top of page

IL- VESTWARJU

Haga li saret tradizzjonali f' purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira huwa l- ilbies bibbliku li jilbsu ghadd ta' persuni. Hawn min jahseb li l- kostumi fil- purcissjoni hija haga ricenti ta' dan is- seklu, imma l- fatti mhux hekk. Fil- purcissjoni tal- Belt Valletta sa mill- 1691, insibu li tfal imlibbsa ta' angli kienu jgorru torci f' idejhom jakkumpanjaw il- monument. Anke dawk li

1901151_10153959724370077_1193618932_n_e

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Hbieb tal- Gimgha l- Kbira, Valletta.

jdoqqu w ikantaw kienu jilbsu konfratiji specjali minn tal- bqija. Milli jidher it- tfal libsin ta' angli kienet xi haga regolari w dan nafuh mid- djarju ta l- istudjuz Ignazio Saverio Mifsud li jghidilna li fit- 8 t' April tal- 1762, il- Belt dahlu hafna nies ghax it- temp kien sabih. Dakinhar kien hemm hafna li libsu d' angeli e Veroniche. Fl- 1715 

gie deciz ukoll li jitlibbsu 12 -il tifel bil- kuruna tax- xewk fuq rashom u libsa vjola. Dawn jissemmew biss sal- bidu tas- seklu dsatax fejn wara, posthom haduh it- tfal lebsin iz- zimarri tal- fratellanza. Fl- isla sa nofs is- seklu dsatax kienu diga' jitlibsu tfal bniet u subien, filfatt kull sena kienu jlibbsu tifla ta' San Mikiel u grupp ta' subien ilibbsuhom bil- gild biex jirrafiguraw lil San Gwann il- Battista. Hawn l- ilbies bibbliku kollu jakkumpanja din il- purcissjoni ( li ha spinta mill- 1975 'il quddiem ) minbarra l- kostum ta' pilatu li huwa propjeta tal- Fratellanza tal- Kurcifiss. F' din il- purcissjoni li fiha naraw ukoll xi personaggi nisa jaghtu sehemhom madwar 300 persuna. Imma l- idea ta' personaggi bibblici kif nafuhom illum bdiet fir- Rabat ta' l- Imdina mill- Baruni De Piro Gourgion meta kien inkarigat li jsir il- 

3262_73487560196_674483_n.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:

 

Il- Gimgha Mqaddsa f' Bormla.

vestwarju w mill- purcissjoni Ta' Giezu. L- ewwel personaggi bibblici li dehru f' pajjizna kienu dawk ta' Nikodemu w Guzeppi minn Arimatea. F' din il- purcisjoni minbarra numru ta' tfal lebsin iz-zimarri, nafu wkoll li fl- antik kienu jiehdu sehem ghadd ta' zwiemel bhalma ghadu jsir sal- gurnata tal- lum f' Haz- Zebbug. Illum fil- purcissjoni tar- Rabat jiehdu sehem mal- 550 ruh. Hal- Qormi kompla zviluppa din l- idea billi zied aktar personaggi w introduca s- suldati Rumani fosthom ic- centurju Longinu li kien diga' jezisti sa mill- 1920. Fis- snin tletin dawn il- kostumi nghataw spinta billi ghal- ewwel darba dehru flimkien it- tliet Appostli: Gwanni, Pietru w Gakbu li kienu qrib Gesu, il- grupp tal- Qassisin: Anna w Kajfa, it- tetrarka Erodi Antipas, Ponzju Pilatu w il- Gwardji. Fost l- ilbies li saru fl- ahhar tas- snin erbghin, kien hemm ukoll dik ta' Abraham li saret minn Pawlu Caruana w li baqa' jilbisha sa mewtu. Imma l- akbar zidiet sehhew fi tmiem is- snin hamsin b' numru ta' tableaux fuq stil ta' l- istorja tal- Passjoni kif ukoll ohrajn mit- Testment il- Qadim kif jipprezentawha f' Oberammergau fil- Germanja. Dawn kienu saru fuq inizjattiva ta' l- Arcipriet ta' dak iz- zmien Mons. Gerard Frendo li ta' lil din il- purcissjoni xejra ta' pageant u llum hemm 'l fuq minn 70 persunagg. Filfatt kawza ta' din l- introduzzjoni, biex l- affarijiet jimxu bl- ahjr mod possibli, inhasset il- htiega li f' dan il- lokal titwaqqaf gunta tal- Gimgha l- Kbira maghmula minn lajci w kumitat tal- Gimgha l- Kbira li beda jahdem fuq l- istess linji w ha hsieb ukoll li jirrestawra w jibdel xi vari.

        Personagg ta' tfajla li qed terfa' t- tableaux. 
 
  Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:
 
Ġimgħa Mqaddsa - Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi.

F' Hal Luqa sa qabel it- tieni gwerra dinjija konna nsibu xi personaggi lebsin ilbies bibbliku imma dawn kienu ftit, fosthom insemmu ragel li kien jerfa' salib kbir rustiku tal- kartapesta, maghruf ahjar bhala t- Tronku, tfal bil- fanali, habel u sellum, kif ukoll zewg suldati Rumani li wiehed kellu l- lanza w l- iehor bil- qasba w l- isponza. Dawn kienu jimxu quddiem il- Vara l- Kbira. Fl- istess lokal f' dan il- perjodu konna nsibu wkoll lil Nikodemu u lil Guzeppi d' Arimateja quddiem il- Monument. Il- personaggi ta' Abram w Izakk f' Hal- Luqa ilhom li saru sa mill- 1950 u kienu saru fuq inizjattiva ta' Anthony Spiteri. Imma l- akbar zvilupp sehh fis- snin sebghin fosthom fl- 1974 meta  hadu sehem grupp ta' personaggi Lhud w ohrajn li l- kostumi taghhom inhietu minn Doris Said fosthom Erodi w Ponzju Pilatu. Filwaqt li fl- 1977 izzanznu xi suldati Rumani ohra w Barabba. Kellhom ikunu Haz- Zebbug biex kissru t- tradizzjoni li fil- purcissjoni jilbsu w jiehdu sehem

subien w irgiel biss u f' nofs is- snin tmenin kienu l- pijunieri  ghall- introduzzjoni ta' personaggi nisa w tfal bniet li jgorru s- simboli. Filfatt din l- idea ghenet biex din il- purcissjoni hadet nifs gdid u zviluppat f' daqqa tant li hawn insibu bosta kostumi bibblici li huma unici ghax narawhom biss f' din il- purcissjoni. Minkejja dan ma jkunx sew jekk ma nghidux li fl- 1970 fil- purcissjoni tar- Rabat kienet se tkkummpanja l- ewwel personagg mara f' Malta jigifieri dik bil- kostum ta' Eva, il- libsa nhietet u kollox kien lest imma fl- ahhar granet kien hemm nuqqas ta' qbiel dwarha w minhabba cirkostanzi li nqalghu ma gietx accettata. Illum f' din il- purcissjoni l- mentalita mbiddlet u fiha naraw kemm tfal bniet u kif ukoll personaggi nisa. Fl- 1979 il- Qriema kellhom il- hsieb li jibdew jlibbsu wkoll xi nisa fosthom tal- Maddalena w in- nisa ta' Gerusalem, imma dan ghal xi raguni jew ohra qatt ma sehh. Dwar il- personaggi nisa nghidu wkoll li fl- 1990 f' Hal- Luqa hadu sehem ghall- ewwel darba xi tfajliet li fost l- ilbies li ghamlu nsemmu dawk tal- personaggi Ester, Guditta, il- Madonna, il- Maddalena, il- Veronika, Salome' w in- nisa ta' Gerusalemm. Xi haga simili saret fl- Isla u fiz- Zejtun fejn konna nsibu madwar tliet kostumi ta' nisa Rumani fosthom Klawdja.

29432185_416637965416446_196650895180562
nisa zebbug.jpg

        Il- personagg ta' mara libsa lbies Egizzjan fil- purcissjoni ta' Haz- Zebbug. Ritratt mehud mill- pagna ta'

 

          Facebook: 12th May Band & Social Club.

L- origini ta' l- ilbies bibbliku f' Haz- Zebbug huwa ricenti tant li saru wara l- festi tal- Gimgha l- Kbira ta' l- 1972. Huwa nteressanti li fl- izvilupp tal- purcissjonijiet tal- Gimgha l- Kbira f' Malta w Ghawdex fosthom l- izvilupp tal- vestwarju bibbliku, is- Socjetajiet Muzikali dejjem taw kontribut siwi. F' Haz- Zebbug f' dan l- aspett, l- akbar kontribut tah il- Kazin tal- Banda 12th May. Dan ghaliex l- idea li jsiru dawn l- ilbiesi harget minn dan il- kazin u mill- membri dilettanti ta' din il- purcissjoni li minn dejjem kien frekwentat minnhom. Grupp ta' dilettanti li kienu jiltaqghu f' dan il- kazin immexxijin minn Joe Micallef (Zelleg) li kien Vici President u Filippa Attard (Pina ta' Cinkwini) li kienet l- ewwel presidenta tas- sezzjoni Nisa ta' l- istess socjeta, - sfortunatament hallitna fis- sena 2014 - wara l- Gimgha l- Kbira ta' l- 1972 raw u ftehmu li kien hemm bzonn issir xi haga biex din il- purcissjoni terga' tinghata ftit tal- hajja ghax kienet ghodda mietetu spicat ghal kollox. Ghalhekk ftehmu li ghandhom jahmlu xi lbiesi ta' suldati Rumani, personaggi bibblici w centurjun. Il- prokuratur tal- Gimgha l- Kbira ta' dak iz- zmien Dun Salvin Micallef laqa' l- proposta b' ferh kbir u l- hwejjeg mill- ewwel bdew jigu mehjutin. Dan l- istess qassis meta lahaq Arcipriet tan- Naxxar kompla jheggeg lin- Naxxarin biex isahhu din l- idea li kien beda fin- Naxxar Dun Karm Catania fl- 1973 u li fi zmien sentejn kienu saru madwar 80 kostum. Skond Rev. Catania l- ewwel nies li akkumpanjaw il- purcissjoni b' ilbies bibbliku kienu xi dilettanti tal- palk minn Birkirkara li marru n- Naxxar bil- kostumi ta' dramm tal- Passjoni. Mis- sena ta' wara n- Naxxarin bdew jizviluppaw din l- idea sabiha li ghaniet il- purcissjoni. Dawn komplew jizdiedu tant li n- numru ta' persuni li jaghtu sehemhom fin- Naxxar jaqbzu sew l- 400 persuna.

F' Haz- Zebbug l- entuzjazmu li gabet din l- idea kien kbir u ghalhekk Filippa Attard hadet hsieb thit il- kostumi bibblici. Anke in- nies li kienu libsu fl- ewwel purcissjoni kollha kienu membri ta' dan il- kazin u xi whud minnhom baqghu fil- Kumitat. Fost dawn insemmu lil Joseph Micallef (Zelleg) li libes ta' Centurjun, ibnu Joe Micallef, Karmenu Gauci, Gaetan Agius (Maksar), Pawlu Caruana, Ninu Farrugia (Gomu), Alfred Caruana (Cpajpu) u Anglu Bartolo li kollha libsu ta' suldati Rumani. Kien hemm ukoll zewgt itfal igorru muniti bl- insinji ta' Cesare w Ruma li kienu Philip Attard u Philip Attard Cutajar (it- tnejn minn tal- familja ta' Cinkwini) filwaqt li bhala personaggi bibblici libsu Ronald Saliba, Toni Coleiro, Anthony Farrugia (il- Labone) u John Zammit (ta' Guwa li huwa maghruf ahjar bhala l- bobby). Il- qassis Zebbugi, Dun Anton Galea li kien fost l- aktar sacerdoti li kellhom ghal qalbhom il- Gimgha l- Kbira, kien dam biex jaccetta l- idea li fil- purcissjoni ta' Haz- Zebbug

11060887_1624127587831655_18424585552671

 Personagg ta' mara li qed tirraprezenta l- figura ta' Salome,
 
bir- ras ta' Gwanni l- Battista fuq platt fil- purcissjoni tan- Naxxar.
 
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Joseph Pullicino.

isir l- ilbies bibbliku, imma meta twettqet din tant ghogbitu li beka bil- ferh u rringrazzja lil kulhadd. L- ewwel purcissjoni bil- vestwarju kienet dik ta' l- 1973 u dawn thallsu mill- individwi. Iz- Zebbugin tant hadu gost bihom li maz- zmien komplew jizdiedu, tant li llum in- numru ta' nies li jiehdu sehem fil- purcissjoni jaqbez is- 750 persuna. F' dak iz- zmien ukoll flimkien mal- Arcipriet Mons. Lawrenz Cachia inghatat ukoll spinta lic- celebrazzjoni tal- Via Sagra li bdiet issir bil- vucijiet u strumenti muzikali mmexxija mis- Surmast Direttur ta' l- istess Socjeta' Amante Attard, illum mejjet. F' din il- purcissjoni naraw ukoll grupp ta' suldati Rumani fuq iz- zwiemel. Dawn huma unici ghal Malta w ricenti ghal din il- Belt ghax hargu ghall- ewwel darba fil- purcissjoni tal- 1992, fl- okkazzjoni tal- 250 sena minn meta saru l- ewwel statwi tal- Passjoni. Fl- istess sena zzanzan ukoll il- karru trijonfali Ruman li hu migbud minn zewgt izwiemel u s- sena ta' wara regghu zdiedu xi zwiemel bil- gwardji Rumani fuqhom biex illum f' din il- purcissjoni johorgu madwar sitt zwiemel li kollha jakkumpanjaw il- parata tas- suldati qabel il- purcissjoni li bdiet issir f' din il- Belt u xi bliet u rhula ohra nfluwenzaw ruhhom u ppruvaw jaghmlu xi haga simili, ghalkemm m' ghandhomx il- kobor ta' din il- parata. Dan ghaliex hawn ukoll insibu numru mdaqqas ta' suldati li jaqbez il- 100 persuna. Illum il- purcissjoni ta' Haz- Zebbug hija fost l- itwal wahda ta' pajjizna.

Gimgha-l-Kbira-9.jpg

 Personagg ta' ragel li qed jirraprezenta l- figura ta' Kajfa,
 
 fil- purcissjoni tal- Mosta.
 
Ritratt mehud mis- sit: MostaChurch.Com.

F' Bormla t- tradizzjoni ta' l- ilbies bibbliku bdiet tikber fl- 1969 meta quddiem il- personaggi bdew jimxu wkoll tfal igorru tabelli bi kwotazzjonijiet bibblici. Illum gewwa din il- Belt insibu fost l- isbah vestwarju fejn jidhlu l- personaggi. Il- Mosta wkoll intlaqtet minn dan l- izvilupp tant li fl- 1970 saru l- kostumi bibblici. Fil- 15 ta' April ta' l- 1975 twaqqfet Kummissjoni tal- Gimgha l- Kbira tal- Bazilika tal- Mosta li fost id- decizzjonijiet li hadet intlahaq ftehim li kull vara jkollha delegat biex jiehu hsiebha w jaghmlu laqgha generali ghal dawk involuti. Ghalkemm fil- purcissjoni ta' San Gorg Ghawdex kien hemm habta ma narawx kostumi bibblici ghajr il- Kavallieri tal- Monument u tfal igorru simboli w skrizzjonijiet, ma jkunx sew jekk ma nghidux li darba kien hemm tentativ li jsir xi haga. Dan ghaliex fil- purcissjoni ta' San Gorg ta' l- 1965 kienu dehru xi kostumi ta' suldati Rumani, imma din l- idea donnha ma tantx qabdet art u meta fl- 1976 regghet bdiet

issir il- purcissjoni dawn ma dehrux. F' din is- sena saru bosta affarijiet godda fosthom zimarri godda w simboli li saru fuq disinn ta' Toni Saliba maghruf bhala Ta' Komu. Sadanittant fil- purcissjoni li bdiet tohrog mill- Katidral fl- 1968, rajna l- introduzzjoni tal- kostumi bibblici li baqghu jakkumpanjaw sal- gurnata tal- lum. Dawn saru ghall- ewwel darba fil- purcissjoni li harget nhar it- 30 ta' Marzu (Hadd il- Palm) 1969 meta akkumpanjaw ghall- ewwel darba 14 -il suldat Ruman, is- Sultan David, 13 -il Kavallier tal- Monument w erba suldati Lhud jerfghu muniti Rumani. Fin- Nadur fl- 1976 saru 13 -il libsa ta' suldati Rumani li nhadmu mill- ahwa Aquilina ta' Hal- Qormi w swew Lm 899. Il- hjata taghhom saret minn Pawla Azzopardi filwaqt li l- gilda w is- sandlijiet tagghom saru minn Ruben Sammut. Minn dak inhar\ il quddiem saru diversi personaggi ohra kif ukoll centurjun fuq ziemel. Fix- Xaghra, Ghawdex ukoll insibu vestwarju bibbliku mill- isbah. Dawn 

29216821_2049716798574570_18355727927089

        Xi whud mill-personaggi li johorgu fil- purcissjoni tax- Xaghra, Ghawdex. Ritratt mehud mill- pagna ta'

 

          Facebook: Purcissjoni Gimgha Kbira Xaghra.

saru ghall- ewwel darba fl- 1962 fuq inizjattiva ta'  Mikiel Ang Attard bil- permess ta' l- Arcipriet Cauchi. Attard beda jigbor xi fondi biex isir il- vestwarju tal- personaggi w is- sena ta' wara saru wkoll il- bandalori tas- seba' kelmiet u fl- 1965 dehru l- Kavallieri tal- Monument. Is- sena ta' 

wara fuq inizjattiva tas- Sagristan Fortun Theuma w il- Kanonku Karist Sultana flimkien ma Mikiel Ang Attard zdiedu aktar personaggi biex b' hekk illum bejn reffiegha tfal u personaggi fil- purcissjoni tax- Xaghra jiehdu sehem madwar 320 persuna w hawn ukoll insibu xi suldati Rumani fuq iz- zwiemel. F' Haz- Zebbug, Hal- Qormi w iz- Zejtun jispikkaw l- ghadd kbir ta' Kostumi ta' suldati Rumani w Lhud li fihom jispikkaw l- aktar ix- xoghol fin, dettaljat u delikat fil- mantell. Illum f' dawn il- purcissjonijiet tal- Passjoni li jsiru f' Malta w Ghawdex, bir- reffiegha, baned u personaggi bibblici jiehdu sehem aktar minn 10,500 persuna.

L- informazzjoni rigward il- vestwarju hija mehuda mill- ktieb: Il- Gimgha l- Kbira f' Malta ta' Brian Bonnici

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page