top of page

IL- VARI TAL- IRXOXT

Qabel ma nibdew nitkellmu dwar il- vari ta' Kristu Rxoxt li ghandna fil- Gzejjer taghna, tajjeb li wiehed l- ewwel jaghti harsa lejn il- purcissjonijiet - kif originaw, il- girjiet, il- muzika - li jsiru nhar Hadd il- Ghid. Fl- ewwel ittra tieghu lill- Korintin, San Pawl kiteb li "Kieku Kristu ma kienx imqajjem mill- imwiet, fiergha hi l- predikazzjoni taghna, u fiergha wkoll il- fidi taghkom", u kompla jghid li " kieku Kristu ma kienx imqajjem, fiergha l- fidi taghkom, u intom ghadkom fi dnubietkom." Il- Gimgha Mqaddsa

tilhaq il- qofol taghha nhar 

il- Kbir meta qawmien mill- mewt ta' Gesu li, bhalma spjega tant tajjeb San

Hadd il- Ghid 

San Pawl, hu l-

perm tat- twemmin taghna l- Insara. Hu l- qawmien ta' Gesu mill- mewt li jaghti sens lil dak li sehh nhar il- Gimgha l- Kbira u jidhrilna bl- ikbar sincerita' li, minhabba f' hekk, f' kull lokalita' fejn tigi organizzata purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira ghandu jinhass l- obbligu li ssir ukoll purcissjoni ta' Kristu Rxoxt. In- numru ta' purcissjonijiet - uhud minnhom fil- forma ta' pageant - ta' Kristu Rxoxt illum kiber hafna w jinsab mifrux mal- gzejjer Maltin. Izda dan mhux minn dejjem kien il- kaz, ghalkemm xi forma ta' celebrazzjoni esterna, jigifieri barra mill- konfini tal- bini tal- knejjes, jidher li kienet diga prezenti mijiet ta' snin ilu.

L- EWWEL REFERENZI

Wahda mill- eqdem referenzi li nsibu tmur lura aktar minn erba' sekli, ezattament ghas- sena 1575 fil- Vista Appostolika ta' Monsinjur Pietru Dusina li, ghalkemm ma hallilniex stampa cara, xorta wahda tana xi taghrif. Jidher li kien hemm l- uzanza li jitbierku l- bajd tal- Ghid fl- irhula filwaqt li fil- Gudja kienu jitbierku t- tfal tal- lokal. Fi zminijietna, f' diversi lokalitajiet issa dahlet drawwa sabiha hafna: li f' nofs il- purcissjoni jsir it- tberik tal- figolli tat- tfal li huma wkoll imheggin biex ikollhom figolla fil- forma tal- haruf tal- Ghid. Madwar 85 sena wara, fl- 1659, sehh il- bidu tal- unika Fratellanza ta' Kristu Rxoxt li hawn fil- gzejjer Maltin. Din twaqqfet fil- knisja tal- Griegi fil- Belt Valletta bhala Sodalita' tal- Irxoxt permezz ta' Bolla Papali datata 1 t' April 1659 mahruga mill- Papa Alessandru VII li, bhala Fabio Chigi, bejn l- 1634 u l- 1639 kien qeda d- dmirijiet ta' Inkwizitur f' Malta. Nhar il- 5 ta' Gunju 1892, il- membri nghataw il- permess li jilbsu l- kunfratija bajda, kurdun ahmar u medalja tal- Irxoxt biex b' hekk is- Sodalita' saret konfraternita'. Fl- 1934, din l- ghaqda biddlet is- sede taghha li allura issa saret il- knisja tal- Gizwiti, dejjem fil- Belt Valletta.

L- EQDEM PURCISSJONI

Pittura ta' Gerolamo Gianni li turi l- purcissjoni ta' Kristu Rxoxt fil- Belt

 

Valletta fl- 1877. Wiehed malajr jinnota  l- prezenza tal- kleru tar- rit Grieg

 

fil- purcissjoni. Ritratt mehud mill- ktieb: Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa

 

Fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Fil- knisja ta' San Frangisk tal- Belt Valletta, il- patrijiet Frangiskani Konventwali ghandhom statwa sabiha hafna ta' Kristu Rxoxt, skolpita fl- injam minn skultur anonimu f' Ruma, li kienet waslet Malta fl- 1698 u hadet post statwi precedenti li l- ewwel wahda fosthom kienet saret mill- kartun u l- injam fl- 1640. L- istatwa w il- purcissjoni kienu  jiehdu hsiebhom il- Fratellanza tal- Immakulata Kuncizzjoni w jidher li l- purcissjoni baqghet issir sa madwar is- sena 1830 meta, ghal raguni mhux maghrufa, ma hargitx izjed. Din l- istatwa, li hi ftit izghar minn tul ta' bniedem normali (life-size), ghadha titntrama fuq l- artal maggur nhar Sibt il- Ghid u tibqa hemm matul l- ottava tal- Ghid il- Kbir. L- eqdem referenza maghrufa dwar purcissjoni ezistenti ta' Kristu Rxoxt tehodna lura ghall- 1714 fejn insibuha dokumentata fl- Isla ghalkemm dan ma jfissirx li ma setax kien hawn purcissjoni jew purcissjonijiet ohrajn eqdem minnha. Fatt mhux tas- soltu dwar il- purcissjonijiet tal- Gimgha Mqaddsa fl- Isla hu li, filwaqt li l- 

purcissjonijiet tal- Gimgha Mqaddsa fl- Isla hu li, filwaqt li l- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira kienet tiehu hsiebha l- Fratellanza tal- Kurcifiss, dik tal- Irxoxt kienet f' idejn il- Fratellanza tal- Immakulata Kuncizzjoni, almenu mit- 30 ta' Novembru 1749 'il quddiem. Hawn naraw xebh mal- organizzazzjoni tal- purcissjoni tal- Irxoxt mill- Knisja ta' San Frangisk tal- Belt li diga semmejnieha. Fl- istess kuntest inzidu li, fid- 29 ta' Marzu 1777, sar kuntratt quddiem in- Nutar Guzeppi Bonnici dwar dijadema tal- fidda li z- zewg benefatturi taghha riedu li tintuza kemm ghall- istatwa ta' Kristu Mejjet (tal- Monument) kif ukoll ghall- vara ta' Kristu Rxoxt. Incidentalment, dan l- istess arrangament ghadu jsir ukoll fil- parrocca Qormija ta' San Gorg. Dwar liema hi l- eqdem purcissjoni, jinghad ukoll li l- ewwel wahda kienet tal- Belt Valletta li bdiet issir meta l- parrocca tal- Griegi telqet mill- Birgu u giet trasferita ghall- Belt lejn l- ahhar snin tas- seklu sittax. Hi sfortuna li m' hemmx dokumentazzjoni biex tikkorrobora dan l- ghidut minhabba l- fatt li diversi kitbiet inqerdu fit- Tieni Gwerra Dinjija meta l- knisja tal- Griegi ntlaqtet bil- bombi. Tradizzjonalment jinghad li l- istatwa tal- Irxoxt fil- Belt Valletta - li hi tal- injam - hi stil Melchiore Gafa' w allura hemm min isostni li din hi ndikazzjoni li l- purcissjoni tmur lura lejn is- seklu sbatax izda, bhalma diga ghedna, m' hemm xejn dokumentat. Hu fatt li, sas- seklu ghoxrin, il- purcissjoni tal- Belt kienet tohrog mill- knisja Kattolika tar- rit Grieg izda , meta fl- 1934 il- Fratellanza tal- Irxoxt biddlet is- sede taghha mill- knisja tal- Griegi ghal dik tal- Gizwiti, bhalma diga ghedna, allura l- purcissjoni tal- Irxoxt bdiet tohrog minn din il- knisja.

 PURCISSJONIJIET OHRAJN

Fl- 1741, Celestino Sacco importa - permezz tal- Kaptan Andrea Scarinu - statwa tal- injam (x' aktarx xoghol ta' skultur Spanjol izda li baqa' anonimu) minn Napli ghal Bormla filwaqt li hemm dokumentata statwa tal- Irxoxt fin- Naxxar fis- sena 1764. Il- Birgu ghandu tradizzjoni antika tal- purcissjoni tal- Irxoxt li tmur lura bosta snin qabel l- Isqof Labini kien ordna fl- 1782 biex ma tibqax tohrog aktar fis- 2.00 ta' filghodu w gieli aktar kmieni wkoll, anki f' nofs il- lejl. Il- parrocca San Gorg f' Hal- Qormi tippossedi statwa processjonali li tghodd 'il fuq min 220 sena (mhux iz- zewg suldati, ghax dawn saru fl- 1891) filwaqt li fir- Rabat (Malta) fl- 1771 bdew purcissjoni f' Hadd il- Ghid bis- Santissimu Sagrament taht baldakkin. Xi zmien

wara, bdew 

xoghol Wistin 

hemm ukoll 

manifestazzjoni 

bdiet tinhareg 

Psaila skolpa fl-

post statwa 

ghoxrin ra zieda

bhalma sejrin 

zdiedu dawn il- 

Bastjan) fl- 

1973, il- Mosta fl- 1982, iz- 

u giet esposta 

Zieda qawwija 

joni li kienet ilha

Il- vara ta' Kristu Rxoxt ta' Bormla kienet importata minn Napli fl- 1746.

 

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt Ta' Bormla.

Xaghra fl- 1977, in- Nadur fl- 1984, iz- Zebbug fl- 1989, il- Qala fl- 1995, il- Fontana fl- 1997 u x- Xewkija f' Gunju tal- 2008 izda li zzanznet fl- 2009. Hemm statwi w purcissjonijiet ukoll f' Kercem u fl- Gharb filwaqt li fl- 2003 mill- Katidral bdiet tohrog vara kkumpanjata mill- banda izda f'demostrazzjoni, mhux purcissjoni formali. F' Malta jezistu wkoll tliet vari ohrajn

- f' San Giljan, f' 

- li huma propjeta ta' 

johorguhom f' 

akkumpanjati bil- 

m' humiex purcissjoni 

lura f' xi knisja billi 

ghalihom il- permessi 

awtoritajiet ekklezjasti-

ta' San Pawl il- Bahar 

tal- Irxoxt mill- 2004 u

zmien l- Ghid il- Kbir. 

istess kienu ghamlu d-

Banda San Gabriel ta' 

dawn inzidu statwa tal-

L- istatwa ta' Kristu Rxoxt ta' Hal- Qormi (Parrocca San Gorg) hi xoghol

 

tas- seklu tmintax. Ritratt mehud mill- website: AniciBandClub.Org

Birkirkara u fil- Kalkara

kazini tal- baned li 

manifestazzjonijiet 

muzika ferrihija izda li 

li johorgu minn u jidhlu

hemm neqsin 

mehtiega mill- 

ci. Il- kazin tal- banda 

ilu jippossedi statwa 

jesponiha fil- kazin fi

Tliet snin qabel, l-  

dirigenti tal- kazin tal- Hal- Balzan u ma' 

irxoxt fil- Hamrun fl-

istess sena, propjeta tal- Kazin Banda San Gejtanu. Hemm ukoll vari ta' Kristu Rxoxt fil- Knisja Parrokkjali tas- SS. Trinita' tal- Marsa w fil- Knisja tal- Madonna tal- Karmnu fil- belt Valletta li ma jinhargux mill- knejjes rispettivi la f' purcissjoni w lanqas f' xi tip iehor ta' manifestazzjoni.

MUZIKA FIL- PURCISSJONIJIET

Ma nimmaginawx purcissjoni tal- Irxoxt minghajr muzika ferrihija takkumpanja l- vara izda hawnhekk malajr tigina f' mohhna l- mistoqsija, "Kemm ilhom il- baned idoqqu f' dawn il- manifestazzjonijiet religjuzi"? Certament mhux qabel ma twaqqfu l- kazini formalment, u l- eqdem fosthom ma rawx il- bidu taghhom qabel l- ewwel snin tat- tieni nofs tas- seklu 19. Izda qabel it- twaqqif tal- baned diga' kien hemm ukoll xi daqq ta' muzika bhalma hu ndikat b' mod pjuttost car fl- arkivji tal- parrocca tan- Naxxar fejn hemm referenza tas- sena 1770 dwar hlas ta' 30 skud ghall- muzika di Pasqua Grande li kienet tinkludi l- purcissjoni tal- Irxoxt li diga' rajnieha dokumentata ezistenti fin- Naxxar fl- 1764.

Din il- pittura ta' Edward Caruana Dingli tal- purcissjoni tal-

 

Irxoxt tal- Belt Valletta turi l- ferh tal- Ghid il- Kbir personifikat fil-

 

bixra tan- nies u fid- daqq ta' banda ferrihija. Ritratt mehud mill-

 

website: PressReader.Com

Fl- 1804, fil- purcissjoni tal- Birgu hadu sehem zewg baned li baqghu dehlin idoqqu mal- vara fil- knisja. Hawnhekk inzidu li dawn il- "baned" kienu jkunu maghmulin minn ghadd mhux kbir ta' muzicisti w allura m' ghandhomx jitqiesu bhala baned fis- sens modern b' numru kbir ta' bandisti. Fl- 1879, l- Isqof Monsinjur Carmelo Scicluna kien ipprojbixxa l- partecipazzjoni tal- baned fil- purcissjonijiet tal- Gimgha l- Kbira izda ma jidhirx li din il- projbizzjoni kienet estiza wkoll ghall- festa tal- Irxoxt. Dan ma jfissrix li kull purcissjoni kienet tkun akkumpanjata minn xi banda tant li, biex niehdu ezempju, il- purcissjoni ta' Hal- Qormi ma bdietx tinkludi banda qabel l- 1895 meta bdiet iddoqq il- banda gdida ta' San Gorg Martri (li kienet twaqqfet fl- 1893) avolja fir- rahal kien hemm banda eqdem, il- Banda Pinto, li kienet ilha mwaqqfa mill- 1862. Il- baned kienu jdoqqu marci brijuzi izda, maz- zmien izzanznu settijiet ta' Valzi tal- Ghid il- Kbir miktubin ghall- okkazjoni, bhalma ghamlu l- Banda San Lawrenz tal- Birgu, it- tliet baned ta' Hal- Qormi (it- tnejn li semmejna w il- Banda Anici) u, dan l- ahhar, il- Banda 12th May ta' Haz- Zebbug. Madankollu,

diversi lokalitajiet baqghu jdoqqu marci brijuzi biss ghalkemm il- Banda Isouard tal- Mosta ddoqq tahlita ta' marci w valzi.

Il- Banda San Gorg Martri takkompanja l- vara ta' Kristu Rxoxt f' Hal- Qormi

 

nhar Hadd il- Ghid. Is- sett ta' seba' valzi tal- Ghid ta' din il- banda huma

 

kompozizzjonijiet tas- surmast Nikola Montebello bejn l- 1920 u l- 1924. Ritratt

 

mehud mill- pagna ta'Facebook: Ghaqda Muzikali San Gorg Martri AD. 1893

Bandisti tal- Banda San Gorg ta' Bormla takkompanja l- vara ta'

 

Kristu Rxoxt tal- lokal. Ritratt mehud mill- pagna ta'

 

Facebook: Kazin Banda San Gorg Bormla AD. 1862

IL- GIRJIET BL- ISTATWA

Il- purcissjonijiet huma karatterizzati mill- ferh li naraw imfisser fil- girjiet li jsiru bil- vara, u dan b' kuntrast qawwi mal- pass solenni tal- Gimgha l- Kbira. Il- girjiet huma ta' zewg tipi: fuq l- ispalla jew fuq l- idejn. Fil- Birgu w f' Bormla juzaw bsaten itwal mis- soltu fil- bradella li jkollha wkoll habbatiet fil- gnub. Isir hekk biex inkun zgurat li jkun hemm numru kbir ta' rgiel li jidhlu ghall- girjiet li jkunu tassew harbiet fil- veru sens tal- kelma. Wara kull girja normalment jghollu l- vara 'l fuq, l- aktar fil- Kottonera. Kultant jinqala xi ncident bhalma gara fl- Isla nhar l- Ghid il- Kbir tal- 1879 li kien celebrat fit- 13 t' April. Waqghu bil- vara (jew habtu mal- kolonna tal- istatwa tal- Madonna tan- Nofs - imsejha hekk ghax dak iz- zmien kienet f' nofs it- triq principali tal- Isla) u l- istatwa garrbet hsarat kbar. Ghal disghin sena shah, il- purcissjoni ma saritx ghalkemm regghet bdiet issir mill- Ghid tal- 1969 (fis- 6 t' April) 'il hawn. Fl- 2008 ghal daqsxejn ma regghux waqghu bl- istatwa izda, b' xi mod, irnexxilhom jevitaw il- gwaj. Fil- Belt ukoll waqghu bil- vara fl- 1998 w il- vara htigilha xi restawr minhabba xi hsarat li garrbet. Fix- Xaghra  t' Ghawdex, daz- zmien qed jigru bil- vara fuq qafas bir- roti biex jizguraw li ma ssirx hsara.

Fl- imghoddi l- liturgija tal- knisja kienet kemxejn differenti w nhar Sibt il- Ghid - l- ghada tal- Gimgha l- Kbira - filghodu kienet tindaqq il- Glorja bil- qniepen tal- knejjes. Interessanti li wiehed jiftakar li fil- Birgu tal- imghoddi dakinhar kienu johorgu mad- daqq tal- Glorja jdoqqu t- tambur mat- toroq. Kienu jingabru tfal minn kullimkien u jduru mat- tambur u jkantaw:

             "Tom, Tirli tom, tirli tiera

           Kristu Rxoxt bil- bandiera!

            Ghax tal- Birgu geru bih

            U haddiehor waqa bih!"

Wahda mill- girjiet bil- vara tal- Irxoxt ta' Bormla. Ritratt mehud

 

mill- pagna ta'Facebook: L-Irxoxt u Festi Ohra

Ovvjament kienu jkantaw din it- taqbila biex jghaddu z- zmien b' tal- Isla ghalkemm hawn min jiftakar li f' Hal- Qormi t- tfal ukoll kienu jkantaw xi haga simili:

                                                                           "Tirli tom, tirli tom, tirli tiera,

                                                               Kristu Rxoxt, Kristu Rxoxt, tella' l- bandiera!"

Varjazzjoni ohra, probabbli rizultat tal- piki bejn xi baned, hi din:

                                                                               "Tam, tilli tom tilitiera,

                                                                            Kristu Rxoxt bil- bandiera.

                                                                             Kemm hu abjad u sabih

                                                                               Tal- Istilla hargu bih."

F' Hal- Qormi wkoll, sal- bidu tal- hames decennju tas- seklu ghoxrin kien hemm l- uzanza li nhar Sibt il- Ghid filghodu, mad- daqq tal- Glorja, numru ta' rgiel u zghazagh kienu johorgu jduru, kultant jigru, bil- vara tal- Irxoxt diversi toroq tar- rahal. Mhux l- ewwel darba li ghal daqsxejn ma waqghux bl- istatwa. Forsi wiehed jistaqsi kif originaw dawn il- girjiet. 

Spjega li ma tantx 

fl- ewwel decennji tas-

Gvernatur Ingliz Sir

illimita l- hin tal- 

jimponi multi fuq min 

suppost. Allura f'

kienu jigru bl- istatwa

jghadduha min- numru

naha l- ohra hemm

aktarx kienu diga' jsiru

Dan niddeducuh mill- 

tmur lura ghall- ewwel 

Girja ghat- telgha bil- vara tal- Irxoxt. Ritratt mehud

 

mill- pagna ta'Facebook: L-Irxoxt u Festi Ohra

tidher konvincenti hi li,

seklu dsatax, il- 

Thomas Maitland kien

purcissjonijiet u kien

kien idum aktar milli

partijiet tal- purcissjoni

biex fil- hin limitat

kbir ta' toroq. Min-

evidenza li l- girjiet x'

qabel il- hakma Ngliza

fatt li l- vara tal- Isla, li

nofs tas- seklu tmintax,

kien issawret nofsha tal- injam u nofsha tal- kartapesta appositament biex tiflah ghall- iskossi tal- girjiet u fl- istess hin ma tkunx tqila zzejjed. Din hi ndikazzjoni qawwija li kienet issir xi tip ta' girja (jew girjiet) waqt il- purcissjoni. Kien hemm zmien pjuttost qasir meta l- girjiet bl- istatwa, kemm ta' Sibt il- Ghid kif ukoll tal- purcissjoni ta' Hadd il- Ghid, kienu pprojbiti mill- knisja. Anzi fil- Birgu, il- banda kienet takkumpanja wkoll nhar Sibt il- Ghid, maghruf bhala Sibt il- Glorja. Fl- 1935, kien inzamm Koncilju Regjonali Malti taht il- presidenza tal- Kardinal Lepicier u, b' sehh mid- 19 ta' Lulju 1936, gew in vigore xi tibdiliet dwar il- purcissjonijiet fosthom li dik ta' Sibt il- Glorja ma setghetx issir izjed u li ma setghux isiru tigrijiet bil- vara fil- purcissjonijiet tal- Ghid il- Kbir. Allura, ghal ftit snin, il- girjiet twaqqfu u fit- Tieni Gwerra Dinjija ma sarux purcissjonijiet. Izda wara li spiccat il- gwerra w il- purcissjonijiet regghu rritornaw ghan- normal, kien hemm xewqa li terga tidhol id- drawwa li n- nies jigru bil- vara. Jidher li l- ewwel kienu l- Bormlizi li ttantaw jigru bil- vara w inqala' x' inkwiet. Fil- Birgu, l- awtoritajiet ekklezjastici parrokkjali harsu n- naha l- ohra w il- girjiet bil- vara saru minghajr problemi. Jinghad li l- Arcisqof iddecieda li jittollerahom dawn il- girjiet biex lin- nies jigbidhom aktar lejn il- knisja. Ghandna ghax nahsbu li l- istess sehh fil- lokalitajiet l- ohrajn f' Malta fejn kienet issir il- purcissjoni tal- Irxoxt.

L- IKONOGRAFIJA W IL- BANDIERA TAL- IRXOXT

Sa tmiem is- seklu dsatax, il- numru ta' vari ta' Kristu Rxoxt kien ferm izghr mil- lum: tnejn tal- belt Valletta, tlieta tat- tlitt ibliet tal- Kottonera, tan- Naxxar u ta' Hal- Qormi (Parrocca San Gorg), total ta' sebgha. Kollha juru lil Gesu, glorjuz u rebbieh fuq il- mewt, qed iqum mill- qabar. Tal- Belt kellha, u ghad ghandha, zewg suldati mbezzghin b' dak li qed jaraw. Is- sitt vari l- ohra kollha kienu bl- istatwa ta' Gesu wahdu izda fl- 1891, ta' Hal- Qormi zidulha zewg suldati wkoll. Il- vara beltija tal- Patrijiet Frangiskani Konventwali, li hi tal- injam, ilha ma tohrog f' purcissjoni mill- 1830, bhalma diga ghedna. Il- vara l- ohra tal- Belt (li ghadha tohrog sal- lum), ta' Bormla w tal- Birgu huma skolpiti fl- injam, ta' Hal- Qormi (parrocca San Gorg) u presumibilment tan- Naxxar (il- vara l- antika, mhux tal- lum) huma tal- kartapesta filwaqt li l- istatwa tal- Isla hi kemmxejn differenti minnhom ilkoll ghax nofsha - mill- qadd 'l isfel - hi tal- injam u n- nofs ta' fuq hi maghmula mill- kartapesta. Bhalma diga' ktibna, dan sar biex il- vara tkun tiflah ghall- iskossi tal- girjiet u fl- istess waqt ma tkunx tqila zzejjed. Il- vari tal- Irxoxt li ssawru mill- bidu tas- seklu ghoxrin sal- lum, b' eccezzjoni tal- istatwi ta' Victoria (Parrocca San Gorg) u dik ta' Hal- Luqa li t- tnejn huma skolpiti fl- injam, huma kollha tal- kartapesta. Il- maggoranza ta dawn l- istatwi juru figura wahda: lil Gesu mqajjem trijonfalment mill- qabar. Izda hemm xi whud li jvarjaw. Hekk naraw il- vara attwali tan-

Naxxar fiha anglu, tax-

Rabat (Malta) tinkludi

naraw imgezwer 

nosservaw li fil- 

abjad generalment

hawn ukoll insibu 

Malta), l- ilbies hu 

ahmar ukoll. Zewg

ta' Hal Qormi (Parroc-

kemm hu nduratura

simboli tar- rebha li, fil-

wahda minn idejh 

Ghalkemm il- bicca l-

bandiera jew bandalo-

fergha tal- palm jew

Il- bandiera tar- Religjon

Xewkija tinkludi suldat

zewg suldati w anglu.

madwar parti mill- 

maggoranza assoluta

imzewwaq b' xi ndura-

varjazzjonijiet: f' tal- 

ahmar filwaqt li tal- Isla

eccezzjonijiet ohra 

ca San Gorg) fejn l-

tad- deheb. Insibu 

maggoranza tal- vari,

filwaqt li idu l- ohra 

kbira mill- istatwi juru

ra f' idu, hemm statwi

salib zghir filwaqt li x'

Il- bandiera b' salib ahmar

 

fuq sfond abjad

 w anglu filwaqt li tar-

Rigward il- lizar li 

korp tal- Irxoxt, 

tal- istatwi dan hu 

tura tad- deheb. Izda

Birgu u f' tar- Rabat (

, li hu abjad kien 

huma l- vari tal- Belt u

ilbies tal- korp hu kollu

wkoll varjazzjonijiet fis-

Kristu jaqbad b' 

tidher mghollija 'l fuq.

lil Gesu Rxoxtat bil-

statwi li jesebixxu 

uhud m' ghandhom

xejn. L- oqbra tal- vari jvarjaw ukoll: minn oqbra pjuttost semplici ghal sarkofagi rhamati jew tal- fidda. Uhud jesebixxu gebla kbira tonda li biha kienu ghalqu l- bokka tal- qabar. Il- bnadar huma ta' zewg tipi: sfond abjad b' salib ahmar, jew inkella l- kuntrarju: sfond ahmar b' salib abjad li hi l- bandiera tal- Ordni ta' San Gwann li fi zmien il- hakma tieghu bdew isiru dawn il- purcissjonijiet. Kienu jintuzaw dawn il- kuluri b' sinjal ta' rispett lejn il- Kavallieri w hawn wiehed irid jemfasizza li l- bandiera bi sfond ahmar hi dik tradizzjonali w hi maghrufa bhala l- Bandiera tar- Religjon. Naghlqu dan il- kapitlu billi nsemmu fatt helu: meta l- Kavallieri tkeccew minn Malta w imbaghad gziritna nhakmet mill- Inglizi fl- 1800, fil- Birgu ddecidew li jbiddlu l bandiera tradizzjonali tal- vara taghhom u flokha jaghmlu fergha tal- palm biex ikunu certi li ma joffendux lill- hakkiema l- godda. Izda maz- zmien regghu ntroducew il- bandiera originali w tradizzjonali ghax kienet tidher isbah u, milli jidher, l- Inglizi ma hadux ghalihom.

L- informazzjoni rigward il- purcissjonijiet tal- Irxoxt hi mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima.

johorgu statwa izda l- vara prezenti hi 

Camilleri fl- 1916. Fir- Rabat t' Ghawdex 

statwa qadima li kienet tohrog f' 

izda din issa flokha saret ohra fl- 1997 li 

f' purcissjoni formali. Fl- 1883, Salvatore 

injam il- vara prezenti tal- Birgu li hadet 

ohra li ma nafux x' sar minnha. Is- seklu 

kbira fin- numru ta' purcissjonijiet 

inqisu f' dan l- elenku fejn naraw li 

purcissjonijiet f' Malta: Hal- Qormi (San 

1938, il- Gzira fl- 1954, Rahal Gdid fl- 

w Haz- Zebbug fl- 1976, Hal- Gharghur 

Zejtun fl- 1984 bi statwa li kienet tlestiet 

fil- knisja sena qabel u l- Bahrija fl- 1986.

nsibu f' Ghawdex fejn, mal- manifestazz-

ssir fir- Rabat, zdiedu dawn li gejjien: ix-

RABAT (SAN PAWL )

Ghalkemm il- purcissjoni tal- Passjoni tohrog mill- knisja tal- Patrijiet Frangiskani Minuri (ta' Giezu), il- vara ta' Kristu Rxoxt qieghda fil- knisja parrokkjali. Hi vara maghmula minn erba' statwi tal- kartapesta, xoghol ta' Wistin Camilleri fl- 1916. Fuq shaba fuq wicc il- qabar tiddomina l- figura ta' Kristu Rxoxt b' idu l- leminija 'l fuq u bil- palma tar- rebha f' idu l- ohra filwaqt li anglu jassisti fil- ferh tar- rebha fuq il- mewt u z- zewg ghassiesa huma mwerwrin b' dak li qed jaraw. Il- lizar li bih hu mgezwer Gesu hu ahmar bi ftit induratura w dan b' kuntrast mal- vari l- ohra tal- Irxoxt li kwazi kollha ghandhom lizar abjad. Il-vara kienet donazzjoni tal- Kanonku Dun Vincenz Vella. Fl- 1950, il- vara nzebghet minn Mikiel Fsadni u fl- 1994 giet restawrata minn Alfred Camilleri Cauchi. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

RABAT (TA' GIEZU)

Gewwa l- belt tar- Rabat, nsibu statwa ohra ta' Kristu Rxoxt u din tinsab gewwa l- Knisja tal- Frangiskani Minuri (ta' Giezu). Kuntrarju ghal dik li tinsab gewwa l- knisja parrokkjali, din ma tohrogx processjonalment. Il- vara li tintrama fuq l- altar maggur matul il- festi tal- Ghid, hija xoghol l- istatwarju Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi. L- istatwa li hija mahduma tal- kartapesta nhadmet fis- sena 1992 u fiha naraw xena dinamika ta' Kristu, mgezwer b' lizar abjad. Interessanti wkoll, li warajh naraw salib b' finimenti kulur id- deheb u bir- raggi.

RABAT (AGOSTINJANI)

Ghal darb' ohra nibqu gewwa l- belt tar- Rabat u din id- darba gewwa l- knisja ta' San Mark, fejn hemmhekk insibu l- Patrijiet Agostinjani. Go din il- knisja helwa, wkoll fuq l- altar maggur tintrama statwa ta' Kristu Rxoxt ghall- festi tal- Ghid il- Kbir. Xoghol din l- istatwa, li hi maghmula mill- kartapesta, hi xoghol it- Tarxiniz Renzo Gauci. F' din l- istatwa wkoll naraw lil Gesu mgezwer b' lizar abjad.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Knisja San Mark - Agostinjani Rabat

VALLETTA (TA' GIEZU)

Vara tat- tieni nofs seklu sbatax jew tas- snin bikrin tas- seklu tmintax, skolpita fl- injam minn artist mhux maghruf minkejja li kien hemm minn attribwiha lil Melchiore Gafa'. Hi grupp ta' tliet statwi: Gesu trijumfanti - fuq qabar rikk, indurat u rhamat - b' idu l- leminija 'l fuq u bil- bandiera tar- Religjon (salib abjad fuq sfond ahmar) f' idu x- xellugija filwaqt li zewg ghassiesa jharsu lejh imbezzghin. Il- lizar tal- kefen ta' Kristu hu tad- deheb bi zgraffir sabih u fin. Originarjament, il- vara kienet tinzamm f' nicca fi kmamar ammessi ma hanut u tittiehed fil- knisja tal- Griegi nhar Sibt il- Ghid biex issir il- purcissjoni l- ghada filghodu. Fl- 1921, ittiehdet fil- knisja tal- Gizwiti izda xorta baqa' jsir it- trasferiment tal- vara nhar Sibt il- Ghid. Fl- 1934, il- Konfraternita ta' Kristu Rxoxt, l- unika wahda li hawn f' Malta w Ghawdex, giet trasferita ufficcjalmet ghall- Knisja tal- Gizwiti w il- purcissjoni tal- Irxoxt 

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Festa Kristu Rxoxt - Valletta

bdiet tohrog u tirritorna hemm. Fl- 1998, l- istatwa gratilha xi hsara wara li waqghu bil- vara waqt girja w saret tiswija w restawr temporanji. Fl- 2010, inbeda r- restawr shih tal- vara kollha izda ma tlestiex fil- hin sal- Ghid il- Kbir tal- 2011 u l- purcissjoni saret bil- vara nieqsa miz- zewg ghassiesa li, pero, kienu lesti ghall- purcissjoni tas- sena ta' wara. Il- figura restawrata ta' Gesu nghatat hajja gdida izda, ghal xi raguni, il- panewijiet tal- qabar gew irhamati fuq il- kannella flok bl- ahdar ta' qabel u dan, fl- opinjoni taghna, naqqas mill- vivacita' tieghu. Ghalkemm fl- imghoddi l- purcissjoni kienet issir filghodu, issa ilha qatigh issir filghaxija.

VALLETTA (SAN FRANGISK)

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Knisja San Frangisk Valletta

 Fil-knisja ta' San Frangisk tal- Belt, tal-Frangiskani Konventwali, il- Fratellanza ta’ L-Immakulata Kuncizzjoni hadet hsieb sa mill-ewwel snin taghha li jkollha vara ta’ Kristu Rxoxt. Imma, qabel dik tal- lum, kien hemm ohrajn. L- ewwel wahda li l- kompozizzjoni taghha kienet minn kartun u njam saret lejn is-sena 1640. Imma ma humiex maghrufin la l-istatwarju li hadimha w lanqas il- benefattur li hallas ghaliha. Kienu johorguha f’ purcissjoni nhar Sibt il- Ghid. Imma, flimkien maghha, Kienu johorgu wkoll l- istatwa ta’ l- Immakulata Kuncizzjoni. Kristu kien b’ mant ahmar fuq spallejh u b’ salib u bandiera hamra wkoll f’ idejh. Il- Mulej kien jidher hiereg minn gol- qabar, li kien argentat. Billi xtaqu li l- istatwa tkun addata ghall- purcissjoni, il- fratelli dejjem hasbu biex izommuha fi stat tajjeb. Il- qabar wkoll kien jigi 

argentat ta’ sikwit. Biz- zmien, minkejja l- attenzjoni li kellhom lejha, il- vara tgharrqet. Fl- 1683, kienet fi stat tant hazin b’ mod li ma setghux johorguha izjed f’ purcissjoni. Ghalhekk, il- fratelli bdew jahsbu biex issir wahda gdida. Il- fratell Giovanni Fourqeut ta' donazzjoni ta’ ghaxar skudi ghaz- zokk li akkwistaw. Pietro Petit, fratell iehor, hareg teltin skud biex ihallsu lil dak l- istatwarju li jonqoxha fl- injam. Giet kummisjonata mill- fratell Giovan Battista Meniville. Imma tqeghditlu kondizzjoni. Kien mehtieg li jsir abbozz li l- fratellanza tapprovah. Tliet fratelli kienu Domenico Caruana, Francesco le Coq u Guzeppi Fourqeut, gew maghzulin biex jissorveljaw fuq l- iskultur halli x- xoghol isir kif kien mixtieq. Il- vara saret imma ma rnexxietx daqs kemm xtaqu. Il- fratell Petit ippropona li jqeghduha fin- nicca ta’ taht il- kwadru ta’ l- Immakulata. Imma l- fratelli l-ohrajn ma qablux mieghu. Ma nafux jekk qattx harguha f’ purcissjoni Zgur li dik il-vara twarrbet. Dl- 1695, ittiehdet id- decizjoni li ssir vara gdida ta’ l- injam. Giet ordnata f' Ruma fl- 1697. Kien zmien perikoluz hafna ghax kemm –il darba kien ikun hawn il- furbani jiggerrew mal-bahar Mediterran. Il- vara tlestiet fi zmien qasir u ghabbewha fuq skuna tat- taghbija ta’ Paolo Scarfari. Imma gara li,  fi triqitha lejn Malta, l- iskuna sfat attakkata mil-furbani, u nsterqet minnhom anki dik il-vara gdida ta’ l- irxoxt. Madankollu, minnufih giet ordnata vara ohra. Hi r- raba’ vara li l- fratellanza hadet hsieb li ssir. Hi dik li ghadha titgawda sal- lum. Erba' fratelli hadu fuq spallejhom ir- responsabilita' tax- xoghol fl- injam. Giet maghzula bottega rumana maghrufa ghall- opri artistici taghha. Il-Kommendatur Sacchetti, li kien l- Ambaxxatur ta’ l- Ordni Gerosolimitan f’ Ruma, tahom kull ghajnuna. Giet tqum fuq 131 skud. Waslet Malta fl- 1698. Hi statwa artistika tassew. Ma kenux ftit dawk li f’ kull zmien hasbu li kienet harget minn idejn l- iskultur maghruf Melchiore Gafa’. Imma dan mhux possibli ghax dan l- iskultur, li verament hadem f’ Ruma opri ta’ pregju, kien ilu li miet mill-1667. Lanqas ma nistghu nghidu li giet kummisjonata lilu ghax fl- ahhar zmien tal- hajja ta' Gafa', il-  fratelli kienu ghadhom ma holmux b' din il- vara. L- iskultur taghha baqa’ qatt ma sar maghruf. Hu zgur li kien wiehed ta’ hila. Il-Frangiskani Konventwali flimkien mal- fratelli kienu jorganizzaw il- purcissjoni ta' Kristu Rxoxt ghall-Ghid. Ir-registri juru li damet tohrog ghal madwar 130 sena. Imbaghad, ma hargitx izjed. Bdiet tintrama fil- knisja f’ Sibt il- Ghid, u naturalment tibqa' hemm ghall- Ghid. Fl- 1871, saritilha nicca fil- kunvent. Kienet vara li l- fratelli hadu hsieb li ma jkun jonqosha xejn. Ghal fuq ir- ras ta’ Kristu, saret dijadema tal-fidda. Lill- vara gieli sarulha restawri generali. Imbaghad, fi zmien ta’ krizi ta’ vokazzjonijiet frangiskani, l- istatwa intelqet, u r- registri ma jsemmuhiex izjed. Meta fl- 1968, kien ghadu kif gie miftuh ghall-pubbliku l- muzew tal- Katidral ta’ l- Imdina, Mons. Eduardo Coleiro, il- president tal- kumitat organizzattiv tieghu, wera x- xewqa li dik il- vara tinghata lill- muzew. Kienet hasra li vara ta’ valur artistiku tkun mitluqa kif fil-fatt kienet tul l- ahhar zmien. Interess lejha beda jqum fost il- patrijiet. Fi zmien meta l- Gwardjan tal- Franigskani Konventwali kien Patri Rajmond Fenech, fis- sena 1980, lill-patrijiet Frangiskani giethom l- idea li jsebbu l- Festa ta’ l- Ghid billi jaghmlu uzu minn dik l- istatwa li kienet mitluqa fl- oratorju tal- Fratellanza ta’ l- Immakulata Kuncizzjoni. Intalbet l- ghajnuna ta’ Manwel Vella Clark, li ghandu ‘l ibnu sacerdot Frangiskan. Dan ha hsieb jahdem lift ckejken li jithaddem bl- idejn, u tqieghed go qafas wara l- altar maggur. F’ Sibt il-Ghid, bdiet titqieghed fuq platform il- vara ta’ Kristu Rxoxt. Mal- Glorja tal- quddiesa tal- Vgili, jintefa d- dawl tal- knisja, jibqa' mdawwal l- altar maggur biss, u jithaddem il- lift halli tittalla' fil- gholi wara l- altar l- istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Ikun qisu Kristu hiereg glorjuz mill- qabar, rebbieh fuq il- mewt. Bl- istess apparat tal- welding, bi bcejjec ta’ hadid ihokku ma' xulxin, b’ sistema elettronika, jibdew itiru bhal stilel u johrog ukoll id- duhhan, waqt li minn fuq il- bejt tal-knisja tigi sparata l- musketterija. Dan hi celebrazzjoni tal- qawmien ta’ Kristu mill- mewt b’mod tassew  uniku w originali. Hafna genituri jgibu lil uliedhom halli jarawha. Jigu wkoll bosta tfal mill-istituti. Il-knisja tkun imballata bin- nies. Il- vara tibqa’ ssebbah l- altar tul l- ottava ta’ l- Ghid. Minn dak iz- zmien ‘il hawn, il- vara ta’ Kristu Rxoxt dejjem giet mizmuma tajjeb hafna. Meta nhasset il- htiega, saru restawri w induratura. Ghalkemm il- purcissjoni ma hargitx izjed, din ic- celebrazzjoni bil- vara ta’ Kristu Rxoxt saret wahda li ma hawn'x bhalha, u li hafna jkunu jistennewha.

L- informazzjoni rigward l- istatwa ta' Kristu Rxoxt tal- Frangiskani hi mehuda mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

VALLETTA (TAL- KARMNU)

Statwa ohra ta' Kristu Rxoxt, li nsibu gewwa l- belt Valletta, hija dik li tinsab fil- Bazilika tal- Karmnu. Hawnhekk ukoll, din il- vara tintrama fil- knisja ghall- festa tal- Ghid il- Kbir imma ma tohrogx processjonalment. Din l- istatwa, harget minn taht idejn l- artist Alfred Camilleri Cauchi fis- sena 2000. Hawnhekk qed naraw lil figura ta' Gesu mgezwra b' lizar abjad w indurata bid- deheb. Din hija wkoll wahda mill- ftit statwi, li l- figura ta' Kristu narawha bil- mant fuq rasha. Fl- id ix- xellugija ta' Kristu Rxoxt, naraw bandiera b' salib ahmar bi sfond abjad.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Carmelite Priory Valletta

BORMLA

Vara sabiha w movimentata fi stil barokk li giet skolpita fl- injam aktarx minn skultur Spanjol li baqa' anonimu. Fl- 1741, ingiebet Malta minn Napli mill- Kaptan (ta' mirkeb) Andrea Scarinu f' isem il- Kaptan Celestino Sacco li rregalaha lill Fratellanza tas- Salib Imqaddes (Kurcifiss) fis- 7 t' April 1741. Fl- id il- leminija hemm mghollija 'l fuq fergha ta' palma (tal- fidda b' induratura tad- deheb), simbolu tar- rebha ta' Kristu fuq il- mewt, filwaqt li l- istatwa qedha fuq il- qabar miftuh bl- ghatu ddekorat warajha w taht riglejha. Il- lizar li jgezwer parti mill- gisem ta' Gesu hu kollhu ndurat. Id- disinn prezenti tal- qabar iddekorat thazzez minn Abram Gatt u nkesa bil- fidda mill- Casa Ranchi ta' Milan, l- Italja, fl- 1926. L- ispejjez tieghu ngabru minn Vincenzo Spiteri minn fost il- barklori Bormlizi. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

VALLETTA (SANTU WISTIN)

Din hija r- raba' statwa ta' Kristu Rxoxt li nsibu gewwa l- Belt Valletta w hija mahduma pjuttost ricenti. Din l- istatwa, sabiha w originali ghall- ahhar insibuha gewwa l- Knisja Parrokkjali ta' Santu Wistin. Hawnhekk ghandna vara ohra li ma tohrogx processjonalment. Din l-  istatwa ta' Kristu Rxoxt, giet mahduma mill- artist Zebbugi Indri Attard u hija xoghol fil- kartapesta. F' din il- vara, qed naraw lil figura ta' Gesu mgezwra b' lizar bajdani, b' idu x- xellugija 'l fuq. Xi haga originali w li ma narawx fi statwi ohra tal- Irxoxt, hija s- simbolu tal- haruf, li qieghed fuq in- naha tal- lemin, ihares lejn il- figura ta' Kristu. Din l- istatwa tlestiet fis- sena 2015.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt Ta' Bormla

BORMLA (SANTA TEREZA)

Gewwa l- belt ta' Bormla nsibu statwa ohra ta' Kristu Rxoxt u din ukoll ma tohrogx processjonalment. Din il- vara, hija replika ta' dik li nsibu fil- kolleggjata tal- Immakulata Kuncizzjoni. Ta' min jghid li din l- istatwa ta' Kristu Rxoxt, hija ta' propjeta privata w tinghata lill- kappella ta' Santa Tereza ghal zmien il- festa tal- Ghid il- Kbir. Din l- arti, hija xoghol it- tarxiniz Renzo Gauci.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt Ta' Bormla

BIRGU (SAN LAWRENZ)

Vara helwa w sorbija fi stil x' aktarx Purista skolpita fl- injam li turi lil Kristu Rxoxt fuq il- qabar rebbieh fuq il- mewt filwaqt li f' idu x- xellugija jerfa' l- bandiera tar- Religjon - salib abjad fuq sfond ahmar - li hi s- simbolu tar- rebha. Ghal ftit snin wara l- 1800, ghal raguni politika konnessa mal- bdil tal- hakkiema ta' Malta, il- vara ta' qabilha kellha palma flok il- bandiera. Skolpiha Salvatore Psaila fl- 1833 biex hadet post vara izjed antika li dwarha kwazi xejn mhu maghruf. Il- lizar imgezwer ma' Gesu b' kuntrast mal- bicca l- kbira tal- vari l- ohrajn tal- Irxoxt, hu ahmar b' induratura tad- deheb. Id- dijadema tal- fidda nghatat minn benefattur anonimu fl- 1897, l- istess bhal- lasta tal- bandiera li hi tal- fidda wkoll. fl- 1978, il- vara giet restawrata mmill- iskultur maghruf Censu Apap. Fl- 2006 rega' sar restawr minn Renzo Gauci w l- induratur John Orlando.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Kumitat Festi Esterni San Lawrenz - Il- Birgu

Fis- sena 2018, kellu jerga jittiehed ghar- restawr wara li sfortunatament waqt girja partikolari, idu x- xellugija tahbat ma' cable u tqacctet barra. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Dumnikani (ritratt tieghi)1.jpg

BIRGU (DUMNIKANI)

Nimxu ftit u n- naha l- ohra ta' din il- Belt storika naraw vara ohra artistika ta' Kristu Rxoxt, fejn insibuha gewwa l- knisja tal- Lunzjata. Din ix-xbieha turi lil Sidna Gesu' Kristu Rxoxt juri l-pjaga tal- qalb minfuda bil- lanza minn fejn hareg demm u ilma. Il- pjaga li tfakkarna fil- qalb hanina w mimlija moghdrija ghal- midneb.

Din l- opra li hija xoghol l- artist Ghawdxi Pawlu Aquilina, giet inawgurata is- Sibt 16 t' April tas- sena 2022 waqt ic- cerimonja tal- Vgili tal- Ghid.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook: Kunvent Dumnikan tal-

Lunzjata, Il- Birgu
.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

ISLA

Vara antika hafna tas- snin bikrin tas- seklu tmintax li l- awtur taghha mhux maghruf. Din il- vara ghandha karatteristika partikolari: in- nofs t' isfel sal- qadd hu tal- injam filwaqt li n- nofs ta' fuq mill- qadd hu tal- kartapesta. Issawret b' dan il- mod biex tiflah ghall- girjiet tradizzjonali bil- vara filwaqt li ma tkunx tqila zzejjed. Naraw lil Kristu Rxoxt, imgezwer b' lizar abjad indurat sabih hafna, fuq il- qabar indurat b' idu l- leminija mghollija 'l fuq filwaqt li jzomm fergha ta' palma tal- fidda f' idu x- xellugija bhala simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. Izda l- vara mhux dejjem kienet ipprezentata b' dan il- mod ghax, originarjament, il- lizar kien ahmar (u mhux abjad) u, flok palma, is- simbolu tar- rebha kienet il- bandiera tar- Religjon b' salib abjad fuq sfond ahmar. Dan it- tibdil sar fl- 1989 meta sar ukoll xoghol ta' restawr minn John Pace, xoghol li nkluda xi tibdil fil- mod kif il- lizar  hu 

mgezwer  mal- figura ta' Kristu tant li llum parti minn idu l- leminija hi mghottija filwaqt li qabel kienet gherja ghal kollox u dan apparti li nbiddlu l- pozizzjonijiet tad- dirghajn. Fl- istess sena  saret girlanda ta' fjuri artificjali ghal madwar l- istatwa w saret ukoll raggiera tal- fidda, xoghol l- argentier Vanni Bartolo, biex tigi uzata biss ma' din il- vara. Originarjament, kienet tintuza r- raggiera tal- Monument bhalma kien stipulat f' kuntratt tal- 1777. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

F' dawn iz- zewg ritratti qeghdin naraw l- Irxoxt tal- Isla kif kien

 

qabel ma gie rrestawrat. Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

KALKARA

Nibqu gewwa l- akkwati tal- Kottonera w gewwa l- Kalkara nsibu statwa ohra mill- isbah ta' Kristu Rxoxt. Statwa dinamika ghall- ahhar li hija propjeta tal- kazin tal- banda, Ghaqda Muzikali San Guzepp. Din il- vara, li hija mahduma fil- kartapesta, hija xoghol l- Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi. Naraw lil Kristu Rxoxt mgezwer b' lizar abjad, b' idu l- leminija 'l fuq, filwaqt li jzomm fergha ta' palma tal- fidda f' idu x- xellugija bhala simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. Din l- istatwa, ma tohrogx processjonalment mill- Knisja Parrokkjali imma bhalma ghidna diga, mill- kazin tal- banda, Ghaqda Muzikali San Guzepp, fejn issir dimostrazzjoni fit- toroq u tigi akkumpanjat mill- banda w il- girjiet tradizzjonali. Id- dimostrazzjoni bil- vara ta' Kristu Rxoxt issir nhar Hadd il- Ghid filghaxija.

278564348_1933699620159333_692209341545018317_n.jpg

HAZ- ZABBAR

Is- sena 2022 kienet sena mportanti hafna ghal- poplu Zabbari ghax f' din is- sena nqatghet ix- xewqa ta' bosta li riedu jaraw statwa ta' Kristu Rxoxt gewwa l- Belt taghhom. Din il- holma saret realta meta waqt il- quddiesa tal- Vgili tal- Ghid tas- Sibt 16 t' April tal- istess sena raw din l- opra tinkixef quddiem ghajnejhom gewwa s- santwarju tal- Madonna tal- Grazzja. Ix- xoghol fuq din il- vara sar mill- istatwarju Zabbari Rennie Abela, filwaqt li l- induratura saret minn Carmel Cassar u x- xoghol fil- metal inhadem minn Joseph Saliba. Is- salib tal- puttinu sar mill- mastrudaxxa Manuel John Vassallo. L- inizzjattiva biex issir din il- vara bdiet fis- sena 2019 mis- sindku tal- lokal Jorge Grech.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook: Aaron Fenech, Glenn

Xuereb
 u Grajjet il- Fidwa Wirjiet Sagra.

57317173_410648359484991_1387799822777450496_n.jpg

L- abboz tal- Irxoxt li kien sar minn Rennie Abela fis- sena 2019.

R
itratt mehud mill- pagn ta' Facebook: Rennie Abela.

HAL- QORMI
(
SAN GORG)

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

Din il- vara tikkonsisti fi grupp ta' tliet statwi: Kristu Rxoxt u zewg ghassiesa mwerwrin. Originarjament, il- vara kienet tikkonsisti mill- istatwa ta' Kristu biss sakemm fl- 1891 zdiedu zewg ghassiesa, xoghol fil- kartapesta minn Vincenzo Cremona. Meta zdiedu s- suldati, il- qabar tal- injam kellu jsir aktar gholi w sar mill- mastrudaxxa prim Gorg Cachia. Kristu Rxoxt hu statwa sabiha tal- kartapesta fl- istil tal- Barokk ristrett li tmur lura ghas- seklu tmintax izda l- awtur taghha mhux maghruf ghalkemm jinghad li l- 

benefattrici kienet mara twajba jisimha Raffaella. Il- qabar hu rhamat filwaqt li l- lizar imgezwer madwar Gesu hu tad- deheb b' disinji go fih. Ir- raggiera tradizzjonalment hi l- istess wahda li tintuza mal- Monument. Il- bandiera hi hjata w ghotja ta' Lina Mangion. Is- suldati nzebghu diversi drabi u, fl- 1974, is- suldat wieqaf gie restawrat minn Gerolamo Dingli. Fl- 2011, it- tliet statwi - b' mod partikulari s- suldati- gew restawrati minn Omar Camilleri. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

HAL- QORMI (SAN BASTJAN)

L- ewwel vara tal- Irxoxt f' din il- parrocca zzanznet fl- 1938 bi grupp ta' tliet statwi - Kristu Rxoxt u zewg suldati mbezzghin - li nhadmu fil- kartapesta mill- artigjan Karmnu Galea fuq disinn ta' Gorg Borg. Din il- vara kienet donazzjoni minn persuna li baqghet anonima w baqghet tintuza sal- 1980 ghax fis- sena ta' wara zzanznet vara gdida fuq l- inizjattiva ta' Carmelo Falzon. Il- vara prezenti ssawret fil- kartapesta minn Gerolamo Dingli fl- 1981 u hi statwa ta' Kristu wahdu, b' dirghajh miftuhin, tiela' mill- qabar li l- ghatu tieghu qieghed fuq wara. Il- qabar hu rhamat b' anglu ndurat f' kull kantuniera w bil- kelma ' Kristu bil- Grieg (Kristos) fuq il- panew ta' quddiem. Il- qabar hu xoghol Guzeppi Cini. Il- lizar li hu mgezwer ma Kristu hu abjad b' induratura sabiha tad- deheb. Sas- sena 1993, il- purcissjoni kienet issir nhar 

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

 Hadd il- Ghid filghaxija izda mill- 1994 bdiet tohrog filghodu.

F' dan ir- ritratt (xellug) qeghdin naraw l- Irxoxt ta' Hal Qormi (San

 

Bastjan) kif kien qabel.  Ritratt mehud minn fuq il- ktieb: Il- Vari Tal-

 

Gimgha Mqaddsa Fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima.

HAZ- ZEBBUG

Vara tal- kartapesta li nhadmet minn Gerolamo Dingli fl- 1976 u li qamet mitejn lira Maltin. B' movimentar pjuttost ristrett, l- istatwa ta' Gesu Rxoxtat imgezwer fil- lizar tal- kefen abjad minghajr induratura, jgholli 'l fuq idu l- leminija filwaqt li f' idu l- ohra jzomm il- bandiera simbolika tar- rebha fuq il- mewt li, f' dan il- kaz, hi salib abjad fuq sfond ahmar. Il- figura ta' Kristu hi mqieghda fuq qabar semplici li jidher miftuh fuq quddiem. Fil- fatt,  tispikka s- semplicita' f' din il- vara. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

MOSTA

Vara tal- kartapesta, xoghol mahdum minn Gerolamo Dingli fl- 1976. Fuq rapprezentazzjoni ta' qabar irhamat w indurat li fih puttin indurat ma' kull wahda mill- erbat ignub, Kristu Rxoxt jidher tiela' 'l fuq b' idu l- leminija merfugha lejn is- sema filwaqt li jahkem b' idu x- xellugija il- bandiera tar- Religjon (salib abjad fuq sfond ahmar) bhala s- simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. Il- lizar imgezwer madwar Gesu hu abjad b' induratura mal- bordura wiesgha tieghu flimkien ma abbellimenti ndurati. Ghall- ewwel tliet darbiet, jigifieri sal- 1978, il- purcissjoni kienet issir mill- Oratorju Qalb ta' Gesu izda mill- 1979 'il hawn saret tohrog u tidhol fil- knisja parrokkjali. Il- vara sarilha xoghol ta' restawr fl- 1996. Il- purcissjoni, li hi organizzata fil- forma ta' pageant, issir nhar Hadd il- Ghid filghaxija.

GHARGHUR

Statwa tal- kartapesta, pjuttost statika, li turi lil Kristu Rxoxtat fuq rapprezentazzjoni tal- qabar filwaqt li jgholli 'l fuq idu l- leminija w jahkem bix- xellugija l- bandiera tar- Religjon (salib abjad fuq sfond ahmar) li hi s- simbolu tar- rebha tieghu  fuq il- mewt. Issawret minn Gerolamo Dingli fl- 1982 u thallset minn xi gbir li sar fost diversi benefatturi. Ninnutaw ukoll li l- istatwa hija akkumpanjata minn puttin fejn f' idu l- leminija qed izomm palma. Dan l- anglu ckejken, qabel kien jaghmel parti mill- vara tad- duluri fejn imbaghad inbidel mal- figura ta' San Gwann. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Sebio Aquilina.

NAXXAR

L- ewwel statwa ta' Kristu Rxoxt f' din il- lokalita' ssawret fil- kartapesta minn Saverio Laferla fl- 1751 u giet restawrata minn Francesco Zahra fl- 1764. Il- vara li nhadmet wara hi ta' zmien hafna aktar ricenti ghax issawret fil- kartapesta minn Xandru Mallia fl- 1946. Naraw lil Kristu Rxoxt imgezwer f' lizar abjad tiela' mill- qabar akkumpanjat minn anglu fuq il- lemin tieghu. Gesu jgholli 'l fuq idu l- leminija filwaqt li b' idu l- ohra jzomm il- bandiera tradizzjonali tar- Religjon ta' salib abjad fuq sfond ahmar. Originarjament, il- vara kienet tinkludi wkoll zewg ghassiesa Rumani izda dawn tnehhew maz- zmien wara ftit snin u l- qabar lixx sar aktar elaborat. Maz- zmien din il- vara sarilha xoghol ta' restawr darbtejn. Din l- istatwa issa giet imwarrba b' ohra aktar ricenti w intuzat l- ahhar 

sas- sena 2014. Sena wara, jigifieri fl- 2015, inhadmet statwa artistika ohra ta' Kristu Rxoxt u hija xoghol skolpit fl- injam mill- Ghawdxin Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. Harget gewwa t- toroq tan- Naxxar fl- istess sena, fejn ghal okkazzjoni kienet harget b' dimostrazzjoni filghaxija. Il- benefattur ta' din l- istatwa artistika huwa Guze' Deguara, fejn sfortunatament ma rax din il- holma ssir realta'. F' din l- istatwa naraw il-figura ta’ Kristu Rxoxt hija maqtugħa mill- art u fejn qed iżomm biss bil-liżar. Il- lizar li huwa mgezwer bih Kristu huwa abjad u ghandu nduratura mal- burdura wiesgha tieghu. L- induratura tal- lizar saret minn Arthur Vassallo tar- Rabat.

Ritratt mehud

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

58376824_2494124573954357_2658039342622048256_n_edited.jpg

HAL- LUQA

Għal- Luqin l- Għid il- Kbir tas- sena 2018 kien wieħed speċjali għax fiha żanżnu l- vara tal-Irxoxt biex is- sett tal- vari tal- Ġimgħa l- Kbira jkun komplut. Il- Hadd, l- 1 t' April, għall- ewwel darba tixref fuq l- għatba tal- Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa, l- istatwa tal- Irxoxt, xogħol fl-injam tal- iskulturi Għawdxin Michael w ibnu Adonai Camilleri Cauchi. L- Irxoxt huwa skolpit fl- injam – fl-utile u l- kewkba, fuq stil tradizzjonali u wara li ġie approvat mill-Knisja beda x- xogħol, pjuttost diffiċli biex jingħaqdu t-travi w tkompli tiġi skolpita l- vara. Minħabba li l- proċess ħa ftit fit- tul, ghal dik is- sena l- vara żżanżnet fl- injam u dak li jkun seta’ jara n-naturalezza tagħha w l- oriġinalità fil- veru sens tal- kelma.  L- applikazzjoni mill- Parroċċa ta’ Ħal- Luqa għall- vara l- ġdida ta’ Kristu Rxoxt saret lill- Kurja fis- sena 2015, mill- Kappillan ta’ 

dak iż- żmien Fr. Gordon Refalo. Il- vara - li tizen madwar 600 kilogramma - giet ikkummisjunata minn Emmanuel Ciappara, bil- fondi għall- pedestall inġabru minn għadd ta’ benefatturi oħra. Għall- Kappillan Zammit, dan kien mument mistenni ħafna fil- parroċċa ta’ Ħal- Luqa li jgħoddu mal- 5,300 ruħ. Fis- sena 2019, ezattament 3 t' April, tlesta x-  xoghol tal- induratura mill- artist Furjaniz Publio Magro.

Ritratti mehudin

mill- pagni ta' Facebook: Joe Costa, Sandro Farrugia u Pace Gordon

29572673_1320695151407787_4519808255189708759_n_edited.jpg

L- istatwa ta' Kristu Irxoxt imnaqxa fl- injam kif

dehret ghal- ewwel darba fis- sena 2018. R
itratti mehudin

mill- pagni ta' Facebook: Publio Magro u Luqa Sa Fc

12888514_1332757420073583_4971436743305585754_o.jpg

L- abbozz ta' Kristu Irxoxt li deher ghal- ewwel darba fis- sena

2016. R
itratt mehud

mill- pagna ta' Facebook: Kurt Law

L- informazzjoni rigward l- istatwa ta' Kristu Rxoxt ta' Hal- Luqa hi mehuda mis- sit: Tvm.com.mt

ZEJTUN

B' inizjattiva ta' Carmelo Delia w grupp ta' rgiel, din il- vara tal- kartapesta saret fl- 1983 izda harget l- ewwel darba fil- purcissjoni tal- 1984. Hi xoghol Alfred Camilleri Cauchi li, kuntrarju ghalli s- soltu naraw, hawnhekk ipprezenta qabar tond - b' figuri bassoriljev mad- dawra kollha - li jservi bhala pedestal li fuqu hemm il- gebla tonda li hi l- ghatu tal- qabar u li fuqha tidher il- figura glorjuza ta' Gesu Rxoxt. Kristu jidher imtajjar b'idu l- leminija 'l fuq u bix- xellugija jahkem bandalora b' salib ahmar fuq sfond abjad li hi s- simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. Bhala parti minn vara mirquma teknikament tajjeb hafna fejn l- anatomija tal- korp ta' Kristu hi pprezentata tajjeb, il- lizar imtajjar hu abjad b' induratura sabiha tad- deheb. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Ritratt tieghi_edited.jpg

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

L- Irxoxt u Festi Ohra w Maestro Raymond Agius Attard

Ritratti mehudin

mill- pagni ta' Facebook: George Formosa, Joan Agius u Lawrence Mifsud

RAHAL GDID

L- ewwel vara ta' Kristu Rxoxt kienet statwa tal- kartapesta li kienet turi lil Gesu mgezwer f' lizar abjad w ahmar hiereg trijumfalment mill- qabar b' idu l- leminija mghollija 'l fuq u bil- bandiera tar- Religjon ( salib abjad fuq sfond ahmar ) f' idu x- xellugija bhala simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. L- istatwarju nkarigat kien Antonio Farrugia li hadimha fl- 1973 filwaqt li l- benefattur kien Celestino Carabott. Din il- vara ntuzat sal- 2009 u s- sena ta' wara zzanznet l-istatwa dinamika prezenti, xoghol fil- kartapesta t' Alfred Camilleri Cauchi. Teknikament mahduma tajjeb ferm, il- vara turina lil Gesu rebbieh b' idu l- leminija 'l fuq filwaqt li f' id l- ohra juri fergha tal- palm tal- fidda bhala simbolu tar- rebha fuq il- mewt. Warajh fuq il- blat naraw il- gebla tonda li kienet taghlaq il- qabar filwaqt li l- lizar, li hu mtajjar mhux hazin, 

hu abjad b' induratura tad- deheb. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

1916206_210772462413_3327450_n_edited.jp

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:
 
L- Irxoxt u Festi Ohra 

Gzira

L- ewwel darba li  saret vara ta' Kristu Rxoxt ghal din il- lokalita' kien fl- 1954 permezz ta' vara tal- kartapesta msawwra minn Antonio Farrugia. Din kienet saret fis- snin erbghin u hallasha Joseph Bountempo li ried jirregalaha lill- Parocca ta' Rahal Gdid izda l- offerta kienet rifjutata. Ghalhekk imbaghad inghatat lill- Parocca tal- Gzira. Wara numru ta' snin, il- purcissjoni ma baqghetx issir izda fl- 1981 il- vara giet restawrata minn Alfred Camilleri Cauchi u regghet bdiet tohrog il- purcissjoni. Fl- 1984, saret il- vara prezenti tal- kartapesta mill- istess Camilleri Cauchi. Hi vara dinamika li turi lil Kristu rebbieh fuq il- mewt - bil- gebla t- tonda tal- qabar tahtu - qieghed ihares 'l isfel b' idu l- leminija mghollija 'l fuq filwaqt li bix- xellugija jahkem bandiera simbolu tar- rebha tieghu li f' dan il- kaz hi salib ahmar fuq sfond abjad. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Gzira Parish Church, Benedict Bugeja u

 

Kumitat Festi Esterni-Parocca Madonna Tal- Karmnu

Ritratt mehud

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

Bahrija

Statwa dinamika tal- kartapesta li turi lil Kristu Rxoxt wahdu tielgha s- sema minn fuq il- gebla tonda li kienet taghlaq il- qabar. Hi xoghol ta' Alfred Camilleri Cauchi li sawwarha fl- 1986 u thallset ( il- prezz kien 400 lira Maltin ) minn benefattur anonimu li kien jghix fid- dar tal- anzjani tas- Saura fir- Rabat. Il- figura ta' Kristu Rxoxt hi mgezwra f' lizar abjad li hu ndurat bid- deheb mat- truf tieghu. Issir purcissjoni qasira bl- istatwa fil- vicinanza tal- Knisja ezatt wara li tispicca l- funzjoni liturgika f' Sibt il- Ghid filghaxija.

278691376_518226623284876_2729513568932402785_n.jpg

Ritratti mehudin mill- pagni ta' FacebookKnisja Bahrija.

Marsa (Trinita Mqaddsa)

Din il- vara tal- kartapesta, xoghol ta' Karmnu Galea fuq disinn ta' Gorg Borg fl- 1938, inxtrat mill- Parrocca ta' Hal- Qormi fl- 1981 wara li l- Qriema ghamlu vara gdida. Originarjament, kien hemm ukoll zewg suldati mal- figura ta' Kristu izda ma gewx utilizzati. Il- figura ta' Kristu Rxoxt giet restawrata w modifikata minn Alfred Camilleri Cauchi tant li taht l- istatwa zdied il- qabar mirqum u fl- id ix- xellugija zdiedet u tqeghdet bandalora b' salib ahmar fuq sfond abjad bhala simbolu tar- rebha ta' Gesu fuq il- mewt.

278604193_1409521912823856_76620817672587129_n.jpg

Sliema (San Girgor)

Din il- vara tal- kartapesta hija xoghol ta' Michael Camilleri Cauchi w inhadmet fis- sena 1997. Din l- istatwa ta' Kristu Rxoxt hija propjeta tal- kazin Socjeta Muzikali San Girgor. Hija statwa pjuttost dinamika w unika fid- dehra taghha fejn fiha naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt wahedha, mgezzwra b' lizar abjad u hierga minn gol- qabar. Din l- istatwa, ma tohrogx processjonalment mill- Knisja Parrokkjali imma mill- kazin tal- banda, fejn issir dimostrazzjoni fit- toroq u tigi akkumpanjat mill- banda w il- girjiet tradizzjonali. Id- dimostrazzjoni bil- vara ta' Kristu Rxoxt issir nhar Hadd il- Ghid filghaxija.

Ritratti mehudin mill- pagna ta' Facebook:

 

Soċjetà Mużikali San Girgor Sliema A.D.1987

San Giljan

Statwa ohra ta' Kristu Rxoxt, insibuha gewwa l- lokalita ta' San Giljan u hija propjeta tal- kazin Banda San Giljan. Din l- istatwa tal- kartapesta, ssawret minn l- artist Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi fis-  sena 1990 u hija wahda minn dawk il- ftit statwi fejn fiha naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt bil- mant fuq rasu. Bhal diversi statwi ohra ta' Kristu Rxoxt, hawnhekk ukoll naraw lil Gesu mgezzwer f' lizar abjad li hu ndurat bid- deheb mat- truf tieghu. Hawnhekk ukoll, ghandna vara ohra li ma tohrogx mill- Knisja Parrokkjali bil- purcissjoni, izda mill- kazin tal- banda. Id- dimostrazzjoni bl- istatwa ta' Kristu Rxoxt issir nhar Hadd il- Ghid filghodu, fejn tigi akkumpanjata mill- banda w il- girjiet  tradizzjonali.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

St. Julians Malta, Parrocca San Giljan u L- Irxoxt U Festi Ohra.

Birkirkara (Tal- Bagri)

Kienet is- sena 1994, meta gewwa r- rahal ta' Birkirkara zzanznet din l- istatwa ta' Kristu Rxoxt. Hija statwa dinamika, mahduma fil- kartapesta mill- istatwarju Alfred Camilleri Cauchi. Naraw il- figura ta' Gesu rebbieh minn fuq il- mewt hierga minn fuq il- gebla tonda li kienet taghlaq il- qabar, u fejn ghandu idu x-xellugija 'l fuq, waqt li dik leminija qedha z- zomm palma li tissimbolizza r- rebha fuq il- mewt. L- istatwa hija propjeta tal- kazin Ghaqda Muzikali Sant' Elena w filfatt din l- istatwa ma tohrogx processjonalment mill- Knisja Parrokkjali. Issir dimostrazzjoni bl- istatwa mat- toroq ta' Birkirakara nhar Hadd il- Ghid filghaxija, fejn tkun akkumpanjata mill- banda w ghadd ta' persunaggi Biblici.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Ian Bray u DC Photography.

L- istatwa, flimkien mal- bankun u r- raggiera gew jiswew is- somma ta' Lm1,500. Kien is- sur Anthony Cauchi, minn gewwa Rahal Gdid, li gie kkummissjonat biex jahdem dan il- bankun. Dawn l- ispejjez gew migbura permezz ta’ skema ta’ donazzjonijiet li tniedit mill- każin f’ dawk il- jiem. Il- benefatturi taw donazzjoni ta’ Lm25 kull wieħed. Il- bandalora tal- Irxoxt saret fl- 2004 u hija xogħol tas- Sinjura Marlene Vella.

San Pawl Il- Bahar

Kienet is- sena 2003 meta l- kumitat tal- banda Socjeta Muzikali San Pawl iddeċieda li jordna statwa ta’ Kristu Rxoxt, bl-iskop li tkun esposta għall- pubbliku u jekk jista’ jkun toħroġ proċessjonalment nhar Hadd il- Għid. Dan sar peress li fil- parrocca ta' San Pawl il- Bahar ma kienetx issir il- festa esterna tal- Irxoxt u lanqas ma kien hemm statwa li tirrapprezenta din il- festa. L- istatwa nhadmet mill- istatwarju Ramon Camilleri McKay u l- ammirazzjoni lejha ma naqsitx. Kien il- Hadd 20 t' April ts- sena 2003, meta gewwa dan ir- rahal waslet din l- istatwa gewwa l- kazin, fejn tpoggiet gewwa l- bottegin. Bhalma jigri dejjem, id- dilettanti ma naqsux milli jmorru jammiraw din il- figura gdida ta' Kristu Rxoxt. Din l- istatwa sfortunatament kellha tithalla fil- kazin u ma nhargitx processjonalment kif kien ippjanat minhabba cirkostanzi li nqalghu w il- kumitat ma kellhux kontrol fuqhom

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra

Balzan

Din l- istatwa tal- kartapesta, issawret mill- artist Hamruniz Ramon Camilleri McKay, fis- sena 2004. Din il- vara ta' Kristu Rxoxt hija propjeta tal- kazin Banda San Gabriel li jinsab gewwa r- rahal ta' Hal- Balzan. L- istess bhal San Pawl il- Bahar, hawnhekk ghandna statwa li ma tohrogx processjonalment mill- knisja w lanqas b' dimostrazzjoni bil- banda. F' din il- figura, naraw lil Gesu b' idu l- leminija 'l fuq, filwaqt li dik xellugija qed izomm palma bhalha s- simbolu tar- rebha fuq il- mewt. 

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Ramon Camilleri McKay u L- Irxoxt U Festi Ohra.

Hamrun

Statwa ohra li ma tohrogx processjonalment, la mill- parrocca w lanqas mill- kazin, hija dik li tinsab gewwa l- lokalita tal- Hamrun. Din l- opra hija propjeta tal- kazin Ghaqda tal- Muzika San Gejtanu. Issawret fis- sena 2001, mill- artist Hamruniz Ramon Canilleri McKay u hi mahduma fil- kartapesta. F' din l- istatwa, naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt hi mgezwra f' lizar abjad li hu ndurat bid- deheb mat- truf tieghu, filwaqt li jdejh il- leminija qedha thares il- fuq u f' dik xellugija tqeghdet bandiera b' salib abjad fuq sfond ahmar bhala simbolu tar- rebha ta' Gesu fuq il- mewt.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Ramon Camilleri McKay u L- Irxoxt U Festi Ohra.

Tas- Samra_edited.jpg

Hamrun (Tas- Samra)

Gewwa l- lokalita tal- Hamrun, insibu statwa ohra ta' Kristu Rxoxt fejn din hija aktar ricenti w inhadmet minn taht idejn l- iskultur bravu, Andrew Bugeja mill- Birgu, fis- sena 2022. F' din li statwa, qed naraw figura pjuttost wieqfa w klassika, fejn dawk l- irxoxtijiet dinamici li mdorrijin naraw. L- istatwa giet inawgurata nhar is- Sibt 16 t' April, tal- istess sena. Ix- 

xoghol tal- qabar sar minn Clayton Abdilla, waqt li r- raggiera w l- armar tal- bandalora nhaddmu minn Marcel Baldacchino. Il- Hjata fuq il- 

bandalora saret minn Joseph Schembri.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Andrew Bugeja

San Gwann

Ghar- residenti tal- lokalita ta' San Gwann, is- sena 2018 kienet tfisser ghalihom, sena specjali hafna ghax fiha ccelebraw ghal- ewwel darba l- festa esterna tal- Ghid il- Kbir. Dan minhabba l- fatt li wara hafna stennija, fl- ahhar waslet l- istatwa li tant kienu ilhom jixtiequ. Inhadmet mill- istatwarju Ghawdxi Aaron Camilleri Cauchi w hi maghmula mill- kartapesta. F' din il- vara pjuttost devota naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt hi mgezwra f' lizar abjad li hu ndurat bid- deheb mat- truf tieghu, filwaqt li jdejh il- leminija qedha thares il- fuq. L- istatwa hija propjeta tal- kazin Ghaqda Muzikali Madonna ta' Lourdes  w filfatt din l- istatwa ma tohrogx processjonalment mill- Knisja Parrokkjali. Issir dimostrazzjoni bl- istatwa mat- toroq ta' San Gwann nhar Hadd il- Ghid filghaxija, fejn tkun akkumpanjata mill- banda.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Aleksei Karl Bayliss u Malcolm Debono.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Tarcisio Bongailas Peter Paul Caruana.

Birzebbuga

Wara ħafna stennija mir- residenti ta' Birzebbuga, il- vara ta’ Kristu Rxoxt regghet harget iddur mat- toroq ta’ dan il- lokal. Kien ezattament nhar il- Hadd 16 t' April, tas- sena 2018, fejn il- Birzebbugin inġabru f’ Misraħ il-Knisja, quddiem il- propjetà tas- Soċjetà fejn laqgħu l- vara ta’ Kristu Rxoxt.  Dan sar wara nuqqas ta’ snin twal u wara li kien hemm tibdil fid- direttivi tal- Knisja fir- rigward ta’ vari ġodda li joħorġu mill- każini. Skond il- president Alex Caruana, fl- aħħar tliet snin, bħala soċjetà, reġgħu bdew jikkomunikaw mal- Kurja sabiex il-vara, li tlestiet fl- 1999 mill- iskultur Alfred Camilleri Cauchi, tkun tista’ tinħareġ mill- każin bil- barka tal- Knisja. Dan peress li fl- Għid ta’ dik is- sena s- soċjetà kienet ħarġet il- vara ġdida bil-permess tal- Pulizija, iżda b’ konsegwenza li spiċċat f’ diżgwit mal- Kurja, li dak iż- żmien ma riditx li jinħarġu statwi ġodda tal- Irxoxt. Dan id-

Dan peress li fl- Għid ta’ dik is- sena s- soċjetà kienet ħarġet il- vara ġdida bil- permess tal- pulizija, iżda b’ konsegwenza li spiċċat f’ diżgwit mal- Kurja, li dak iż- żmien ma riditx li jinħarġu statwi ġodda tal- Irxoxt. Dan id- diżgwit ikkomprometta s- sehem tal- banda fil- festa titulari, u għalhekk il- banda għamlet apoloġija u ma ħarġitx iktar l-Irxoxt fi 18-il sena. L- istatwa, hija propjeta tas- Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa.

29570656_1692973730749268_6519291451978867443_n_edited.jpg

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Siggiewi Brass Band.

Siggiewi

Fis- sena 2016, il- kumitat tal- kazin tal- banda Siggiewi Brass Band kienu habbru li se tkun ikkummissjonata vara tal-Irxoxt, fejn filfatt sentejn wara, jigifieri fis- sena 2018, raw din il- holma ssir realta'. Fost ferh kbir, is- Siggiewin laqghu din il- vara meraviljuza li ssawwret fil- kartapesta mill- istatwarju Ghawdxi Joseph Cutajar Zahra. F' din l- istatwa, naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt mgezwra f' lizar abjad, b' disinn tad- deheb fit- truf tieghu. F' idejh il- leminija, naraw il- bandiera b' salib ahmar  fuq sfond abjad li tissimbolizza r- rebha tieghu fuq il- mewt, filwaqt li taht saqajh naraw il- gebla tal- qabar f' forma kwadra flok dik tonda li mdorrijin naraw. Din l- istatwa titpogga wkoll fuq pedestall mill- isbah, kollhu skultura. Il- vara ta' Kristu Rxoxt tinsab gewwa l- kazin Siggiewi Brass Band, fejn huma wkoll il- proprjetarji taghha. Nhar Hadd il- Ghid filghaxija, l- istatwa tohrog fit- toroq tas- Siggiewi b' dimostazzjoni bil- banda.

Siggiewi (Parrocca San Nikola)

Gewwa l- belt tas- Siggiewi - apparti l- istatwa ta' Kristu Rxoxt li nsibu gewwa l- kazin tal- banda Siggiewi Brass Band - insibu statwa ohra marbuta ma' din il- festa tal- Ghid il- Kbir. Figura ohra sabiha ta' kristu Rxoxt li nsibuha gewwa l- parrocca ta' San Nikola w li giet lejn pajjizna minn gewwa l- Filippini fis- sena 2017. Din l- istatwa li hi minquxa fl- injam, naraw li fl- id ix- xellugija qed izomm il- bandiera tar- Religjon, filwaqt li jdejh il- leminija qedha thares il- fuq. F' din il- vara pjuttost devota naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt hi mgezwra f' lizar abjad li hu ndurat bid- deheb mat- truf tieghu mill- induratur Furjaniz Publio Magro. Din l- istatwa ma' tohrogx processjonalment u tintrama fuq l- artal ghal dan iz- zmien tal- Ghid

278469258_4947251195393157_2760365721045504114_n.jpg

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:
 
Parrocca San Nikola Siggiewi u Keith Abela.

278457414_143358164889342_167899113392299227_n.jpg

Imsida

Is- sena 2022 kienet sena mportanti hafna ghal- Misidjani, fejn f' din il- lokalita nqatghet ix- xewqa ta' bosta w saret l- istatwa ta' Kristu Rxoxt. Din il- vara giet mahduma mill- istatwarju Mosti Shawn Saliba w hija maghmula mill- kartapesta. F' din il- figura qeghdin naraw lil Kristu rebbieh, imgezwer b' lizar abjar fejn fit- tarf tieghu huwa ndurat u b' idejh it- tnejn miftuhin. Ir- raggiera giet mahduma minn Joseph Vella. L- inawgurazzjoni ta' din il- vara saret nhar is- 17 t' April tas- sena 2022, gewwa l- pjazza San Guzepp, fl- Imsida, fejn kienet giet akkumpanjata b' kuncert bandist, hruq ta' salut u murtali.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:
 
Shawn Saliba u L- Imsida Ghaqda Irxoxt.

Furjana

Fil- lokalita tal- Furjana, nsibu wkoll statwa ta' Kristu Rxoxt li hija pjuttost ricenti. Din l- istatwa hija propjeta ta' Radju Vilhena w giet mahduma fis- sena 2014 mill- istatwarju Silvio Mizzi. Apparti l- istatwa li tinsab fil- knisja ta' Santu Wistin gewwa l- Belt Valletta, din hija t- tieni statwa fejn naraw il- figura ta' Kristu Rxoxt kwazi gharkubtejh, hiereg minn gol- qabar. Hija statwa pjuttost devota, fejn Gesu narawh ihares lejn is- sema w f' idu l- leminija qed izomm il-bandiera tradizzjonali tar- Religjon ta' salib abjad fuq sfond ahmar. Naraw ukoll il- figura ta' Kristu Rxoxt mgezzwer f' lizar abjad bit- truf indurati bid- deheb. Din l- istatwa la tohrog processjonalment u lanqas f' dimostrazzjoni bil- banda fit- toroq.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Silvio Mizzi u James Aaron Ellul.

Apparti l- Irxoxt ta' Hal- Luqa w dak ta' San Frangisk gewwa l- Belt Valletta, l- informazzjoni rigward l- istatwi ta' Kristu Rxoxt
 
li jinsabu fil- knejjes huma mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

165447434_2825038297762467_3668179553122

Ghajnsielem (Ta' Loreto)

Fil- lokalita ta' Ghajnsielem, gewwa l- knisja ta' Loreto, nsibu wkoll statwa ta' Kristu Rxoxt li hija pjuttost ricenti. Din l- istatwa giet mahduma fis- sena 2019 mill- istatwarju Ghawdxi Manuel Farrugia.  Hija statwa pjuttost differenti minn kif imdorrijin naraw, fejn Gesu qed narawh f' idu x-xellugija qed izomm is- simbolu tas- salib li jfakkarna fil- passjoni li ghadda minnha. Is- salib inhadem mill- mastrudaxxa Ino Attard, waqt li raggiera u l- irjus tas- salib huma xoghol l- artist Joseph Vella. Il- familja Grima w l- arcipriet Fr. Frank Bajada kienu l- benefatturi ta' din il- vara. 

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

L- Irxoxt u Festi Ohra u Ghajnsielem.com.

Ghajnsielem (Sant' Antnin)

Gewwa Ghajnsielem insibu statwa ohra ta' Kristu Rxoxt, din id- darba gewwa l- knisja ta' Sant' Antnin. Mahduma fil- kartapesta mill- istatwarju Ghawdxi Pawlu Aquilina fis- sena 2016. Fiha naraw il- lizar li hu mkeffen Gesu ta' lewn bajdani u b' idejh  it- tnejn miftuhin.

Ghajnsielem%20(Sant'Antnin)%201_edited.j

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook: Andrew Borg,

 

Patrijiet Frangiskani Ghajnsielem u Jon Mir Vella.

Fontana

Vara tal- kartapesta li ssawret minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1997. B' movimentar pjuttost ristrett, il- vara turina lil Gesu mgezwer bil- kefen abjad (bi tberfila tad- deheb) b' idu l- leminija 'l fuq u bil- bandalora (salib ahmar fuq sfond abjad) simbolu tar- rebha fuq il- mewt f' idu x- xellugija. Il- purcissjoni ssir filghaxija fl- Ottava jigifieri nhar il- Hadd fuq l- Ghid il- Kbir.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra.

Gharb

Vara tal- kartapesta, xoghol ta' Michael Camilleri Cauchi ta' madwar 30 sena ilu, li turi lil Kristu Rxoxt fuq shaba zghira wara li hareg minn qabru. Il- lizar, jew kefen, li hu mgezwer ma Gesu, hu abjad b' induratura tad- deheb mal- bordura tieghu. Kienu jarmaw l- istatwa fuq l- artal biss. Il- purcissjoni bil- vara, li harget l- ewwel darba fl- 2011, issir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Kercem

Vara tal- kartapesta, mahduma minn Michael Camilleri Cauchi fl- 2002 li turi lil Kristu Rxoxt tiela' 'l fuq mill- qabar tieghu b' idu l- leminija tipponta ;il fuq lejn is- sema filwaqt li donnu qed jitnehha minn fuqu l- lizar-kefen abjad (minghajr abbellimenti jew induratura) li filfatt thallih b' genbu tal- lemin gheri. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Parrocca Madonna tas- Sokkors u

 

San Girgor il- Kbir u L- Irxoxt U Festi Ohra.

Nadur

Din il- vara tal- kartapesta saret minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1984 fuq l- inizjattiva tal- Kanonku Dun Carmelo Portelli. Il- benefatturi kienu l- familja maghrufa bhala Tal- Kok li jikkomprendu lil Guzeppi u Guzeppa Camilleri, Marija Camilleri, Salvu w Pawla Camilleri u Guzeppi w Rita Mizzi. Il- figura ta' Kristu Rxoxt hi wahda mtajra w movimentata (forsi zzejjed) b' lizar tal- kefen abjad indurat li tahtu hemm il- gebla tonda li kienet taghlaq il- qabar. F' idu l- leminija, Kristu jgholli 'l fuq salib u fergha tal- palm filwaqt li harstu hi l- isfel. Dawn is- simboli flimkien huma originali, kemm ghax din hi l- unika vara li turi s- salib kif ukoll ghall- fatt li qeghdin f' id il- leminija meta bosta statwi juru din l- id vojta ppuntata 'l fuq. Ir- raggiera w il- palma huma tal- fidda mastizz u kienu donazzjoni ta' Dwardu. Fis- sena 2021 din l- istatwa giet irrestawrata

irrestawrat (2021).jpg

Ritratti mehudin mill- pagna ta' FacebookGimgha Kbira Nadur.

billi ġiet miżbugħa mill- ġdid, mill- awtur tagħha stess, l- istatwarju Michael Camilleri Cauchi u minn ibnu Adonai. L- istatwa ġiet indurata wkoll minn Mario Camilleri Cauchi li jiġi ħu l- awtur tal- opra u wliedu Ruben u Austin. Is- salib li kien hemm ġie sostitwit b’ wieħed ġdid maħdum mill- ġewż xogħol ta’ William Vella u saret dekorazzjoni tas- salib il- ġdid bil- fidda, kif ukoll palma ġdida tal- fidda fuq disinn ta’ Adonai Camilleri Cauchi w mudell ta’ missieru Michael.

L- informazzjoni rigward ir- restawr tal- istatwa ta' Kristu Rxoxt tan- Nadur, hija mehuda mill- pagna ta' Facebook: Gimgha Kbira Nadur.

Qala

Vara li turi lil Kristu Rxoxt tassew movimentat u litteralment imtajjar 'l fuq mill- gebla - ghatu tal- qabar li qieghda angolata ma' blata. Il- Lizar - kefen li hu mgezwer madwar Gesu hu abjad minghajr abbellimenti jew induratura. Il- vara hi xoghol fil- kartapesta minn id Michael Camilleri Cauchi fl- 1995 u thallset mill- kleru w il- poplu tal- Qala. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghaxija.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: Radju Lehen il- Qala.

Victoria (Katidral)

Vara tal- kartapesta li ssawret minn Michael Camilleri Cauchi fis- sena 2000. Kristu Rxoxt, imgezwer f' lizar - kefen abjad minghajr abbellimenti jew induratura, jidher maqtugh 'il fuq minn qabru filwaqt li warajh hemm raggiera kbira dehbija bi shaba zghira tahtha. Din hi l- unika vara ta' Kristu Rxoxt li tinkludi raggiera wara l- istatwa, haga li normalment nassocjawha ma' vari tal- Kuncizzjoni. Madankollu, l- effett hu tajjeb ghax taccentwa d- divinita' ta' Kristu. Il- benefatturi ta' din il- vara kienu Manwel w Anna Azzopardi Mompalao li joqghodu Melbourne, l- Awstralja. Ma ssirx purcissjoni formali izda l- vara tinhareg mill- Katidral u ssir demostrazzjoni bil- banda nhar Hadd il- Ghid filghodu wara li tkun dahlet il- purcissjoni tal- Irxoxt tal- Parrocca San Gorg fl- istess belt Victoria.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Soċjetà Filarmonika LeoneRedeemer Barber L-Irxoxt u Festi Ohra.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Carmel Saliba L-Irxoxt u Festi Ohra.

Victoria (San Gorg)

F' din il- Basilika kien hemm statwa qadima ta' Kristu Rxoxt maghmula mill- kartapesta - ta' awtur mhux maghruf - li mill- 1985 kienu bdew johorguha f' dimostrazzjoni akkumpanjata mill- banda. Fl- 1997, izzanznet il- vara prezenti li hi vara skolpita fl- injam tat- tip Tiama minn Alfred Camilleri Cauchi fi stil Barokk izda b' movimentar pjuttost ristrett. Il- qabar ornat tal- fidda jservi bhala pedistall ghall- istatwa ta' Kristu Rxoxt, imgezwer f' lizar-kefen abjad bil- bordura mzejna b' induratura attraenti, li jgholli idu l- leminija 'l fuq filwaqt li fl- id tax- xellug jahkem fergha tal- palm tal- fidda bhala simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. Hi vara tassew artistika li r- raggiera w il- palma tal- fidda taghha thallsu mill- koppja Anton u Frances Attard u l- familja taghhom. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu fid- disgha biex malli tidhol, issir id- demostrazzjoni tal- Katidral fl- istess belt Victoria.

29745880_1566163903479054_1599925010_n.j

L- Irxoxt l- antik li ghandu 'l fuq minn 200 sena w li kien beda jintuza mill- 1985 b' dimostrazzjoni akkumpanjata mill- banda. Din l- istatwa tinsab ghall- wiri gewwa l- Muzew "Il- Hagar".

20044_313833407413_2152929_n_edited.jpg

Xellug: Din hija statwa ohra ta' Kristu Rxoxt li tinsab ukoll gewwa l- Belt Victoria fil- knisja ta' San Frangisk. Issawwret fil- kartapesta mill- istatwarju Michael Camilleri Cauchi. Din il- vara ma tohrogx processjonalment.

10392130_126768902413_2217752_n_edited.j

Lemin: Din il- figura ta' Kristu Rxoxt nsibuha wkoll gewwa l- Belt Victoria, fil- kappella tar- Raghaj it- Tajjeb. Hawnhekk ghandna statwa pjuttost statika, fejn qed naraw lil Gesu mdawwar b' lizar-kefen abjad, b' induratura tad- deheb mal- bordura.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook:

 

L- Irxoxt u Festi Ohra.

Xaghra

Fuq gebla tonda li tissimbolizza t- tiskir tal- qabar, naraw il- figura dinamika u mtajjra (forsi zzejjed) ta' Kristu Rxoxtat imgezwer f' lizar-kefen abjad bil- bordura tad- deheb. Id il- leminija ta' Gesu hi ppuntata 'l fuq, l- istess bhall- harsa ta' wiccu, filwaqt li b' idu x- xellugija jahkem bandalora b' salib ahmar fuq sfond abjad li hi simbolu tar- rebha tieghu fuq il- mewt. Din il- vara hi xoghol fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1977. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghaxija.

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Xaghra Parish u DC Photography.

Xewkija

Din il- vara hi grupp ta' tliet figuri li ssawret minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 2008 izda li zzanznet fl- 2009. Anglu jidher li qed izomm b' idu l- gebla tonda li kienet taghlaq il- qabar sabiex Kristu Rxoxt jidher tiela' minn qabru b' idejh miftuhin, anzi bil- leminija ppuntata 'l fuq lejn is- sema, filwaqt li jidher ukoll suldat Ruman imwerwer b' dak li qed jara. Teknikament, ix- xoghol hu mahdum tajjeb hafna w il- movimentar ta' Kristu w l- anglu hu pjuttost ristrett ghalkemm il- posizzjoni tas- suldat forsi hi dinamika wisq. Il- lizar jew kefen li hu mgezwer ma' Gesu hu abjad izda ghandu bordura attraenti tad- deheb. Min- naha l- ohra, s- suldat, b' kuntrast mal- anglu li hu mlibbes b' mod sobriju, ghandu wisq tlellix li jigbed xi ftit attenzjoni meta din suppost ghandha tkun koncentrata fuq Kristu. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

26409_384659782413_3571166_n_edited.jpg

Ritratti mehudin mill- pagni ta' Facebook:

 

Camilleri Cauchi Art Studios u L-Irxoxt u Festi Ohra.

Zebbug

Ghal numru ta' snin sal- 1988, f' din il- lokalita' kienu juzaw il- figura ta' Gesu mill- vara tal- Ahhar Cena bhala Kristu Rxoxt wara li jbiddlulu l- ilbies u jqeghdulu f' idu x- xellugija bandalora flok il- kalci. Izda fl- 1989 saret vara propja ta' Kristu Rxoxt, xoghol fil- kartapesta minn Pawlu Aquilina li giet regalata lill- parrocca mill- Kanonku Dun Karm Cini. Hi vara dinamikafejn Gesu jidher mtajjar fuq l- ghatu (gebla kbira tonda) tal- qabar b' idejh miftuhin u b' harstu 'l isfel. Il- lizar, jew kefen, imgezwer ma' Kristu hu abjad izda b' bordura semplici tad- deheb. Il- purcissjoni ssir nhar Hadd il- Ghid filghodu.

Ritratti mehudin

mill- pagna ta' Facebook: L- Irxoxt u Festi Ohra.

L- informazzjoni rigward l- istatwi ta' Kristu Rxoxt gewwa Ghawdex huma mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page