top of page
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
IL- FURJANA
(SAN PUBLJU)
Minn meta nbnew il- Kontra Navi (tlestew fl- 1861), sat- 28 t' April 1942, meta l- Knisja ggarrfet waqt attakk mill- ajru mill- Germanizi fit- Tieni Gwerra Dinjija, l- Altar tar- Repozizzjoni dejjem intrama fil- kappella ddedikata lill- Madonna tas- Sacro Cuor li tigi fuq il- lemin ta' l- altar maggur ( meta nharsu mill- Korsija fid- direzzjoni ta' l- altar maggur). Din il- kappella kienet miksija bl- irham u kont tidhol ghaliha minn kancell ta' l- irham ukoll; dawn intilfu kollha. Il- hitan (mic- cinta 'l fuq) ta' fuq iz- zewg nicec laterali flimkien mas- saqaf kienu w ghadhom (ghax gew irrestawrati wara l- gwerra) iddekorati bi skultura fil- gebla. Minhabba l- hsarat estensivi, minn April 1942 sa Dicembru 1944 il- knisja ta' Sarria hadet ir- rwol ta' Knisja Parrokkjali tal- Furjana. Lejn l- ahhar ta' l- 1944, ghalkemm f' partijiet minnha kienet qedha ssir ir- rikostruzzjoni, il- knisja ta' San Publju regghet bdiet tiffunzjona bhala l- Knisja Parrokkjali tas- subborg. Sakemm issewwew il- hsarat kbar li kien hemm, l- Altar tar- Repozizzjoni kien jintrama fuq l- altar ta' San Pawl, li hija l- ewwel kappella fuq il- lemin x' hin tidhol mill- bieb il- maggur. Meta fl- 1947 inhatt il- hajt li kien jifred iz- zona ta' rikostruzzjoni mill- kumplament tal-
knisja, l- Altar tar- Repozizzjoni rega' sab postu fil- kappella tas- Sacro Cuor. Peress li la t- tarag ta' l- injam u lanqas l- angli ma kienu ghadhom jezistu, l- armar kien jikkonsisti fil- kapsula, gandlieri tal- prima w is- sekonda, terha fuq il- mensula ta' l- altar, tapiti w ventaltar. Fis- snin 70 minflok il- kapsula bdiet tintuza l- 'Girandola' (Gilandra) tal- bellus miksija bl- ornamenti tal- fidda (matul is- sena wiehed jista' jaraha f' nicca fis- sagristija). Din il- Gilandra baqghet tintrama sa l- 1986, meta regghet bdiet tintuza l- kapsula. Id- dehra ta' qabel il- Gwerra regghet bdiet tidher meta fis- snin 90 rega' gie ntrodott it- tarag fl- armar tieghu. Zdiedet ukoll il- parti t' isfel tal- Gilandra tal- bellus, l- istess bicca li meta tintuza fuq l- altar maggur tkun qieghda tghatti t- Tabernaklu. L- armar ta' l- Altar tar- Repozizzjoni sa Hamis ix- Xirka w il- Gimgha l- Kbira ta' l- 2002 kien jikkonsisti minn: erbatax -il bicca damask tal- palma (fil- festa jkunu wara l- konfessjonarji) li, imdendlin fuq lasti jserrhu fuq il- kapitelli joholqu hajt ahmar u jdejqu l- wisa' tal- kappella, sopra porta kompluta bid- dawl, pavaljun u purtiera ghal fuq u wara tal- kapsula, erba' pavaljuni mdommin tnejn tnejn ghall- arkati ta' gewwa w barra, tapiti, 24 gandlier, balavostri tal- kewba bil- hbula ornamentali, erba' angli jzommu brazzi bid- dawl, arrangamenti tal- fjuri w gulbiena. Sa tmien is- snin 80, kienet tradizzjoni antika fil- Furjana li l- Altar tar- Repozizzjoni jizzejjen ukoll bil- bukketti ta' fjuri mpoggijin go tazzi tal- fidda mirbuha mill- Floraina F.C. Minn dakinhar 'il hawn it- tazzi wzati nbidlu ma' dawk tal- Banda Vilhena.
L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni ta' Bormla (Kolleggjata) hi mehudha mill- ktieb:
L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex ta' Joseph Grech.
IL- FURJANA
KNISJA TAL- KAPUCCINI
Ritratti mehudhin mill- pagni ta' Facebook: Friars Minor Capuchin - Floriana u Net News.
Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com
bottom of page