Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
ZEJTUN
Ma setax jonqos li ż-Żejtun li
jinsab tefgħa ta' Ä¡ebla l’bogħod
mill-Kottonera, jkun l-ewwel
Parroċċa li tiddakkar mit-
tradizzjoni tal- kommemorazzjoni
tal- passjoni ta' Sidna Ä esu'
Kristu u niesu jibdew jorganizzaw
il- purÄ‹issjoni tal- Ä imgħa l-Kbira.
Żgur li sal- 1742, din kienet diġa'
toħroġ mill- Knisja Parrokjali
ddedikata lil Santa Katerina ta'
Lixandra, Verġni u Martri. Bhal
​
kullimkien, il- purcissjoni fil-
​
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- Kbira Zejtun
passat kienet ħafna aktar penitenzjali minn dik li naraw illum. L- ewwel darba li nsibu dokumentar dwar vari fiz- Zejtun
kien ix- xiri tal- Vara l- Kbira mill- Belt fl- 1742 li, giet ritornata ghax miet il- kappillan u l- hlas miftiehem ma sarx. Izda ma
nafu xejn dwar vari ohrajn fiz- Zejtun f' dan l- istess zmien. Il- ftit materjal ezistenti dwar il- vari l- antiki jirreferi ghas-
seklu dsatax izda minnu nisiltu t- taghrif li kien hemm is- sett tradizzjonali ta' tmien vari, u mhux seba' bhalma kitbu x'
uhud u li numru ta' statwi certament kienu ezistenti fis- seklu tmintax. Illum hemm total ta' tnax -il vara li whud minnhom
huma relattivament moderni ghax saru wara l- 1960. Fil- fatt, il- purcisjoni ta' din il- lokalita tat sehem importanti hafna fl-
izvilupp tal- ikonografija tal- vari tal- Passjoni mill- 1960 l' hawn. Sa l-aħħar gwerra, l-uniċi żewġ persunaġġi Bibliċi li
kienu jieħdu sehem kienu Nikodemu u Ä użeppi ta' Arimatea. Ma kull vara kienu jimxu sett ta' fratelli u tfal lebsin iż-
żimarri b'kulur differenti minn dawk ta' vara oħra. Il-fratelli kienu jerfgħu gandilabri sbieħ mixgħula bix-xemgħa waqt li t-
tfal iġorru s-simboli tal-Passjoni. Il-Vara tar-Redentur kienet tiġbed warajha għadd kbir ta' Penitenti b'wicchom
mgħammad ikaxkru l-ktajjen. Kien hemm ukoll it-tradizzjoni li wara l-Monument jimxu żewġt irġiel idoqqu l-vjolini u
jkantaw il-'Miserere'. Mill-1960 'l hawn, il-purċissjoni ħadet spinta kbira l-quddiem u nbiddlet f'pagaent b'numru kbir ta'
persunaġġi Bibliċi, ċenturjuni u suldati Rumani. Żdiet bil-bosta l-armar u t-tiżjin li jintuża waqt il-purċissjoni. Jieħdu
sehem ukoll iż-żewġ baned taż-Żejtun li jdoqqu marċi funebri u jkomplu jżidu l-atmosfera ta' niket f'dan il-jum tant
għażiż għalina l-Kattoliċi. Mhux anqas minn ħames mitt ruħ jieħdu sehem f'din il-purċissjoni. Għalkemm illum il-ġurnata,
iż-Żejtun flimkien ma' Ħal Qormi huwa l-lokal li għandu l-akbar ammont ta' vari b'sett ta' tnax, tajjeb ngħidu li sal-1960,
kont issib it-tmien vari tradizzjonali biss. Minn dak iż-żmien żdiedu l-vari tat-tradiment ta' Ä uda (1961), Pilatu jippreżenta
lil Ä esu' lill-Lhud (1962), il-Vara ta' Kristu mgħejun miÄ‹-ÄŠirinew (1962 u mibdula riÄ‹entement), id-Depożizzjoni (1965) u
Ä esu' mżeblaħ waqt il-flaÄ¡ellazzjoni (1985). Fiż-Å»ejtun insibu forsi aktar minn postijiet oħra taħlita ta' xogħol ta' statwarji
lokali u barranin. Ta' min isemmi wkoll il-bradelli u l-bankuni tal-kewba li fihom xogħol ta' interzjar sabiħ immens u li
jikkumplimenta dan is-sett ta' vari. Fil-kantunieri, il-bradelli jiżżejnu bi brazzi artistiċi tal-metall abjad bi globi ħelwin li
jinxtegħlu bix-xemgħa.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fiz- Zejtun,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fil- 17.30
L- informazzjoni rigward Hal- Qormi mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com
L- ORT
Iz-zewg komponenti ta' din il- vara, Kristu w l- anglu, saru minn artisti differenti w minn materjal differenti. L- istatwa ta' Gesu hi xoghol fil- kartapesta tas- seklu tmintax minn statwarju mhux maghruf. Jinghad li nbidlet erba' darbiet izda kull darba regghu waqghu ghall- ewwel statwa li kellhom li hi uzata prezentament. L- anglu skolpih Xandru Farrugia u jinghad li originarjament kien sar ghall- vara tal- Lunzjata ta' Hal- Tarxien izda ma giex accettat. Jekk dan hu minnu, allura l- anglu sar f' madwar
is-sena 1829. Is- salib li qieghed f' id l- anglu ghandu finimenti tal- fidda.
GUDA
Din il- vara tal- kartapesta hi xoghol ta' Angelo Capoccia minn Lecce, l- Italja. Inhadmet fuq kopja li hemm fl- iScala Santa ta' Ruma. ( ritratt isfel ). Kienet it- tieni vara f' Malta li turi din ix- xena ghax qabilha kien hemm biss il- vara ta' Hal- Qormi.
IL- MARBUT
Din hi rapprezentazzjoni ta' Gesu marbut mal- kolonna, xoghol skolpit fl- injam minn Xandru Farrugia fl- 1839. Titqies bhala l- aktar vara artistika fis- sett taz- Zejtun.
GESU MZEBBLAH
WARA L- FLAGELLAZZJONI
Zewg suldati Rumani jzebilhu lil Gesu wara li nkurunawh bix- xewk. Hu xoghol movimentat li sawwar fil- kartapesta Alfred Camilleri Cauchi fl- 1985 biex ha post vara ta' Kristu solitarju bilqeghda fuq kolonna.
ECCE HOMO
Ponzju Pilatu jidher jirrapprezenta lil Gesu lil- Lhud, xoghol fil- kartapesta li sar fl- 1962 minn Angelo Capoccia minn Lecce, l- Italja. Ta' min isemmi li din kienet l- ewwel darba f' Malta li vara processjonali nkludiet il- figura ta' Pilatu. Inhadmet fuq statwa tal- istess episodju li tinsab ukoll fl- iScala Santa ta' Ruma. ( ritratt isfel ).
IR- REDENTUR
Statwa tal- kartapesta li turi lil Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib li hi attribwita lil Karlu Darmanin ( is- sena mhix maghrufa ). Is- salib fih interzjar fin u sabih fil- kewba flimkien ma finimenti tal- fidda, kollox xoghol ta' Mose' Dalmas. Il- vara li kien hawn qabel jinghad li qieghda f' nicca, fil- Marnisi, fit- triq li taghti miz- Zejtun ghal Marsaxlokk.
XMUN IC- CIRINEW
Vara tal- kartapesta li nhadmet minn Alfred Camilleri Cauchi u zzanznet fl- 2007. Tinkludi hames figuri: Gesu, Xmun ic- Cirinew qed jahkem is- salib b' idejh it- tnejn, uliedu tfal zghar Xandru w Rufu, u centurjun Ruman li qed jaghti l- ordni lil Xmun biex igorr is- salib. Hi statwa artistika mahduma tajjeb hafna teknikament ghalkemm forsi movimentata zzejjed u mhux possibli li wiehed jara l- hames figuri kollha minn quddiem. Is- salib ghandu finimenti tal-fidda. Din il- vara
hadet post ohra li kienet izzanznet fl- 1962 meta l- episodju ta' Xmun ic- Cirinew deher l- ewwel darba fil- purcissjonijiet fil- gzejjer Maltin.
IL- VERONIKA
Din il- vara hi attribwita lil Karlu Darmanin izda xejn mhu maghruf fic- cert. Skont Nazzareno Gauci ( 1927- 1995 ), artigjan miz- Zejtun li kien sawwar pasturi w vari fic-cokon, din il- Veronika saret minn Xandru Farrugia biex tkun il- Lunzjata ta' Hal Tarxien izda ma gietx accettata w spiccat ghand Karlu Darmanin li rrestawraha w tant bidilha li tqieset bhala xoghol tieghu. Jekk din l- istorja hi minnha, bilfors li sar tibdil kbir fl- istatwa tant li tkun kwazi nhadmet mill- gdid.
IL- VARA L- KBIRA
Il- figura ta' Kristu Msallab hi tassew aktar antika mit- tliet figuri tal- Madonna, San Gwann u Marija Maddalena li tlieta huma xoghol fil- kartapesta ta' Giovanni Darmanin fl- 1893. Mahdumin fi stil Purista, dawn it- tliet figuri jharsu b' mod kalm lejn Gesu, mejjet fuq is- salib. Il- Maddalena, ghall- kuntrarju ta' bosta vari ta' din ix- xorta, qieghda fuq il- lemin tas- salib. Tolqtok ukoll il- fatt li tliet ucuh jixxiebhu w dan johloq il- hsieb li l- istatwarju ghamel uzu mill- istess forma biex sawwarhom.
Ma tezisti ebda hjiel dwar min seta' kien l- awtur tal- Kurcifiss li tassew jigbed devozzjoni. Is- salib ghandu l- karta I.N.R.I. w finimenti tal- fidda.
ID- DEPOZIZZJONI
Vara tal- kartapesta mahduma minn Angelo Capoccia f' Lecce, l- Italja fl- 1965. Fiha erba' figuri: Gesu mejjet f' hogor il- Madonna, Nikodemu w Guzeppi d' Arimatea. Is- salib tal- kewba ghandu finimenti tal- fidda. Fl- 2015, din il- vara ghalqet hamsin sena anniversarju minn meta giet inawgurata ghall- ewwel darba fost iz- Zwieten. Ta' min jinnota wkoll li din l- istatwa hija kopja tal-Pieta' ta' Michelangelo li tinsab fil-Bażilika tal-Vatikan.
IL- MONUMENT
Mahdum fil- kartapesta, il- korp ta' Kristu Mejjet hu xoghol Spanjol li ngieb f' data mhix maghrufa filwaqt li l- erba' angli tal- kantuniera ssawru minn Wistin Camilleri u huma wkoll tal- kartapesta. L- urna ndurata saret lejn tmiem is- snin tletin tas- seklu dsatax filwaqt li r- rakkmu tad- deheb hu xoghol is- sorijiet tal- Istitut Gesu Nazzarenu taz- Zejtun. Fis- sena 2023, tlesta r- restawr fuqu w gie inawgurat nhar it- 30 ta' Marzu tal- istess sena. Fis- sena 2018, bdiet l- ewwel fazi tar- restawr fejn gie trasportat ir- rakkmu minn fuq il- bellus l- antik, fuq bellus gdid. Sena wara, fl- 2019, saret it- tieni fażi, dik tal-induratura mill- ġdid taċ-ċelu. Ix- xogħol kollhu sar minn Mario, Ruben u Austin Camilleri Cauchi. Fis- sena 2022, tlestit it- tielet fazi, fejn kienu gew restawrati l- angli tal- Monument.
ID- DULURI
Iz- zewg figuri li fiha din il- vara huma t- tnejn tal- kartapesta izda ssawru minn zewg statwarji differenti: il- Madonna minn artist mhux maghruf f' data li ma nafuhiex, u San Gwann minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 2003. Is- salib tal- kewba ghandu l- iskrizzjoni I.N.R.I. w il- finimenti tal- fidda. Ta' min izid li l- vara mhux dejjem kienet tinkludi l- figura ta' San Gwann. Fis- seklu dsatax kien hemm anglu bil- wieqfa li tnehha ghall- habta tal- 1914 u floku sar anglu gharkoptejh.
Fis- snin tletin tas- seklu ghoxrin dan l- anglu twarrab a favur statwa ta' San Gwann, xoghol ta' Wistin Camilleri. Dan ma ntoghgobx u, sentejn wara, regghu qieghdu l- istess anglu li kien twarrab. Dan baqa' jintuza sal- purcissjoni tal- 2002 biex, sena wara, tqieghdet il- figura ta' San Gwann li hemm illum.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fiz- Zejtun
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- Kbira Zejtun
Din il- vara tradizzjonali ta' Gesu Nkurunat bix- Xewk hi xoghol Wistin Camilleri li ntuzat sal- purcissjoni tal- 1984. Jidher li l- ewwel hsieb kien li tigi rrestawrata w tibqa' tintuza izda d- decizjoni finali kienet li ssir vara gdida. Jinghad li din kienet mill- inqas it- tielet vara ta' dan il- generu fiz- Zejtun.
Ritratt antik hafna ta' wahda mill- vari tal- Ort li kien hemm gewwa z- Zejtun. Jinghad li bhala statwa nbidlet bosta drabi.
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- Kbira Zejtun
Dan huwa xoghol fil- kartapesta msawwar minn Angelo Capoccia f' Lecce, l- Italja fl- 1962. Kienet l- ewwel vara ta' dan l- episodju li qatt dehret fil- purcissjonijiet Maltin. Fiha jidhru Gesu jerfa' s- salib, Xmun ic- Cirinew qed jghinu minn wara, suldat Ruman u manigold. Il- vara bdiet titmermer u tissewwes u ghalhekk kellha tinbidel ma' dik li hemm illum. L- ahhar darba li ntuzat kienet fil- purcissjoni tal- 2006.
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- Kbira Zejtun
Ritratti mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- Kbira Zejtun
Zewg ritratti antiki fejn juru tnejn mill- vari tad- Duluri li kellhom qabel din ricenti gewwa z- Zejtun.
L- urna tal- Monument, ir- rakkmu w kif ukoll l- angli, qabel ma gew irrestawrati. Ix- xoghol kollhu ha diversi snin u tlesta fis- sena 2023.