il- bdil tad- domicilju tal- familja Azzopardi. Biss hu dokumentat li fl-

1805, Pietru Pawl kien jghix f' Bormla. X' aktarx li kien f' din il- habta li Pietru Pawl Azzopardi dahal jahdem bhalha

apprentist ma' Marjanu Gerada. Ma' nafux l- ghaliex il- genituri ghazlu li jbiddlu l- ghamara taghhom. Forsi dan sehh

minhabba ghanijiet ta' xoghol. Li nistu nghidu hu li ghal Pietru Pawl Azzopardi din id- decizzjoni kienet barka mis- sema

ghax sarrfet f' opportunita unika li tulha Pietru Pawl sar midhla tal- imghallem Marjanu Gerada li mieghu tkisser fl- arti tal-

iskultura. Nahsbu li Pietru Pawl Azzopardi kien impjegat bhalha apprentist minn Marjanu Gerada biex jghinu fix-

xoghlijiet. Nafu li sa dak iz- zmien l- idea ta' edukazzjoni, jew skola. kienet ghadha fin- nieqa taghha. Hafna kienu

jitghallmu sengha permezz tal- kuncett t' apprentistat. Jigifieri kienu jigu mpjegati ma' mghallmin fis- sengha u permezz

ta' dan l- impjieg kienu jedukaw ruhhom u jitghallmu sengha li permezz taghha kienu jaqilghu l- ghajxien tagghom tul

ghomorhom kollu. Naturalment Pietru Pawl Azzopardi kellu mizrugha fih it- talenti artistici u dawn il- hiliet kienu zviluppati

permezz ta' tahrig li Pietru Pawl nghata minn Marjanu Gerada. Tahrig li zgur kien ghani fil- kwalita' u x' aktarx ukoll fil-

kwantita. Bhalha taghrif fuq l- edukazzjoni ta' Pietru Pawl Azzopardi, hu nieqes ghal kollox. Hu attenda l- iskola

sekondarja u jekk wieħed jikkunsidra dawk iż- żminijiet, Pietru Pawl kien jaf jikteb u jaqra. Hu żgur li sa minn dejjem wera

ħila għall- arti. Biss mill- firma tieghu, kif tidher fil- kuntratti, nahsbu li Pietru Pawl kien tghallem xi ftit tal- iskola mhux

hazin. Peress li l- familja ta' Azzopardi, kienet familja tat- tajjeb li kellha bini u propjeta', zgur li ma kienx hemm problemi

finanzjarji li fixklu lill- genituri milli jibghatu lil binhom l- iskola, jew inkella jharrguh fil- kitba u t- taghlim billi jqabbdu

ghalliem privat. Mill- kaligrafija tal- firma tieghu wiehed jista jasal biex jghid li Pietru Pawl kellu edukazzjoni bazika tajba

hafna ghax hi kitba pulita u sabiha. Haga nteressanti li nsibu fil- firem tieghu kienet li Azzopardi kien jiffirma kunjomu fi

tliet forom differenti. Daqqa jiffirma Azzoppardi. Daqqa jiffirma Azopardi u gieli kien jiffirma Azzopardi. Jista jkun li ma

kienx stabbilit kif kellu jinkiteb dan il- kunjom. Biss sostanzjalment hi haga evidenti li qeghdin nirreferu ghall- istess

kunjom. Il- fatt li meta kiber insibu li Pietru Pawl Azzopardi kien imsieheb fil- Ghaqda Corpo delle Belle Arti del Disegno 

jghidilna li Pietru Pawl Azzopardi kien erudit ukoll mhux hazin u kellu bazi tajba f' dik li hi skola, ghax kieku kien illitterat

ma' kienx jinghazel u jkun accettat biex jixxirek f' dik l- akkademja li wiehed jahseb li kienet akkademja prestiggjuza u

ghalhekk titlob certa maturita' edukattiva. Barra dan, mill- process ta' kawza li Azzopardi fetah fil- qrati Mlatin fl- 1857

sirna nafu b' certezza li Pietru Pawl kien jaf jitkellem tajjeb bl- ilsien Taljan sa minn meta kien ghadu zaghzugh. Ghalhekk 

nistu nghidu li b' rihet l- iskola li tghallem bis- sahha tal- genituri tieghu seta' kiseb pozizzjoni socjali xi ftit ahjar minn

dik li kienu jgawdu nies ohra tas- snajja' fi zmienu u ghalhekk kien fi strata pjuttost gholja tas- socjeta' kontemporanja

Maltija. Ta' 17-il sena tilef lil missieru u sa minn dik l- eta tenera kien diġa beda juri x- xewqa li fil- futur isir skultur. Pietru

Pawl iżżewweġ lil Giovanna Roża Camilleri minn Bormla, fil- knisja tal- Kunċizzjoni ta' Bormla fil- 25 t' Ottubru 1817 u

hemm fetaħ il- bottega tiegħu. Minn dan iż- żwieġ kellhom sitt ulied li minnhon għexu biss tlieta. Dawn kienu Savatore, li

twieled fl- 1824, Maria Konċetta li twieldet fl- 1826 u Giuseppe li twieled fl- 1830. Martu Giovanna Roża mietet fit- 22 ta'

Diċembru 1833 (waqt li kienet qed twelled tarbija) fl- eta żagħżugħa ta' 37 sena. Pietru Pawl ma setax ikompli jrabbi t-

tliet uliedu żgħar waħdu li kienu ta' bejn disa' u tliet snin. Għalhekk iżżewweġ lil Antonia Attard fil- 5 ta' Mejju 1836 fil-

knisja tal- Porto Salvo fil- Belt Valletta. Minn dan iż- żwieġ ma' kellux tfal. FI- 1857, Pietru Pawl Azzopardi mar jgħix il- Belt

Valletta fid- dar numru 7, strada Ponente, fejn nhar it- 13 ta' Frar 1864, tilef ukoll lit- tieni mara tiegħu li ġiet midfuna fil-

knisja ta' Ġieżu l- Belt. Skont l- istoriku P. P. Castagna, Pietru Pawl beda l- karriera tiegħu jiskolpixxi puleni għall- iġfna. Hu

kien jiskolpixxi ukoll fil- ġebla Maltija. Il- biċċa l- kbira tal- istatwi li skolpa u żebagħ Pietru Pawl, kienu fuq disinn tiegħu

stess, u l- akbar numru ta' statwi tiegħu nsibuhom skolpiti fl- injam. L- ewwel statwa li ħadem kienet statwa tar- Redentur,

li Pietru Pawl skolpa fl- 1808 fil- ġebla Maltija, għall- kappella ta' Santu Rokku f' Ħal Għaxaq u fl- 1816 skolpa statwa ta'

Santa Katerina, ukoll fil- ġebel li tinsab f' niċċa fi triq fiż- Żurrieq. FI- 1825 Mastru Pawl ndura bid- deheb, l- istatwa tal-

Madonna tal- Grazzja ta' Ħaż- Żabbar, opra li kien ħadem Mariano Gerada. Fl- 1828, Mastru Pawl naqqax l- istatwa tal-

Madonna tar- Rużarju għall- konfraternita tar- Rużarju ta' Bormla u fl- 1834 huwa sawwar l- istatwa ta' Kristu marbut mal-

kolonna għall- konfraternita tas- Salib Imqaddes tal- Belt. Bejn l- 1838 u 1848, Mastru Pawl naqqax mhux inqas minn

seba' statwi fl- injam. Huwa ħadem ukoll bosta statwi tal- Ġimgħa l- Kbira fosthom għall- parroċċa ta' Bormla. FI- 1838

ħadem l- istatwa ta' San Ġorġ t' Għawdex u għaxar snin wara, ħadem il- Kurċifiss għal din l- istess knisja. FI- 1843

ħadem l- istatwa ta' San Ġużepp għall- konfraternita ta' Bormla, li sfortunatament ma' nafux x' sar minnha. Sentejn wara,

fl- 1845, Mastru Pietru Pawl naqqax waħda mill- isbaħ opri tiegħu, l- istatwa kapolavur ta' San Ġwann Battista għall-

parroċċa tax- Xewkija. It- translazzjoni ta' din l- istatwa saret nhar it- 22 ta' Ġunju 1845 mill- kappella tal- Madonna tal-

Ħniena sal- knisja Parrokjali tax- Xewkija. FI- 1853 ħadem l- istatwa tal- Bambina għall- Parroċċa tal- Mellieħa u fl- 1856

ħadem statwa tar- Redentur għal Bormla. FI- 1865, Mastru Pawl naqqax l- aħħar opra tiegħu, l- istatwa ta' San Mikiel għal

Ħal Qormi. Kif għidna, fl- 1865, għamel l- aħħar skultura tiegħu. Waqt dan ix- xogħol fl- eta ta' 74 sena, Pietru Pawl

marad. Hu spiċċa jgħix ma' ibnu Giuseppe f' numru 123, Triq l- Ifran il- Belt. Nsibu ismu fil- ktieb tal- magħmudija tal-

knisja ta' Porto Salvo il- Belt bħala l- parrinu tat- tifla ta' Giuseppe, bI- isem ta' Giovanna Rosa, li ġiet mgħammda fis- 7 ta'

Awwissu 1870. L- aħħar żminijiet ta' ħajtu ma tantx kienu tajba. Fit- testment tiegħu kiteb li, li kieku ma kienx għal ibnu

Giuseppe, kien ikollu jbiegħ ġidu biex jgħix. Huwa miet b' puplesija nhar l- 24 ta' Ottubru 1875, fl- għomor ta' 84 sena. Hu

ġie mogħti l- aħħar tislima funebri fil- knisja parrokjali ta' Ħal Tarxien fejn ġie midfun. Il- fdalijiet tiegħu ma nafux fejn huma

eżattament. Malta tilfet skultur tassew kbir li għolla l- għarfien u l- istima artistika f' pajjiżna. Kien għomor sabiħ mimli

ħidma b' xogħol mill- isbah fl- arti Maltija, speċjamlemt f' dak li għandu x' jaqsam fl- iskultura fl- injam. Pietru Pawl, kien

versatili u prolifiku f' xogħlu. Għaraf ikun innovattiv, biex b' hekk tagħna xogħol bit- timbru partikulari tiegħu, xogħol li

għadna nistgħu ngawdu u nitpaxxew bih sal- lum. Hija tassew ħasra li ma jeżisti l- ebda ritratt jew xbieha ta' dan l- artist u

bil- wisq iktar li fix- Xewkija ma nsibu l- ebda triq li ssemmiet għalih u lanqas monument jew lapida bħala tifkira.


 

XANDRU FARRUGIA

(1791 - 1871)

L- iskultur Alessandro Farrugia kien sa minn kmieni maghruf mill- Popolin bhala Mastru Xand. Xandru kien l- isem li l- poplu kien jafu bih. Jidher li Mastru Xand kien kuntent b' dan l- isem ghax qatt ma nsibu li kkontestah jew inkella prova jwarrbu. Hawn min jghid li Xandru Farrugia kien ukoll imlaqqam Tal- Galletti. Missier Xandru kien jismu Guzeppi waqt li ommu kien jisimha Duminka, imwielda Abela. Il- genituri ta' Xandru kienu t- tnejn li huma miz- Zejtun u kienu zzewwgu fil- 25 t' April tas- sena 1790. F' gheluq l- ghaxar xahar miz- zwieg taghhom, propju nhar it- 2 ta' Frar 1791, fil- Jum tal- Kandlora, jigifieri l- 

xandru-farrugia.jpg

Dan ir- ritratt mehud mis- sit: Wirtizzejtun.com.

prezentazzjoni tal- Mulej fit- Tempju, twieled Xandru. Xandru twieled f' dik in- naha taz- Zejtun li kienet maghrufa bhalha

Casal Pasqualino. Din il- parti taz- Zejtun, illum hi maghrufa bhala Bisqallin fir- rahal t' isfel, fejn illum hemm il- knisja ta'

San Klement. Din iz- zona tinsab fejn wiehed jaqbad it- triq li tiehu lejn Bormla. Il- maghmudija tieghu kienet iccelebrata

dakinhar stess tat- twelid tieghu fil* knisja arcipretali taz- Zejtun u ha dan is- sagrament qaddis tal- maghmudija minn

idejn il- vici parroku Dun Gakbu Tortella. Fil- maghmudija tieghu nsibu li barra l- ewwel isem Alessandro, kien moghti

wkoll tliet ismijiet ohra li kienu daqsxejn strambi ghal dak iz- zminijiet, l- aktar l- ahhar isem li tawh li hu tassew barrani

ghalina. Dawn it- tliet ismijiet kienu Annuntiatus, Julianus u Candelorus. L- isem Candelorus inghata lil Xandru Farrugia b'

tifkira tal- festa li kienet qed tigi ccelebrata dakinhar, l- Ghid tal- Kandlora, il- prezentazzjoni ta' Gesu fit- tempju. Xandru

kien imsemmi Alessandro b' tifkira ta' nannuh, min- naha ts' missieru. Bhala parrinijiet tal- maghmudija, Alessandro, kellu

lil Lorenzo Fenech mill- belt ta' Bormla, iben Marci Antonin u Caterina li fi xbubitha kien kunjomha Xuereb, mart Guzeppi

Fenech miz- Zejtun. Xandru kien il- kbir tal- familja kif ukoll l- ewwel wild taghha. Barra Xandru, Guzeppi u Duminka

kellhom tlitt itfal ohra. Tnejn subien u tifla li allura kienet il- fessuda. Hut Xandru kien jisimhom Salvatore, Benigno u Maria

Gratia. L- ahwa, tliet subien u tifla, trabbew f' Vicolo del Mannicolo, illum jismu Sqaq San Bastjan f' Bisqallin. Ftit li xejn

nafu dwar it- tfulija ta' Mastru Xand. Peress li Xandru Farrugia dejjem kien firmatorju fil- kuntratti li nsibu li saru minnu,

wiehed  jista' jahseb li Xandru mar jitghallem u kien edukat fl- iskola, tal- anqas primarja, u allura kien jaf jaqra u jikteb. Li

nafu fiz- zgur hu li l- genituri ta' Xandru indunaw sa minn kmieni bit- talent artistiku ta' binhom Xandru. Castagna jghidilna

espressament li Xandru beda jmur Bormla ghand l- iskultur celebri Marjanu Gerada, jitharreg u jistudja s- sengha tal-

iskultura fis- sens wiesgha taghha, jigifieri fil- gebla, fl- injam u fil- kartapesta ghax Marjanu Gerada kien jahkem sewwa

dawn l- aspetti kollha. Xandru Farrugia hadem ma' Marjanu Gerada bhala apprentist fl- iskola artistika li Marjanu Gerada

fetah f' Bormla. F' dak iz- zmien hekk kien isir it- taghlim fis- snajja'. Kif jghidu, tghallem illum u tghallem ghada sa fl-

ahhar tiehu dak tal- imghallem. Tul ix- xoghol u l- hidma, l- apprentist jitghallem bilmod il- mod is- sengha tal- imghallem

tieghu. Hu zgur li Marjanu Gerada dejjem irnexxielu jahkem l- istudenti tieghu f' dik li hi dixxiplina artistika, tant li l- allievi

tieghu mxew pass pass mal- imghallem taghhom u nistu nghidu li kienu qaddejja fidili ta' senghetu wkoll ghax l-

influwenza artistika ta' Marjanu Gerada fl- istudenti tieghu thossha b' idejk u taraha b' ghajnejk. Wiehed jahseb li missier

Xandru, jigifieri Guzeppi, kellu kuntatt tajjeb mal- belt ta' Bormla u kien jafha sew. Mhux biss, imma anke kien jaf

personalment hafna Bormlizi. Jista' jkun minhabba x- xoghol. Ma' nafux ezatt. Li nafu zgur hu li wiehed mill- parrinijiet tal-

maghmudija ta' Xandru kien Bormliz li kien jismu Lorenzo Fenech. Il- fatt li taqla' barrani bhala parrinu jurik li f' Bormla,

missier Xandru, kellu l- hbieb u kellu l- kuntatti. Zgur li dan il- kuntatt imbotta lil Guzeppi biex jibghat lit- tifel tieghu

Xandru  jahdem bhala apprentist ma' Marjanu Gerada fis- sengha tal- iskultura. Kien pass tassew ghaqli ghax hekk Malta

akkwistat genju iehor artistiku li tana tant xoghlijiet fl- arti tal- iskultura u t- tinqix. Issa li Xandru sar bniedem tas- sengha

u, ghalhekk, kellu serhan tal- mohh fl- ghajxien tieghu, beda jhejji l- gejjieni tieghu fiz- zwieg biex jifforma hu wkoll

familja. Xandru zzewweg lill- armla ta' Guzeppi Zahra, jigifieri lil Marianna, mwielda Camilleri, fiz- Zejtun nhar it- 8 ta'

Novembru tal- 1814, propju meta kellu 23 sena. Mill- ewwel zwieg taghha Marianna kellha tifla li kien jisimha Maria

Theresa Zahra. Maria Theresa baqghet tghix ma' Xandru. Hekk insibu fil- lista taz- Zejtun (Status Animarum) imhejji mill- 

kappilan Dun Bert Sant fl- 1822. F' dan l- Istatus Animarum naqraw li f' dik is- sena f' Casa Nro. 10, Via Boni Consili,

Casal Bisbut, ma' missier Xandru Farrugia u martu Marianna kienu joqghodu c- ckejken Ganni li kien ghad kellu ftit fuq

sentejn u t- tfajla Maria Theresa Zahra t- erbatax -il sena, li kif rajna kienet bint Marianna mill- ewwel zwieg. Minn dik l- 

ghaqda sagramentali twieldu tmien ulied. Xandru kellu familja kbira xi jrabbi u bla dubju ta' xejn kellu jithabat biex jaqla'

l- ghajxien tieghu, ta' martu u ta' tmien uliedu. Bhall- imghallem tieghu, Marjanu Gerada, Xandru kien statwarju celebri u 

versatili fix- xoghol u fis- sengha tat- tinqix kemm fl- injam, fil- kartapesta u fil- gebla Maltija. Xandru kien ukoll marmista 

gwapp. Gawda fama wahdenija f' hajtu u baqa' famuz ukoll wara mewtu ghax ix- xoghlijiet artistici tieghu huma

kapulavuri fl- arti tal- iskultura f' Malta. Il- lista tax- xoghlijiet tieghu tixhed il- hila artistika ta' dan l- iskultur ewlieni li gholla

isem Malta. Hadem xoghlijiet kemm ghal Malta kif ukoll ghal barra minn Malta. Il- Maltin emigranti fl- Afrika ta' Fuq.

partikularment f' Tunez u l- Egittu, ikkummissjonaw xoghlijiet ghall- knejjes taghhom f' dawn il- pajjizi li fihom kienu marru

biex jaqilghu l- hobza ta' kuljum. Mastru Xand hadem ix- xoghlijiet tieghu fil- hanut tax- xoghol li kellu f' Misrah Santa

Marija. Imma Xandru Farrugia ma' kienx statwarju biss. Kien ukoll skultur habrieki u hawtiel li naqqax skultura fil- gebla 

tal- knejjes taghna, zghar u kbar. Hadem skultura ghall- knisja parrokkjali ta' pajjizu, iz- Zejtun. Barra hekk hadem ukoll

skultura fi knejjes ohrajn filjali li jinsabu mxerrdin fl- irhula taghna. Nafu fic- cert li hadem u naqqax il- kapitelli ta' fuq il-

pilastri fil- faccata tal- knisja tal- Ispirtu s- Santu fiz- Zejtun. Xoghol tassew mirqum li jbellhek bi gmielu. Kien ukoll

mghallem ewlieni fix- xoghol tal- iskultura tal- istatwi tal- Gimgha Mqaddsa li ta' kull sena johorgu processjonalment fil-

gzejjer taghna. Xandru taghna kapulavuri ta' dawn l- istatwi li hafna minnhom ghadna ngawduhom sal- lum u jalla nibqu'

ngawduhom ghal hafna u hafna aktar snin ghax kif jghid John Keats, f' wahda mill- poezija tieghu, 'a thing of beauty is a

joy forever
'. Dak kollu li hu sabih u artistiku jnissel f' kull qalb ta' bniedem ferh kbir liema bhalu li hu dejjiemi. Barra dan

hadem xoghlijiet ohra ta' skultura fl- injam. Hadem settijiet ta' gandlieri, il- gmiel taghhom. Hadem ukoll figuri tal- appostli

li jintramaw fuq l- altari magguri fil- jiem tal- festa titulari u jiem ohra specjali fil- kalendarju liturgiku. Insomma, xoghol 

varjat ghall- ahhar, ghalkemm kollu kemm hu ghandu x' jaqsam mal- arti tat- tinqix fis- sens wiesgha taghha. Mastru Xand

kien ukoll maghruf bhala mudellatur, u nahsbu wkoll li hadem statwi fil- kartapesta bhalma huma San Frangisk fil- knisja

ta' Giezu l- Belt Valletta. Kif ghidna diga Mastru Xand, huwa magħruf sew għax- xogħol artistiku tiegħu tant li fost l- istatwi

ewlenin tiegħu nsibu wkoll statwi titulari. Waħda mill- istatwi li ħadem dan l- iskultur u meqjusa bħala ġawhra artistika hija

l- istatwa tal- Madonna tar- Rużarju meqjuma fil- knisja parrokkjali ta' Santa Marija f' Ħal Għaxaq. Iż- żewġ statwi titulari

oħrajn ukoll importanti ħafna fix- xogħol ta' dan l-iskultur huma l- istatwa titulari ta' Marija Annunzjata ta' Ħal Tarxien li

tlestiet fis- sena 1829 u l- istatwa titulari ta' San Pawl fil- parroċċa ta' Ħal Safi li tlestiet fis- sena 1840. Minbarra dawn l-

istatwi, l- Iskultur Farrugia għamel ukoll żewġ statwi tal- Madonna tar-Rużarju għall- irħula tal- Għargħur fis- sena 1823 u

tax- Xagħra, Għawdex fis- sena 1849. Statwa oħra hija dik tal- Madonna tal- Katina li għamel għall- Bażilika ta' Marija

Bambina fl- Isla. Din għamilha fis- sena 1844. Fil- purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira minn idejn dan l- iskultur għandna 'I

Kristu Marbut mal- Kolonna fiż- Żejtun li sar fis- sena 1838, l- istatwa tal- Ecce Homo għall- purċissjoni tan- Naxxar fis-

sena 1847 u l- Korp ta' Kristu Mejjet għall- monument tal- purċissjoni li toħroġ mill- Bażilika ta' San Ġorġ Martri fil- Belt

Victoria, Għawdex. Dan ix- xogħol kien lest fis- sena 1844. Ma' dawn l- istatwi tal- Ġimgħa l- Kbira li ħadem l- Iskultur

Xandru Farrugia wieħed irid isemmi wkoll l- Anġlu li hemm mal- istatwa ta' Ġesu fl- Ort tal- Ġetsemani fis- sett tal-

parroċċa taż- Żejtun. Dan l- Anġlu l- Iskultur Farrugia kien ħadmu għall- istatwa titulari ta' Marija Annunzjata ta' Ħal

Tarxien. Għal xi raġuni ma kienx intgħoġob u għalhekk ġie meħud iż- Żejtun għal dan is- sett tal- vari tal- Ġimgħa l- Kbira.

Fiż- Żejtun ukoll huwa skolpa fil- ġebla Maltija fis- sena 1882 l- istatwi tal- Isperanza u tal- Fidi għal mal- faċċata tal-

Knisja Arċipretali ta' Santa Katerina. Fil- pjazza ewlenija tal- Gudja l- istatwa ta' San Ġużepp fuq pedestall tal- ġebel hija

wkoll xogħol ta' dan l- iskultur. Ħadimha fis- sena 1834. L- iskultur celebri Xandru Farrugia miet iz- Zejtun nhar l- 4 ta'

Dicembru tal- 1871 fl- ghomor tant sabih ta' 80 sena, ghalkemm fic- certifikat tal- mewt hemm imnizzel bi zball li kellu 82

sena. Miet fid- dar fejn kien jghammar jigifieri f' numru 38, Triq il- Madonna tal- Bon Kunsill fiz- Zejtun. Indifen fil- kennierja

tal- knisja ta' dan ir- rahal li fih twieled, trabba u ghex sa ma miet.

SALVATORE PSAILA

(1798 - 1871)

Nistghu nghidu li l- iskultur Salvu Psaila hu Ghawdxi fid- demm, ghalkemm hu wild Bormla ghax twieled fil- Belt Cospicua. Il- genituri ta' Salvu Psaila kien jisimhom Tumas u Margherita, imwielda Galea. Omm Salvu twieldet u ghexet in- Nadur. Kemm l- omm kif ukoll il- missier kienu joqghodu fir- rahal tan- nadur meta nghaqdu fis- sagrament taz- zwieg. Huma zzewwgu fil- parrocca tan- Nadur nhar is- 27 ta' Novembru tal- 1874 u l- ewwel tlett ulied twieldu fin- Nadur, Ghawdex. Dawn l- ewwel tlett ulied, l- ewwel wild ta' gens maskil u t- tieni u t- tielet wild ta' gens femminil, kien jisimhom Lorenzo, Marija u Marija 

Salvu Psaila_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Angelo Schembri.

Ursula. Wara t- twelid ta' Ursola, ghalkemm ma' nafux ezatt meta, il- familja Psaila garret ghal Malta u marru joqghodu

Bormla, il- belt iddedikata lill- Immakulata. Salvu twieled propju f' din il- belt strategika u tant maghrufa ta' Bormla. Salvu,

jew Salvatore kif propjament hu mahzuz fil- ktieb tal- maghmudijiet tal- ufficcju parrokkjali ta' Bormla, twieled f' Bormla,

wahda mill- ibliet tar- regjun maghruf bhala l- Kottonera, fl- 20 ta' Jannar tal- 1789. Zmien imfakkar fl- istorja ghall- aktar

rivoluzzjoni mdemmija li qatt sehhet fid- dinja meta Franza haditha kontra s- saltna l- antika u l- aristokrazija. Kif kienet id-

drawwa dak iz- zmien, l- ghada li twieled, missieru ha lit- tarbija Salvatore fil- knisja ta' Bormla fejn flimkien mal- parrini

ghammduha u tawha l- ismijiet. L- ewwel isem kien Salvatore. L- ismijiet l- ohrajn kienu Guzeppi, Giovanni u Vincenzo. 


Ftit li xejn nafu dwar it- tfulija ta' Salvatore. Dak iz- zmien it- taghlim ta' suggetti klassici, nghidu ahna l- Latin u l-

matematika, kien jinghata privatament ghax skejjel ftit li xejn kien hawn f' Malta. F' dawk iz- zminijiet kulhadd kien jintefa

fuq l- apprentistat, jigifieri l- genituri kienu jevalvaw u jelenkaw il- hiliet t' uliedhom u, skont il- hiliet taghhom, jibghatuhom

jahdmu ma' xi mghallem tas- sengha biex jitharrgu f' dik is- sengha partikulari li t- tfal juru x- xehta taghhom. Hafna drabi

l- ulied kienu jiehdu s- sengha ta' missierhom. Minn hawn hareg il- qawl Malti 'Bin is- sengha ghandu nofsha'. Dan ifisser 

li l- wild jiret is- sengha ta' missieru. Naturalment persuna ambjentata fis- sengha tal- missier kienet aktar hafifa ghaliha li

titghallem u tipprattika. Ghalkemm fil- kaz ta' Salvu Psaila ma nafux jekk japplikax dan il- principju peress ma nafux li 

missier Salvu Psaila kien jahdem ta' skultur. Wiehed ghandu ghax jassumi li Salvu Psaila kien jaf jikteb u jaqra ghax il- 

mestier ta' mghallem skultur kien mghobbi bil- piz tal- kuntratti biex jigu mwettqa x- xoghlijiet skulturali. Biss din hi

suppozizzjoni biss. Li hu zgur u cert hu li l- genituri ta' Salvu Psaila gharfu minn kmieni l- hiliet artistici ta' binhom

Salvatore. Ghalhekk, kif tikkonferma l- logika tad- drawwiet ta' dak iz- zmien u kif qalilna l- kontemporanju Castagna, 

Salvatore kien impjegat fl- apprentistat tal- iskultur celebri ta' dak iz- zmien, Mariano Gerada. Nistghu nghidu li kien

student ghax fil- hanut tax- xoghol tieghu, Marjanu irnexxilu jiftah skola zghira tal- arti u l- iskultura. Naturalment Salvu

Psaila kien jahdem ghal Marjanu Gerada li kellu l- hanut tax- xoghol tieghu fi Strada Nuova f' Bormla u, barra li jahdem,

kien jitharreg fis- sengha u jizviluppa l- hiliet artistici tieghu. Marjanu Gerada wettaq dmiru tajjeb bhala ghalliem ghax

irnexxielu litteralment jaghgen il- karattru artistiku tieghu fid- dixxipli li kellu mieghu. Nghid litteralment ghax l- apprentisti

ta' Marjanu Gerada komplew bl- istil artistiku u tradizzjonali tal- imghallem tagghom kemm f' dik li hi teknika kif ukoll f' dik

li hi ispirazzjoni artistika. Dan hu l- istil Barokk ghall- ahhar. Stil Spanjol. Stil li jaghti kobor, stima u dinjita'. Stil li jqanqal

devozzjoni u jigbed spiritwalment lid- devoti li jitolbu quddiem ix- xbieha. Fuq kollox stil mahbub mill- poplu. Anzi nistghu

nghidu stil li artistikament igennen lill- popolin. Allura nghidu li Salvu Psaila kien artistikament iffurmat go beltu stess fejn

twieled u ghex it- tfulija u l- adoloxxenza tieghu. Ma' nafux fejn Salvu Psaila zviluppa l- hila artistika tieghu fuq l- irham. 

Iebsa nghidu li dan zviluppaha fil- hanut ta' Marjanu Gerada ghax, sakemm nafu s' issa, Gerada ma hadimx xoghol ta'

marmista. Biss nafu fic- cert li Salvu Psaila mhux biss tkisser, jew kien edukat, f' dik li hi skultura fl- injam imma rcieva 

tahrig fis- sengha tal- irham (marmista), sengha li Salvu Psaila rnexxielu jahkem tant tajjeb kif tixhed il- kwantita' kbira ta'

xoghlijiet fl- irham li hadem. Il- hila tieghu fix- xoghol tal- irham kienet wahda eccezzjonali, tant li kellu l- hila jaghti l- kulur

fuq l- irham li jippenetra sa tliet linji ta' pulzier. Castagna jghid li Salvu Psaila hadem mhux anqas minn 170 monument 'fl-

irham, zonqor u gebel'. Ghadd tassew kbir u varjat. Insemmu x- xoghol artistiku tassew sabih fl- irham li hadem Salvu

Psaila. Qed nirreferi ghall- altar maggur tant sabih tal- Bazilika ta' Birkirkara. Xoghol li ghadu jitgawda sal- lum. Salvu

Psaila kien imharreg tajjeb f' dawn is- snajja' u fihom ilkoll qata' figura tajba, mirquma u brillanti. Rigward skultura fil-

gebel, ix- xoghol sabih  tieghu tal- lavabo li jinsab fis- sagristija tal- Bazilika ta' Birkirkara jixhed dan kollu. Ix- xhieda tal- 

istoriku kontemporanju Castagna li tghid li Salvu Psaila hadem mhux anqas minn 170 monument 'fl- irham, zonqor u

gebla' taghtina hjiel tal- kobor artistiku ta' Salvu Psaila. Ghadd tassew sabih li jgholli sas- seba' smewwiet il- hiliet artistici

ta' dan l- iskultur, filwaqt li tikxef fid- deher il- fiducja artistika l- aktar shiha li Salvu Psaila kien igawdi mill- Maltin ta' 

zmienu. Ghadd ta' nies li dejjem grew wara dan l- iskultur. Illum dan ix- xoghol kollu ma nafux fejn hu u liema hu, ghax 

intilef fid- dell tal- istorja u taz- zmien. Hi sfortuna tassew kbira li ftit nistghu nelenkaw minn din il- hidma artistika kollha. 

Barra dan l- iskultur Salvu Psaila kien ukoll imfittex biex jahdem xoghol dekorattiv fi djar privati. Meta kellu 31 sena,

jigifieri fis- sena 1829, Salvu Psaila kien joqghod il- Furjana. Hawn min izomm li Salvu Psaila mar joqghod il- Furjana meta

kellu madwar tletin sena. Lanqas nafu bl- ezatt meta Salvu Psaila halla belt twelidu u mar joqghod ghal rasu l- Furjana. Li

nistghu nghidu biss hu li meta Psaila nghaqad fis- sagrament taz- zwieg hu kien diga' residenti l- Furjana. Dak iz- zmien

il- Furjana kellha vici kurat. Dan kien jismu Dun Tumas Psaila li kien jigi l- kugin ta' Salvu. Forsi dan il- kugin seta' kien il- 

fattur ewlieni li ghen lil Salvu Psaila jitlaq minn Bormla u jmur joqghod il- Furjana. Propju fl- eta' ta' 31 sena, insibu li Salvu 

Psaila zzewweg lil Lorenza Vella fit- 22 t' Ottubru tal- 1829. Salvu zzewweg fil- knisja tal- Furjana ddedikata lil San Publiju,

l- ewwel isqof ta' Malta. Dak iz- zmien, is- subborg tal- Furjana ma kienx parrocca ndipendenti imma kien jifforma parti 

mill- parrocca ta' San Pawl Nawfragju tal- Belt Valletta. Ghalhekk dan it- taghrif insibuh fir- registru taz- zwigijiet tal- 

parrocca tal- belt ta' San Pawl Nawfragju. Il- Furjana saret parrocca nhar il- 5 ta' Marzu tal- 1844. Lorenza Vella kien

izghar hafna minn Salvu Psaila. Fil- fatt kien hemm differenza ta' tlettax -il sena bejnithom. Meta zzewwgu Lorenza kellha

biss tmintax -il sena. Minn din l- ghaqda qaddisa hargu hamest itfal subien. Dawn kienu Francesco, Paolo, Matteo, 

Tommaso u Giovanni. L- ewwel wild, Francesco twieled il- Furjana fis- sena 1831. Hekk ukoll twieldu l- Furjana Paolo u 

Matteo. Tommaso u Giovanni twieldu f' Birkirkara. Imma jekk ix- xorti dahket lil Salvu Psaila fix- xoghol artistiku tieghu 

zgur li ma dahkitlux fil- hajja t' uliedu. Kien dizastru shih. Il- mewt donnha m' ghejjitx tigri wara l- familja Psaila. Wiehed 

wara l- iehor erba' minn uliedu bdew jimirdu u jmutu. Wiehed biss ma mietx. Dan kien Frangisku, l- ewwel wild. Kienet 

hasra kbira u dizastru shih. Dawn kollha mietu kemm Salvu Psaila dam joqghod il- Furjana. Esperjenzi li keddewh, imma

fl- istess hin Salvu wera kuragg u determinazzjoni l- izjed kbira. Setghet kidditu psikologikament. Imma bhala karriera

artistika jidher li Salvu Psaila rnexxielu jzomm shih u kompla jaghti xoghol artistiku mill- aqwa u li ghamillu success 

tassew kbir. Ghaxar snin wara z- zwieg tieghu, propju fis- sena 1839, Salvu Psaila flimkien ma' martu u binhom Frangisku

hallew il- Furjana u marru joqghodu Birkirkara. X' kienet ir- raguni li ghaliha hallew il- Furjana ma nafux. Biss certament it-

trawma li halliet il- mewt tal- ulied fuq mart Salvu Psaila nahsbu li kienet wahda tassew kbira u li setghet kienet ir- raguni

li wasslet biex Salvu Psaila mar joqghod Birkirkara. Nafu li Salvu Psaila kien bniedem li jemmen fl- ghajn u allura kien

bniedem superstizzjuz. Nafu li meta Salvu Psaila lesta l- kapulavur tieghu, il- vara titulari ta' Sant' Elena, biex iharisha mill-

ghajn il- hazina, meta din il- vara  kienet hierga mill- post fejn inhadmet, qeghdilha qulla, jew qolla, bil- wicc biex l- ghajn

il- hazina tahkem fuq il- qulla u mhux fuq l- istatwa ta' Sant' Elena. Din il- qulla baqghet tintiret minn generazzjoni ghal

ohra u hi propjeta tas- Sur Guzeppi Sammut li hu wkoll qarib tal- Kav. Censu Borg imlaqqam Brared. Ghalhekk jista jkun li

meta grat id- dizgrazzja tal- mewt tal- ewwel zewgt ulied fil- familja tieghu, seta' emmen li dan gara minhabba xi ghajn

hazina li setghet ghajnitu, sehhtitu u kissritu. Seta' gara li Salvu Psaila, garr ghal Birkirkara biex jehles minn din l- ghajn

hazina u qattiela, u li gaghlitu jsofri bil- kbir din it- trawma tat- telfa t' uliedu. Imma lanqas il- garr tieghu lejn Birkirkara ma 

helsitu mit- trawma tal- mewt. F' Birkirkara, l- ewwel, esperjenza l- mewt ta' ibnu Tumas, imbaghad il- mewt hafnet lil ibnu

Giovanni wkoll. Imma mhux dan biss. Wiehed jahseb li din it- trawma ghafset sew fuq mart Salvu Psaila ghax Lorenza

Vella mietet qasir il- ghomor meta kellha biss tletin sena. Lorenza mietet nhar l- 14 ta' Frar tal- 1841. Dan ifisser li, kif rajna

mart Salvu Psaila kienet hafna izghar minnu. Tant hu hekk li meta mart Psaila mietet, hu kien diga kellu 43 sena.

Differenza ta' 13- il sena fl- eta. L- istatwi tieghu mnaqqxa fl- injam insibuhom fil- parrocca tal- Birgu; tliet vari tal- Gimgha

I- Kbira - Kristu marbut mal- koionna u fflagellat, Kristu nkurunat bix- xewk, bilqieghda fuq nofs kolonna. Zewg vari sbieh,

mahduma tajjeb li jolqtuk ghall- espressjoni tal- ucuh u l- anatomija taghhom. Hawn Psaila wera l- kefrija tal-

flagellazzjoni. FI- 1833 naqqxilhom it- tielet vara, dik ta' Kristu Rxoxt hiereg jittajjar minn gol- qabar ta' tahtu. Kif ghedna

diga, ghall- knisja ta' Birkirkara, hadem vara maestuza u ta' pregju kbir - Santa Elena b' ghajnejha dejjem imsammra fuq

is- salib kbir Ii qed izzomm b' idha I- leminija. Ghaz- Zrieraq, fl- 1842 tahom vara tal- Madonna tal- Karmnu, ghaxqa ta'

statwa! Vara ohra processjonali Ii biha ghamel isem hija - il- Kuncizzjoni fil- knisja ta' San Frangisk tar- Rabat, Ghawdex,

mahduma fl- injam fl- 1848. Hargitlu tajba, kemm fl- istil Barokk Ii ghazel, fil- kompozizzjoni u x- xoghol. Bormla

ghandhom ix- xorti li jgawdu kopja mahduma mill- istatwarju Michael Camilleri Cauchi fl- 1975, ghad- dimostrazzjoni fil-

jiem tal- festa. Il- fratellanza ta' San Andrija ta' Bormla, kienet ilha bil- hsieb u x- xewqa Ii jkollha statwa tal- qaddis

protettur taghha. Kien fl- 1844 Ii Salvu Psaila lesta din l- istatwa. Naqqaxha bil- pedestall b' kollox f' Birkirkara u l-

fratellanza hadet statwa kif tassew xtaqet. Illum narawha fis- sagristija fin- nicca Ii Abram Gatt (1863-1944) kien ghamel

ghall- vara tal- Kuncizzjoni. Ix- xoghIijiet Ii nafu Ii hadem fl- irham u l- gebla huma ftit; mezzobust tal- armirall Fremeantle

(1833) u jinsab fl- Ingilterra, bust tal- Kav. Vincenzo Borg (Brared) fl- awla kapitulari (Birkirkara) u I- altar maggur tal-

istess parrocca. Salvu Psaila miet f' Birkirkara fit- 12 ta' Novembru 1871 fid- dar tieghu, Ii dak iz- zmien kienet fi "Strada

Vallone
, Nro. 86". Kellu 73 sena u I- funeral solenni tieghu sar fil- knisja Parrokkjali u Kolleggjata ta' Santa Elena. B' qima u

rispett Ii kien igawdi mill- Karkarizi, sar kollox gratis kif kien sar ukoll tletin sena qabel fil- funeral ta' martu Lorenza. Gie

midfun fil- kripta tal- istess knisja. 

ANTONIO CHIRCOP

(1798 - 1869)

Fil- 21 ta' Mejju 1786, il- Papa Piju VI ffirma l- Bolla Exigit Apostolici Officii li biha l- Knisja ta' Marija Bambina fl- Isla ġiet mgħollija għall- ġieħ ta' Kolleġġjata Insinji. Xahar eżatt wara, jiġifieri fil- 21 ta' Ġunju 1786, żewġ żgħażagħ Sengleani wiegħdu quddiem Alla, imħabba għal dejjem lil xulxin. Dakinhar huma taw bidu għal- familja ġdida fi ħdan il- Knisja. Dawn iż- żewġ żgħażagħ, Paolo Chircop, iben Michelangelo u Polixena mwielda Caruana, u Francesca mwielda Quiglio (armla minn Vincenzo De Natali), bint Antonio Quiglio u Anna, mimlijin entużjażmu u mħaddnin minn imħabbet qrabathom, lissnu l- kelmiet ta' wegħda matrimonjali fil- Knisja Kolleġġjata tal-

Antonio Chircop.jpg

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija l- istatwa tat- Trinita Qaddisa li hemm

gewwa  l- Bazilika tal- Isla. Giet imnaqqxa fl- injam minn Antonio Chircop fis- sena

1840. Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:
Parrocca Senglea.

Isla, quddiem il- Kanonku Dun Salv Bonnici, l- ewwel Arċipriet tal- Isla. Xhieda ta' dan il- kunsens kien hemm Francesco

Salvatico u Felice Grima. F' din il- familja, tnisslu sitt ulied. L- iżgħar fosthom, Antonio, twieled nhar it- 28 ta' April 1789. L-

għada ta' twelidu, fid- 29 ta' April, ġie meħud fil- Knisja Kolleġġjata tal- Isla fejn tgħammed mill- Kanonku Dun Filippu

Duranti. Jekk insegwu dak li nkiteb minn Pietro Paolo Castagna, Antonio Chircop studja taħt il- perit u pittur Giorgio

Pullicino (1779-1851). Dan il- bniedem kien professur tad- disinn fl- Università ta' Malta. Barra minn hekk, kellu wkoll

studio mad- dar tiegħu, numru 117, Strada San Paolo, il- Belt Valletta, fejn beda jgħallem id- disinn u l- pittura. F' din l-

iskola ta' Pullicino kienu jattendu mhux biss allievi iżda wkoll artisti Maltin li kienu diġà kisbu ċerta fama. Dan kollu jindika

biċ- ċar li Antonio Chircop kellu, bħala għalliem tiegħu, protagonist importanti fil- qasam tal- istorja tal- arti f' pajjiżna. Fit-

18 ta' Ottubru 1829, meta kellu 31 sena, Antonio ngħaqad fiż- żwieġ ma' Antonia, bint Vittorio Decelis u Teresa Casha.

Minn dan iż- żwieġ, twieldu sitt itfal - tliet subien u tlitt ibniet - ilkoll imwielda fl- Isla u mgħammda fil- Kolleġġjata

Sengleana. Il- familja Chircop kienet tgħammar fid- dar numru 15, Strada Concezione, l- Isla. Castagna jgħidilna li

Chircop kien jagħmel figuri ta' appostli li kienu jżejnu l- altari kif ukoll gandlieri. Hu naqqax ukoll fl- injam madwar 200

pulena. Kif ingħad qabel, Chircop kien protagonist importanti fi żmien meta f' Malta kien qed iseħħ rinaxximent tal-

iskultura reliġjuża fl- injam. Dan jista' jitqies bħala perjodu tad- deheb fejn tidħol l- iskultura reliġjuża ta' pajjiżna. Fost

xbihat tal- Madonna li tnaqqxu f' dan il- perjodu, jispikkaw dik tal- Assunta tal- Gudja, maħduma minn Vincenzo Dimech

fl- 1807, fl- 1808, Mariano Gerada lesta l- vara ta' Santa Marija ta' Ħal Għaxaq u fl- 1837, tlestiet il- vara ta' Santa Marija

tal- Imqabba minn Alessandro Farrugia. Meta kien għad kellu 38 sena, il- Qrendin tefgħu għajnejhom fuq dan l- iskultur

Senglean u ddeċidew li jikkommissjonawlu l- vara titulari tagħhom ta' Santa Marija. Din kellha tkun vara li turi l- Verġni

Mbierka mgħollija fuq is- sħab tielgħa lejn is- sema. Il- Qrendin, li riedu kapulavur artistiku u oriġinali, ħallew f' idejn

Chircop biex joħroġ vara tassew unika. Il- vara ġiet ikkummissjonata mill- knisja parrokkjali u l- ħlas tagħha, 450 skud li

kellhom jitħallsu sa tmint ijiem wara l- konsenja tal- istatwa, sar mill- fondi tal- knisja parrokkjali tal- Qrendi. L- iffirmar tal-

kuntratt sar fil- Qrendi stess fit- 18 ta' Diċembru 1836 quddiem in- Nutar Vincenzo Carcas. Dun Ferdinando Magri, il-

prokuratur tal- Veneranda Lampada, irrappreżenta lill- knisja parrokkjali fl- iffirmar ta' dan il- kuntratt. L- iskultur Chircop,

b' ħila ta' mgħallem fl- arti, ried li l- poplu tar- raħal tal- Qrendi jilmaħ fix- xbieha devota tal- Madonna, imlibbsa l- ilbies ta'

mara komuni tal- kampanja, il- ħajja tiegħu ta' kuljum. Kien għalhekk li naqqax vara ta' mara bil- velu fuq spallejha u

marbut għoqda taħt għonqha bħalma kienet id- drawwa tan- nisa raħħala Maltin. F' Awwissu 1837, il- vara tal- Assunta

daħlet għall- ewwel darba fil- knisja parrokkjali tal- Qrendi fost id- daqq ferrieħi tal- qniepen u l- entużjażmu kbir tan- nies

li sa fl- aħħar issa kellhom, huma wkoll, l- istatwa titulari kollha kemm hi tagħhom, bħalma kellhom irħula oħra. Din il- vara

artistika nħarġet għall- ewwel darba f' purċissjoni mat- toroq tal- Qrendi nhar il- 15 ta' Awwissu 1837. Fi kliem Monsinjur

Professur Manwel Agius, "b 'dan ir- realiżmu artistiku Antonio Chircop ried jagħti sens ta' tama u faraġ lill- poplu tal-

Qrendi biex meta l- ħarsa tiegħu tiltaqa' ma' dik ta' Marija li qed tittajjar rebbieħa fuq is- sħab bl- anġli jgħinuha tħaffef

biex togħla 'l fuq biex tiltaqa' ma' binha Ġesu', fiha jilmaħ dak li kien jittama li jikseb fil- ħajja l- oħra wara l- esperjenzi ta'

ferħ imħallta man- niket li jġarrab fil- ħajja ta' kuljum."
  Il- Fratellanza tat- Trinità Qaddisa kienet ilha mwaqqfa fl- Isla sa

mill- 25 ta' Marzu 1652, imma l- ewwel vestizzjoni tal- fratelli saret fl- 1669. Kienet Fratellanza ta' valur soċjali għaliex kien

qed isir dak li kien possibbli biex jinħelsu jew jittaffew it- tbatijiet ta' dawk li kienu waqgħu lsiera f' idejn il- Misilmin. Il-

festa tat- Trinità kienet issir dejjem bil- purċissjoni fil- ġurnata liturġika tagħha. Kienet tkun purċissjoni devota ħafna u

kienet issir bis- Sagrament. Imma fit- 23 ta' Frar 1796, twieled fl- Isla Franġisku, iben Anġlu u Anna mwielda Zammit, 19 li

meta kiber, nibtet fih imħabba speċjali lejn it- Trinità Qaddisa. Minħabba li kien bniedem dgħajjef f' saħħtu, lejn l- 1838,

meta kellu 42 sena, għamel wegħda lil Alla li jħallas għal statwa li tirraffigura lit- Trinità Qaddisa. L- istatwa kellha tkun

waħda prezzjuża, minquxa fl- injam. Għalhekk, ġie deċiż li din l- opra tiġi fdata f' idejn l- iskultur Antonio Chircop. Fit- 8 ta'

Ġunju 1840, issa li l- istatwa kienet lesta, ir- Rettur u d- Direttur Spiritwali tal- Fratellanza, marru għand Dun Franġisk

Saverju Baldacchino, il- Prepostu tal- Oratorjani, u fissrulu li x- xewqa tagħhom kienet li din l- istatwa ġdida, tittieħed fil-

knisja tal- Porto Salvo biex, minn hemm, tiġi trasportata lejn il- Kolleġġjata. Il- Prepostu mhux biss ma sab l- ebda

diffikultà, imma saħansitra qiesha bħala l- iżjed ġrajja mportanti ta' żmienu. Fit- 12 ta' Ġunju ttieħdet privatament lejn il-

knisja, tqiegħdet fuq ix- xellug tal- presbiterju u tħalliet esposta sal- għada. L- għada, 13 ta' Ġunju, fl- 4.30 ta' wara

nofsinhar telqet purċissjoni mill- Kolleġġjata bl- akkumpanjament tal- fratellanzi, il- kleru u l- kapitlu. Quddiem il-

presbiterju, il- Kanonku Dun Leopoldu Fiteni, Arċipriet tal- Isla, bierek l- istatwa, tkantat l- antifona u ġiet mogħtija l- barka

sagramentali. Wara, purċissjoni bl- istatwa tat- Trinità Qaddisa merfugħa mill- fratelli, telqet lejn il- Kolfeġġjata. Dik is-

sena, l- 14 ta' Ġunju kien jum il- festa liturġika tat- Trinità Qaddisa. Dakinhar, għall- ewwel darba, il- purċissjoni saret bl-

istatwa artistika ta' dan il- misteru. Fl- 1843, sar kumment dwar din l- istatwa li xieraq jiġi rreġistrat hawn: "Ma nistgħux

ngħidu kemm ħaqqha tifħir din il- Fratellanza għall- istatwa tat- Trinità Qaddisa, li hi tassew bħal teżor. Antonio Chircop,

skultur magħruf, naqqaxha bil- ħila ta' mgħallem fl- arti. Meta wieħed jammira l- opra fil- kumpless kollu tagħha, ma jistax

ma jberikx 'il dik l- id li naqxet fiha dawk l- atteġġjamenti venerabbli, li għandhom il- qawwa jesprimu misteru tant kbir." 
L-

ewwel vara li qatt eżistiet ta' Santa Marija li tintuża proċessjonalment kienet dik tal- Gudja minquxa fl- injam minn

Vincenzo Dimech u mħallsa minn Dun Tumas Zammit fl- 1807, fi żmien il- parrokat ta' Dun Salv Fenech. Sa mill- ewwel

darba li nħarġet f' purċissjoni, il- fratelli mseħbin fl- erba' fratellanzi tal- parroċċa - taċ- Cintura, tas- Sodalità, tar- Rużarju

u tas- Sagrament - riedu jerfgħu din il- vara u spiss kien jinqala' l- inkwiet fuq dan l -irfigħ. Dan id- diżgwid kompla kiber

meta, lejn l- 1848, tar- Rużarju xtaqu li l- vara tal- Assunta tibda tinħareġ ukoll f' Ottubru, nhar il- festa tar- Rużarju. Taċ-

Cintura riedu li jekk dan iseħħ, allura kellha tinħareġ ukoll fl- ewwel Ħadd ta' Settembru, fil- festa taċ- Cintura. Għal dawn

l- ideat, tas- Sagrament ipprotestaw mal- kappillan. Għaldaqstant, b' digriet tal- kurja ġie deċiż li l- vara ta' Santa Marija

ma tinħareġ qatt u fl- ebda purċissjoni għajr dik titulari nhar il- 15 ta' Awwissu. Hawn nibtet l- idea li ssir vara ġdida għall-

purċissjoni tar- Rużarju. Ġiet avviċinata s- Sinjorina Grazjulla Dalli, oħt Dun Ġużepp u Dun Anġ, u ntalbet tidħol hi biex a

spejjeż tagħha ssir l- istatwa. Bit- tama li fil- Gudja kien issa ser jintemm l- inkwiet, hija ħarġet l- ispejjeż tal- vara u l-

bradella. Ġie magħżul l- iskultur Antonio Chircop u wara li sar rikors, il- vara nħadmet fl- 1851. Fir- rikors, Grazjulla riedet

u talbet li din l- istatwa tintuża miż- żewġ fratellanzi, jiġifieri minn tar- Rużarju u taċ- Cintura. Ix- xbieha tal- Madonna f' din

l- istatwa qiegħda żżomm lil binha Ġesu marsus ma' ħdanha f' idha x- xellugija, filwaqt li f' dik leminija qiegħda tnewwel

il- kuruna, il- warda jew iċ- Cintura lid- devoti. Ix-xbieha qiegħda mistrieħa fuq globu, jiġifieri d- dinja. Maż- żmien, anke

minħabba bosta inkwiet li kien qed jinħoloq bejn fratellanzi differenti, il- Kappillan Dun Lawrenz Debono ħareġ bl- idea li l-

Fratellanza taċ- Cintura jkollha vara speċifikament għaliha. Wara li nġabru l- fondi meħtieġa, ġiet ordnata l- vara taċ-

Ċintura għand id- ditta Gallard et Fils ta' Marsilja. Din ħarġet għall- ewwel darba fl- 1892. Tar- Rużaiju, malli raw din il-

vara, għoġbithom ukoll u nibet f' moħħhom il- ħsieb li huma wkoll jagħmlu vara għall- festi tagħhom. Kien hemm min

beda jgħid li l- istatwa tal- injam ta' Chircop kienet tqila. Oħrajn qalu li kellha ħarsa ta' supperva. Dan kollu wassal biex

saret l- istatwa l- ġdida, maħduma minn Mastru Anġlu Dalli, li ġiet inawgurata fl- 1922. Hija verament ħasra u sfortuna li

llum, l- istatwa tal- Madonna tar- Rużarju minquxa minn Antonio Chircop tinsab imwarrba, kważi minsija, fil- knisja tal-

Annunzjata fil- Gudja stess. Il- parroċċa ta' Ħaż Żabbar kienet stabbilita bħala parroċċa għaliha fit- 23 ta' Diċembru 1615.

Ftit wara ntalab il- permess biex f' din il-parroċċa titwaqqaf l- ewwel Konfraternità ddedikata lill- Madonna tar- Rużarju.

Bil- permess ta' Dun Raffaele Ripleoz, il- Vigarju Ġenerali tal- Ordni tal- Predikaturi, din twaqqfet fit- 18 ta' April 1617. Il-

Kappillan pro tempore kien ġie mogħti wkoll il- permess li jżid l- imseħbin f' din il- Konfraternità u ġew mogħtija wkoll

indulġenzi marbuta mal- artal li fuqu twaqqfet. Minn rikors tal- 1849 insiru nafu li diġà kienet teżisti statwa proċessjonali li

tintuża bejn il- Fratellanza tar- Rużarju u dik tal- Konsolazzjoni (taċ- Ċintura). Iżda fl- 1865 l- iskultur Antonio Chircop

naqax fl- injam statwa tal- Madonna biex tintuża minn dawn iż- żewġ fratellanzi. Din l- istatwa ntużat biss għal madwar

tletin sena għaliex fid- 29 ta' Lulju 1894 nġiebet f' Ħaż- Żabbar il- vara l- ġdida tal- Madonna fil- kartapesta mill- istatwarji

Franċiżi Gallard et Fils. Għaldaqstant, l- istatwa ta' Chircop, li għandha xebh perfett ma' dik li tinstab fil- Gudja, illum

tinstab esebita fil- Mużew tas- Santwarju, Ħaż- Żabbar. Wieħed jinnota li l- istatwa ta' Ġesu ċkejken, wieqaf ħdejn Ommu

Marija, artistikament tixbah ħafna lil statwa oħra li tinsab fil- parroċċa ta' Wied il- Għajn u tintuża fil- festa tal- Epifanija. Din

ukoll jingħad li hija ta' Antonio Chircop. Ix- xogħol ta' Antonio Chircop f' Ħaż- Żabbar hu minn tal- aħħar fil- karriera

artistika tiegħu. Dan l- iskultur ċelebri miet fl- 1 ta' Jannar tal- 1869, fl- għomor ta' 70 sena, fid- dar tal- familja fi Triq il-

Kunċizzjoni, l- Isla. Ġie midfun fil- Knisja Kolleġġjata tal- Isla.

L- informazzjoni rigward Antonio Chircop mehudha mis- sit: Um.edu.mt
. 

 

GUZEPPI VELLA

(1802 - 1866)

Meta gejt biex nikteb dwar il- bijografija ta' l- istatwarju Guzeppi Vella, sfortunatament ma' stajt insib xejn. Li nafu, huwa, li Guzeppi twieled fis- sena 1802 u huwa mill- Belt Valletta. Hawnhekk ser intikom xi whud mix- xoghlijiet artistici li taghna dan l- iskultur.

- Statwa tal- Patrijarka San Duminku, Birgu (1849)
- Statwa ta' Santa Katarina, Birgu (1850)
- Sett statwi tal- Gimgha Mqaddsa li hadem ghall- 
  parocca ta' Hal Ghaxaq - minbarra d- Duluri (1821)
- L- istatwi tal- Ort, Il- Marbut, l- Ecce Homo, ir-                Redentur, il- Veronika, il- Vara l- Kbira u d- Duluri li          hadem ghall- parrocca ta' Hal Luqa (1830)
- L- istatwa tal- Vizitazzjoni, l- Gharb (1853)

 

Peppi Vella_edited.jpg

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija xoghol l- istatwarju Peppi Vella.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:
Fratellanza Santissimu

Sagrament - Ħal Luqa A.D. 1634
.

SALVATORE DIMECH

(1804 - 1887)

Smajna nafna dwar Salvatore Dimech, skultur Mosti tas-seklu dsatax. Ghal xi zmien kien hemm min jistaqsi jekk ix- xoghol fuq l- istatwa ta' Santa Marija tal- Mosta kienx xoghlu. Min kien Salvatore Dimech, skultur li halla diversi xoghlijiet f' Malta? Kien il- kugin ta' Vincenzo Dimech, skultur Malti? Salvatore Dimech twieled il- Mosta fis- 27 ta' Frar, 1804 minn Ganni Dimech u Antonia, imwielda Agius. Tghammed l- ghada fil-parrocca tal- Mosta mill- Kappillan Dun Felic Calleja. Dun Felic kien l- istess kappillan li zewweg lill-genituri tieghu fit- 3 ta' Ottubru, 1797. Minn taghrif li hemm fil- kotba tal- knisja tal- Mosta jidher li Vincenzo Dimech ma nstabx f' dawk iz- zminijiet ta' Salvu Dimech bhala li tghammed fil- knisja tal- Mosta. Fil- fatt id-Dimech (ijiet) ma' kinux kugini . Ta' min jghid li Vincenzo Dimech kien imnissel minn familja ta' artisti li kellha gheruq taghha fil- belt Valletta. L- iskultur Salvu Dimech kien it- tielet wild fil- familja. Kellu huh li kien ukoll jismu Salvu, izda

Salvatore Dimech_edited.jpg

Din ix- xbieha li qed naraw hawnhekk (Fuq), hija xoghol l- istatwarju Mosti

Salvatore Dimech, imlaqqam is- Sartx. Din l- istatwa ntrefgħet għal snin twal fil-

kannierja sakemm Dun Anġ Camilleri xeħet għajnejh fuqha u ħadha fil- kappella

tal- Oratorju Qalb ta’ Ġesù. Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:


Grupp Armar Marija Assunta - Mosta.

l- membri tal- familja tieghu kienu jsejhulu Guzeppi. Kellu wkoll ohtu Maria Angela u huh iz- zghir mghammed Guzeppi izda maghruf bhala Ganmari. Huwa haddan l- arti ta' l- iskultura minkejja l- fatt li kien gej minn familja ta' bdiewa. Nafu li ta' ghoxrin sena kien ghadu joqghod il- Mosta. Fil- fatt fis- 26 ta' April, 1824 saru t- tnedijiet ghaz- zwieg tieghu mill- kappillan tal- Mosta sub curius cura sponsus habitat ma' Maria Agius minn Hal Lija. Peress li Maria wriet ix- xewqa li tibqa' toqghod Hal Lija hdejn il- genituri taghha, li kienu Marco u Klemenza, jidher li l- koppja Dimech marru joqoghdu hemmhekk. Dan jidher car ukoll mid- dokumentazzjoni fir- registru parrokkjali ta' Hal Lija li juri li mis- sena 1837 sas- sena 1886 Salvu Dimech kien joqghod Hal Lija. Prova cara hija dokument fir- registru tal- maghmudijiet ta' Hal Lija dwar l-ewwel tarbija li twieldet fit- 23 ta' Jannar, 1837 bl- isem ta' Antonia, Rosa, Katarina, Pawla. Aktar tard, jigifieri fis- 27 ta' Mejju, 1838 kellu tarbija ohra bl- isem ta' Klemenza. lzda seba' snin wara Salvu Dimeh garrab l- ewwel mewta f' hajtu. Fis- 6 ta' Gunju, 1845 martu Maria Agius mietet fl- eta ta' erbghin sena. Hija tinsab midfuna fil- knisja parrokkjali ta' Hal Lija. Salvatore Dimech rega' zzewweg fis- 16 ta' Settembru ta' l- istess sena Iil Katarina Fenech, bint Nikola Fenech u Maria, ukoll minn Hal Lija, quddiem ix- xhud Giuseppe Falzon, bin in- nutar Luigi Falzon . Dan iz- zwieg sar daqshekk kmieni wara l- mewt ta' l- istess mara peress li l- iskultur Dimech kellu tfal zghar li kienu jiddependu ghal kollox minnu. B' hekk ukoll seta' jkompli jahdem fl- arti tieghu b' mohh aktar mistrieh. Minn dan iz- zwieg tieghu ma' Katarina Fenech, l- iskultur kellu erbat itfal. Paolo twieled fl- 24 ta' Novembru, 1846, Giovanni Maria twieled fl- 20 ta' Settembru, 1848, Maria fil- 15 ta' Jannar, 1851 u Camilla fl- 24 ta' April, 1856. Skond Castagna Salvu Dimeh kellu ibnu li kien jidher skultur ukoll izda dan miet fl- eta zghira ta' erba' u ghoxrin sena, propju f' Ottubru, 1871 fix- xahar li fih saret il- konsagrazzjoni tar-Rotunda tal- Mosta. Wara l- mewt ta' ibnu Poalo, Salvu kellu hmistax -il sena xoghol quddiemu. Miet fis- 26 ta' Ottubru fl-ghomor ta' 81 sena, gewwa Hal Lija fis- sena 1886. Difnuh l- ghada fil -Knisja Parrokjali ta' Hal Lija fil- qabar li jgib in-numru 55. Sfortunatament l- avviz ta' mewtu ma wasalx fir- Registru Pubbliku u dan in- nuqqas u xi cirkostanzi ohra komplew joskuraw u jcajpru l- istorja personali tieghu. Hasra wkoll li mhux midfun fil- knisja tal- Mosta, il- parrocca li tghammed fiha. X' aktarx li l- ahhar snin ta' hajtu ghaddihom f' numru 117, Triq il- Kbira, Hal Lija. Semmejna kif Salvu kien bin il- bdiewa izda maz- zmien u b' perseveranza minn raghaj tal- moghoz sar skultur ta' fama u gieh. Jista' jkun il- kaz li Salvatore Dimech beda l- hidma artistika tieghu bhala dekoratur fl- iskultura u kiseb l- ewwel kummisjonijiet f' dan il-qasam minghand l- amministraturi ta' xi knejjes parrokjali jew sidien ta' djar privati. Fil- harga tax- xahar t' Ottubru ta' l-1837, jinghad li Salvatore Dimech kien ghadu kif lesta xi basso riljievi fil- Kappella ta' San Pawl gewwa l- knisja Konventwali ta' San Gwann tal- Belt Valletta. X 'aktarx li din l- informazzjoni ghandha x' taqsam ma l- iskultura ornamentali bl- istemma tal- fleur de lys, li nistghu nammiraw fl- istess kappella ta' San Pawl fil- Konkatidral ta' San Gwann. Nafu tajjeb li l- ewwel kummisjonijiet importanti ta' Salvatore Dimech kienet dik ta' l- istatwa ta' San Frangisk t' Assisi, li tinsab quddiem il- Kunvent tal- kappuccini, il- Furjana. Tabilhaqq, din l- istatwa ta' San Frangisk, mahduma minn Salvu Dimech fl- 1837, tirrifletti forza primittiva ispirata minn fidi qawwija ta' ruh semplici. Milli jidher din l- istatwa qatt ma giet "irtokkata" u ghalhekk x' aktarx li tista' titqies bhala l- uniku xoghol li jirrifletti verament l- istil awtentiku u genwin li kien ihaddan Salvatore Dimech. Kollox juri li fl- 1838 l- isem ta' l- iskultur Salvatore Dimech sar maghruf u mxerred bhal f' lehha ta' berqa. F'dik l- istess sena, u sewwa sew matul iz- zmien qasir ta' 50 jum, Salvatore Dimech irnexxielu jnaqqax fil- gebla Maltija xoghol importanti ta' San Girgor il- Kbir, fiz- Zejtun. Milli jidher Salvu Dimeh ma kellux rabtiet ma' akkademji jew artisti bananin u lanqas kien bniedem ta' xi skola kbira. Hekk qal Mario Buhagiar fil- The Cult of St. Catherine in Malta (1979). Filfatt huwa hadem ma' skultur iehor fuq l- istatwa ta' San Pawl li tlestiet fl- 1845 meta Dimech kellu madwar 40 sena. Dimech hadem din l-istatwa fuq disinn u taht id- direzzjoni tal- pittur Giuseppe Hyzler. Hyzler kien ghamel disinn ta' fortizzier tal- knisja ta' Santa Katerina. L- ispejjez ta' l- istatwa ta' San Girgor lahhqu ghal 600 skud. L- istatwa tqieghdet quddiem il- knisja parrokkjali l- qadima. Sfortunatament dan l- ahhar sofriet sfregju minn att vandalu.   

 

Salvu Dimech issa kellu kull gieh bhala skultur. Id- Duka Sforza Cesarini, aristokratiku Ruman li fl- 1838 kien jinsab hawn

 

Malta, ikkummissjona lil Salvatore Dimech biex jahdimlu statwa ta' Ebe, dik l- alla mara taz- zoghzija li kient taghti l- inbid

 

lill- allat ta' Olimpu. Il- Gazzetta tal- Gvern fakkret din il- kummissjoni b' dawn il- kelmiet: Salvatore Dimech, the native

 

sculptor of Casal Lia, has just completed for the Duke Sforza Cesarini a figure of the natural size, in Malta stone, of

 

Canova's celebrated Hebe. The Duke, who is now in this island, has not thought this production of rustic talent unworthy

 

of a place in his residence at Rome, whither it will shortly be conveyed. Huwa minnu li l- iskop ewlieni ta' din ix- xorta ta'

 

kitba hu dak li jissawwar eroj, u ghalhekk x' aktarx li fiha nsibu biss tifhir u kumplimenti. Izda l- kummisjoni li ghandi kif

 

semmejt turi b' mod l- aktar car li Salvatore Dimech kien qieghed jigbed lejh is- simpatija u l- ammirazzjoni mhux biss tal-

 

massa tal- poplu izda wkoll ta' nies ta' livell socjali ghola minn tieghu. Fi kliem iehor, il- grajja tal- karriera ta' Salvatore

 

Dimech ghandha hafna minn dawk il- hrejjef helwin li ahna mdorrijin nsejhu fairy tales. Madanakollu, kollox juri li

 

Salvatore Dimech baqa' bniedem umli fil- karattru u qatt ma staghna. San Pawl tal- Gzejjer (Selmun) tlestiet fl- istess

 

sena 1845. Il- promoturi ta' dan il- monument kienu s- sacerdot Dun Francesco Caruana Dingli, it- tabib Michele Parnis,

 

Salvu Borg, Censu Spiteri u Lippu Busuttil. Mir- rendikont li kien gie ppubbikat fil-gurnal L' Osservatore Maltese,   fil-

 

harga tas-7 t' Ottubru, 1844 nafu li l- istatwa giet tiswa 333 skud. 1150 skud ohra thallsu ghat- trasport taghha. Ma nafux

 

min hejja d- disinn ta' din l- istatwa ta' fuq il- gzejjer, ghalkemm kopja ta' l- istess disinn tinsab annessa mal-kuntratt,

 

ippubblikat min- Nutar Giuseppe Torpiano, li sar nhar San Mattew ta' l- 1843. Xoghol iehor fuq skala nazzjonali kien ix-

 

xoghol fl- istatwa tal- Gran Mastri L'Isle Adam u La Vallette, li kienu jiddominaw il- Porta San Giorgio, il- bieb ewlieni tal-

 

belt Valletta, maghruf bhala Putirjal. Fil- gurnal L'Ordine, fil- harga tat- 2 ta' Frar, 1855 naqraw li dawn l- istatwi tal- Gran

 

Mastri kienu kummissjonati mill- Gvern u li l- ezekuzzjoni taghhom saret taht id- direzzjoni tal- pittur Salvatore Micallef.

 

Skond l- istess gurnal dawn l- istatwi kienu lesti fi Frar tas- sena 1855 izda kienu ghadhom ma tqeghdux f' posthom

 

minhabba l- oppozizzjoni tal- Kurunell Thompson, inginer Ingliz li kellu taht id- dipartiment responsabbli ghal dan il- bieb

 

tal-Belt. Izda, milli jidher, l- istatwi malajr tqieghdu fin- nicec taghhom gewwa l- Bieb ta' Putirjal wara l- protesti li saru mill-

 

Maltin. Fil- belt, fil- kantuniera bejn Triq it- Teatru u Triq Zekka, fuq pedestall ta' l-irham hemm statwa ta' Omm il- Karmeli,

 

li hija wkoll xoghol maestuz ta' Dimech u saret fis- sena 1855. Insibu ukoll San Guzepp fil- Mosta, San Pawl f' Hal Lija, l-

 

istatwa quddiem il- knisja tal- Grazzja f' Haz Zebbug (1842) u San Nikola u Santu Rokku fis- Siggiewi. F' Ghawdex

 

ghandu statwa ta' San Pawl u San Pietru fin- Nadur u l- istatwa tal- Madonna fic- cimiterju tal- Belt Victoria (1867). Milli

 

jidher Salvu Dimech dejjem baqa' attiv fil- qasam ta' l- iskultura ornamentali. Nota tassew interessasnti fl- istorja ta'

 

Castagna tghidilna li fis- sena 1865 Salvatore Dimech esegwixxa skultura ornamentali u dekorattiva fil- bini tat- Teatro

 

Reale. Il- bini ta' dan it- teatru sar fuq disinn tal- Perit Ingliz Edward Middleton Barry u l- ispiza lahqet ‘il fuq minn

 

£60,000. Il- bini tat- Teatru beda tiela' fl- 1860 filwaqt li l- inawgurazzjoni tieghu saret fid- 9 ta' Ottubru tas- sena 1866 bl-

 

opra I Puritani ta' Vincenzo Bellini. Minn dak li ghedna s' issa nintebhu minnufih li l- hidma skultorja ta' Salvu Dimech

 

kellha funzjoni jew irwol importanti f' bosta grajjiet li sehhew f' pajjizna matul is- seklu Dsatax – hidma li dahlet hekk ‘il

 

gewwa f' dawn l- istess grajjiet li hadd ma jista' jaqlaghha minn hemm! Fil- Mosta nsibu xoghol ta' Dimech fl- injam fl-

 

Oratorju Qalb ta' Gesu, l- istatwa tad- Duluri. Salvu Dimech nafuh bhala skultur fl- injam, qasam li jirrikjedi impenn u hila

 

u ghallinqas tliet darbiet matul il- hajja tieghu kollha ta' skultur, Salvatore Dimech thajjar jahdem xoghol skultorju fl- injam,

 

Din il- hajra twettqet f' realta meta huwa ntghazel biex inaqqax fl- injam il- vara titulari ta' Santa Marija ghall- parrocca tal-

 

Mosta u dik tal- Lunzjata ghall- parrocca ta' Hal Balzan. F' dan il- kuntest jehtieg jinghad minnufih li l- ewwel nofs tas-

 

seklu dsatax kien tabilhaqq il- perjodu tad- deheb tal -woodcarvers Maltin. Qatt qabel f' pajjizna ma kien hawn numru

 

daqshekk sabih ta' skulturi li kienu jghixu fl- istess zmien u li kienu kapaci jnaqqxu fl- injam figuri maestuzi ta' certu livell

 

artistiku. Il- hajra nibtet fih meta hadem il- vara ta' Santa Marija ghall- Bazilika tal-Mosta u dik tal- Lunzjata f' Hal Balzan.

 

It- tnejn tlestew fis- sena 1868. X' aktarx li l- vara ta' Santa Marija kienet l- istatwa li holomha u pprepara ruhu sew

 

ghaliha, aktar milli ghal kull statwa ohra. Wara kollox din kellha tkun il- vara ewlenija tal-parrocca fejn twieled u trabba.

 

Illum din il- vara kif hadimha originarjament Dimech nafuha biss mill- fotografija. Jekk wiehed iqabbilha ma' vari ohra

 

lokali ta' l- Assunta, fiha jispikka l- aktar mod originali li bih l- iskultur esegwixxa l- qaghda tal- mant wiesa' u miftuh tal-

 

Madonna. Din il- vara kellha certi dettalji tassew interessanti u helwin, fosthom il- gest ta' l-anglu f' riglejn il- Madonna, b'

 

idu il- leminija kien qed izomm fuq rasu l- mant tal- Madonna. Filfatt il- vara ta' l- Assunta giet 'irrangata' fl- 1948 taht id-

 

direzzjoni ta' l- iskultur Vincent Apap. L- iskultur Salvu Dimech kien bniedem kbir u maghruf u qieghed fil- periklu li

 

jintesa, ukoll mill- Mostin. Dan ikun ta' ghajb kbir ghalina, aktar u aktar meta wiehed jiftakar li whud mix- xoghlijiet tieghu

 

saru landmarks maghrufa fit- topografija tal- gzejjer Maltin. Hija hasra li x- xoghlijiet ewlenin ta' Salvu Dimech, l- Assunta

 

tal- Mosta, il- Lunzjata ta' Hal Balzan u San Girgor fiz- Zejtun gew mimsusin, mibdulin jew ivvandalizzati u hekk it- timbru

 

tieghu tilef hafna mill- impronta qawwija li kellu l- artist Mosti. Dak li gralu Dimech m' ghandux jirrepeti ruhu fil- gejjieni. 

Xoghlijiet ohra li ma' semmijnix u li hargu minn taht idejn l- istatwarju Mosti Salvu Dimech:

- Il- Vara l- Kbira li tohrog minn Ta' Giezu l- Belt, hi l- unika opra li nsibu tal- Gimgha l- Kbira ta' Salvatore Dimech u li          hadem b' 4 persunaggi fl- 1854. Din kienet hadet post ohra mahduma minn Mastro Saverio Laferla fl- 1741.

 

- In- nicca bl- istatwa tad- Duluri fi Triq il- Bazilika Nru. 56, taf inhadmet abbozz mill- iskultur Mosti Salvatore Dimech          ghal  dik propja imsemmija qabel li hadem fil- kartapesta jew taf din kopja taghha.

- L- istatwa ta' San Tumas fil- kantuniera ta' Villa Gollcher qabel ma saret din il- kopja taghha, bl- original maghduda tas-    Sartx illum tinsab fil- Board Room tal- Kunsill.

- L- istatwa tal- Assunta li kien hemm fuq iz- zuntier l- antik, li spiccat mat- terrapien, darba nbidel iz- zuntier fil- verzjoni      tal- lum fl- 1928.

- L- istatwa l- ohra ta' San Guzepp li kien hemm fuq iz- zuntier l- antik, li wkoll spiccat mat- terrapien, darba nbidel iz-          zuntier fil -verzjoni tal- lum fl- 1928.

- L- Assunta ta' fejn il- knisja ta' Lapsi f' San Giljan, turi xebh kbir mal- vara ta' S. Marija l- antika, hekk li l- kittieb Stanley      Mangion jghid li possibilment hi tieghu. Kif tidher bil pedestal b' kollox Ped1Ped2 u bil- lapida bl- ind. datata 25 ta'        Settembru 1869.

- L- Assunta li hemm fil- pjazza tal- knisja tal- Qrendi li Salvatore Dimech hadmilhom fuq l- istatwa titulari l- antika                taghhom qabel immodifikawha fl- 1911.

 

 L- istatwa ta' Santu Rokku li hemm fil- Kappella ta' Santa Marija ta' Hax- Xluq, is- Siggiewi, taf hi ta' Salvatore Dimech li     jsemmi Castagna.

- L- istatwa ta' San Pawl li nsibu fi Triq it- Torri, Nru. 195, ghanda xebh kbir ma statwa ferm akbar ta' San Pawl f' Hal Lija      li  jinghad hi xoghol Salvatore Dimech u allura din taf hi tieghu wkoll, kopja ta' Gafa tal- Belt.

- L- istatwa ta' San Pawl li hemm mal- faccata tas- City, fi Triq il-Kbira, l- Mosta, li xi darba kien maghruf bhala s- Saint        Peter's and Saint Paul's Pub. L- istatwa simili wkoll ghal dik li s- Sartx taf hadem f' Hal Lija.

- L- istatwa l- ohra mal- faccata tas- City, dik ta' San Pietru, ghandha l- mensola li l- iskultura taghha tixbah sew l-                iskultura mal- faccata tal- imsemmija kappella ta' San Pietru f' Hal Lija.

- L- istatwa tal- Madonna tac- Cintura ta' Triq il- Kurat Bezzina, jinghad li hi xoghol Salvatore Dimech, li kellu r- remissa        fejn jinghad hadem il- vara titulari ta' Santa Marija l -antika ftit 'l boghod.


-  L- istatwa tal- Madonna tal- Karmnu f' kantuniera, Triq it- Torri, ma Triq Tonna, ghandha hafna xebh mal- istatwa tal-           Madona tac- Cintura msemmija qabel din.

- L- istatwa tal- Assunta li tinsab fi Triq il- Kurat Calleja, fiha xebh mal- istatwa titulari ta' Santa Marija kif hadimha s- Sartx    u ghalhekk possibilment din hi xogholu wkoll meta kien ghadu fil- fjur tieghu.

- Hafna mill- iskultura tal- Bazilika tal- Mosta wisq probabli hi xoghlu wkoll, li taf ghamel b' xejn ghal rahal twelidu.

L- informazzjoni rigward Salvatore Dimech mehudha mis- siti: Mostaarchieves u Um.edu.mt.
. 

 

GIOVANNI DARMANIN

(1817 - 1908)

Familja li spikkat fil- holqien tal- vari tal- kartapesta kienet il- familja Darmanin, familja mill- Isla. Guzeppi Damanin waqqaf ditta ta' xoghlijiet tal- irham bl- isem ta' Giuseppe Darmanin e Figli. Horatio Caesar Roger Vella kiteb hekk fl- artiklu tieghu dwar il- Familja Darmanin: "Minn din il- kumpanija, Karlu Darmanin kien l- aktar li hadem u li ismu spikka, u kien ukoll dak li nfluwenza lil hutu u lil neputih, Glormu Darmanin." Wiehed mill- ahwa Darmanin, Ganni, hadem bhala marmista fil- hanut ta' missieru izda halla wkoll numru ta' vari u statwi ghat- tizjin tat- toroq. Meta Guzeppi u Marija (imwielda Cumbo) izzewgu, marru joqoghdu fil-belt Valletta. Waqt li kienu qed jghixu l- belt twieldu tmient' ulied, il- hamsa l- ohra twieldu l- Isla. Ganni kien is- seba wild u naturalment twieled fil- belt Valletta, nhar it- 3 t' April, 1817. Gie mghammed l- ghada fil-

Giovanni Darmanin_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mis- sit: