top of page
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
BORMLA
(KOLLEGGJATA)
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Il- Gimgha Mqaddsa f' Bormla..
L- Altar tar- Repozizzjoni tal- Kolleggjata ta' Bormla huwa l- aktar wiehed sabih w artistiku wara dak tal- Katidral tal- Imdina. Jikkonsisti f' Kappella artistika mahduma fl- injam b' mod tassew sabih bi stil barokk. Kollox huwa ta' l- injam: l- art, it- tarag, il- kolonni, il- hajt u kif ukoll il- koppla - aktarx li saru mill- Bormliz Giuseppe De Giovanni ghall- habta tas- sena 1848. F'
Hamis ix- Xirka dan is- Sepulkru jitqieghed fil- Kappella tas- Sagrament li fiha jiffittja tassew ezatt. Ix- xbiha tal- Missier etern hija ta' Abram Gatt u l- kapsula hija tal- fidda, mahduma mill- argentier Aloisio (Luigi) Dalmas aktarx fis- sena 1804. Fil- gwerra ta' l-
1940 - 1944 garrab xi hsarat u ghal naqra ma giex moghti ghall- hruq lil tal- Victory Kitchen. Sar attentat biex jerga jibda jintrama bejn l- 1970 u l- 1975 imma kienet lahqet saritlu hafna hsara. Fl- 1988, rega' nbeda x- xoghol u gie rrestawrat u rhamat mill- artist Bormliz Carmelo De Lorenzo w grupp sabih ta' voluntieri li b' sagrificcju kbir gabuh isbah milli kien qabel. Tqieghed fih ukoll ventartal tal- fidda ta' l- altar ta' San Gwann, xoghol tad- ditta Antonio Ghezzi ta' Milan, disinn ta' Abram Gatt. Skond taghrif moghti dan l- ahhar, is- Sepulkru ta' Bormla sar ghall- habta tal- 1827, billi ghadd ta' mastrudaxxi w nies tas- snajja Bormlizi kienu talbu biex ikunu jistghu jahdmu fil- Hdud biex jilhqu jlestu s- Sepulkru ghall- Gimgha Mqaddsa. Ghall- ewwel kien hemm il- hsieb li dan jintrama fil- kappellun tal- Kurcifiss. Dan is- Sepulkru baqa dejjem jintrama sal- 1939. Wara rrestawr, nhar id- 29 ta' Marzu tas- sena 1988, saret okkazzjoni specjali ta' inawgurazzjoni wara li ntrama ghal' darb' ohra ghall- funzjonijiet u l- qima tal- Gimgha Mqaddsa.
Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook:
Il- Gimgha Mqaddsa f' Bormla..
L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni ta' Bormla (Kolleggjata) hi mehudha mill- ktieb:
L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex ta' Joseph Grech u mis- sit: Cospicuaparish.org.mt.
BORMLA
KNISJA TAL- PATRIJIET KARMELITANI SKALZI
(SANTA TEREZA)
Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Patri Martin Borg.
Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com
bottom of page