top of page

MELLIEHA

Fis- sena 1964 l- Altar tar- Repozizzjoni li kien jintrama fil- knisja parrokkjali kien jintrama fuq stil tradizzjonali, u dam ghal hafna snin qabel jintrama hekk. L- Altar tar- Repozizzjoni kien jigi armat fil- kappella ta' San Guzepp u dan ghadu jintrama hemm sal- gurnata tal- lum. Din il- kappella kienet tintrama b' damask ahmar li kien jingieb mis- Santwarju. Kien hemm tradizzjoni helwa fuq il- fjuri li kienu jintuzaw ghal dan l- Altar tar- Repozizzjoni fil- Mellieha. It- tfal ta' l- iskola kienu johorgu jhabbtu bieb bieb biex in- nies jaghtuhom xi ftit fjuri jew xi xemgha biex jintuzaw ghal mas- Sepulkru. Il- fjuri li kienu jingabru kienu jigu mzejna mis- sorijiet tal- Qalb ta' Gesu u mis- sagristan. Tradizzjoni ohra li kienet issir fil- Mellieha, u li tkompliet sas- sena 1974 hija li, wara li jghaddi l- hin li kienu jsiru l- visti w jibda jizzarma l- Altar tar- Repozizzjoni, xi ommijiet kienu johorgu jitolbu lis- sagristan biex jaghtihom ftit ward, li kien intuza fl- Altar tar- Repozizzjoni, biex jahslu lit- trabi w lit- tfal bhala devozzjoni kbira. Fis- sena 1967, is- Sepulkru beda jintrama b' dehra gdida. 

Dan beda jkun kompost minn hafna pjanti zghar w arrangamenti ta' fjuri. Dawn il- fjuri bdew jigu ppreparati minn grupp ta' residenti Nglizi li kienu marru joqghodu l- Mellieha, f' Santa Marija Estate, flimkien ma' xi dilettanti Mellihin. Wara li spiccaw dawn ir- residenti Nglizi, beda jigi armat kollhu mis- sur Joseph Vella li kien diga' jaghmel parti minn dak il- grupp ta' qabel. Is- sur Joseph Vella, li kellu esperjenza ta' hafna snin kif ghandu jintrama l- Altar tar- Repozizzjoni, fis- sena 1988 issuggerixxa w hajjar lis- sagristan Christopher Bartolo biex l- arrangamenti tal- fjuri w id- 

dekorazzjonijiet kollha jintramaw minnu. Dan sehh u ghadu jsir sa llum. F' dawn l- ahhar snin l- Altar tar- Repozizzjoni rega' ha dehra gdida billi qieghed jigi dekorat b' dawl verament sabih li jaghti hajja kemm lill- fjuri kif ukoll lill- gebla Mellihija. Dan is- Sepulkru verament jigi apprezzat mill- komunita Mellihija kif ukoll mill- Maltin li jzuru w jaghmlu s- seba visti fil- Mellieha.

L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni tal- Mellieha hi mehudha mill- ktieb: 

 

L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex  ta' Joseph Grech.

MANIKATA

Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Parrocca Manikata.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page