top of page

SAN GILJAN

(PARROCCA)

Il- knisja ewlenija ta' San Giljan sa mindu kienet vici - Parrocca (1849) ta' Birkirkara w minn meta saret Parrocca ghaliha (1891) sa l- 1965, meta mbaghad inbniet il- knisja l- gdida, kellha dejjem l- Altar tar- Repozizzjoni ewlieni. Is- Sepulkru kien dejjem isir fuq wiehed mill- erba' altari tal- korsija. Kollox kien isir skond il- Liturgija ta' qabel il- Koncilju. Wara dik id- data l- Altar tar- Repozizzjoni ewlieni beda jkun dak tal- knisja, u dak ta' Lapsi, ex - parrokkjali, sar wiehed mill- filjali. Biz- zmien zdied dak tal- kuncizzjoni ta' Spinola. Il- Fratellanza tas- Sagrament kienet taghmel is- seba' visti bis- salib, fanali w kotra ta' nies, li jibdew Lapsi w jispiccaw Lapsi, wara li jkunu marru s- Sacred Heart, il- Klarissi, il- Blue Sisters u tal- Karmnu, Balluta li dak iz- zmien kienet ghadda taghmel parti ma' din il- parrocca. Dan kien isir il- Hamis filghaxija. Illum dik il- Fratellanza m' ghadhix issir ghax il- Fratellanza kwazi ma baqghetx tezisti. Illum mill- knisja parrokkjali johrog il- kappillan u l- fidili jduru mal- knisja biss. Bhala tizjin, illum fil- knisja parrokkjali fuq l- altar tal- lemin tintrama l- girandla kbira w 

artistika li qabel kienet tintrama ghal Corpus fil- knisja l- qadima. Mat- tarag jintramaw gandlieri, fjuri w il- famuz inginokkjatur infallibli jew plattin fuq banketta biex fih il- fidili jitfghu l- offerti taghhom. Tizjin iehor fil- knisja huwa bicciet tad- amask u xi angli jew puttini.

Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Parrocca San Giljan.

L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni ta' San Giljan hi mehudha mill- ktieb: 

 

L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex  ta' Joseph Grech.

SAN GILJAN

(KNISJA TA' LAPSI)

Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Parrocca San Giljan.

SAN GILJAN

(KNISJA TAL- BON KUNSILL - PACEVILLE)

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Millennium Chapel.

SAN GILJAN

(KNISJA TA' SANTA RITA - PACEVILLE)

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Millennium Chapel.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page