top of page

VARI OHRA F ' MALTA U GHAWDEX

Kif għidna diġa għeżież dilettanti, f' din is- sezzjoni ser nagħtu ħarsa lejn dawk il- knejjes fil- gżejjer tagħna, li fihom insibu bosta statwi li huma marbuta mal- Ġimgha Mqaddsa. Xi whud minnhom li fil- passat kienu bdew jaħdmu sett vari, li għal xi raġuni jew oħra ma tkomplewx - niftakru fil- parroċċi ta' Ħaż- Żabbar u l- Marsa (Trinita Qaddisa). Insibu wkoll aktar vari riċenti li jagħmlu parti minn sett li għadu mhux komplut u hawn wieħed ta' min isemmi l- parroċċi tal- Imġarr u dik tas- Sacro Cour f' Tas- Sliema. Fil- kaz tal- parroċċa ta' Santa Marija fl- Imġarr, xorta ssir purċissjoni ghalkemm is- sett għadu mhux komplut. Fil- gżira Għawdxija - aktar minn Malta - insibu bosta knejjes fejn għandhom xi vara jew aktar li huma marbuta ma' dan iż- żmien tant devot.

HAŻ- ŻABBAR
(SANTWARJU MADONNA TAL- GRAZZJA)

Wistin ħadem din il- vara fis- sena 1950 u hi xogħol fil- kartapesta. Hi ffurmata minn erba' figuri, il- figura ta' Kristu Msallab, il- Madonna u San Ġwann l- Evanġelista f' simetrija quddiem xulxin u Marija Maddalena taħt is- salib mgħannqa miegħu. Din il- vara bdiet tohroġ proċessjonalment minn żmien il- parrokat tal- kappillan Dun Sebastjan Caruana u għadha toħrog sal- lum f' jum it- Tlieta fuq Ħadd il- Palm. Din il- vara l- kbira kienet esebita f' wirja li saret fil- Bażilika tal- Madonna tal- Karmnu ġewwa l- Belt Valletta fin- Notte Bianca tas- sena 2012. Fis- sena 2004, kien sar xogħol ta' rinnovazzjoni fuqha mis- sur Rennie Abela, minħabba l- istat hażin li kienet fih.

Vara l- Kbira - Zabbar (Ritratt tieghi).jpg
Kristu Mejjet - Zabbar (ritratt tieghi)_edited.jpg

IL- MARSA
(PARROĊĊA TRINITA QADDISA)

Vara l- Kbira - Marsa (Trinita) 1.jpg
Kristu Mejjet (Marsa - Trinita)_edited.jpg

TAS- SLIEMA
(SANTWARJU MADONNA SACRO CUOR)

Din l- istatwa tal- Ecce Homo li nsibu ġewwa s- Santwarju tas- Sacro Cuor, hija meqjusa bhalha waħda mis- sbieħ li għandna fil- gżejjer tagħna. Hija maħduma ġewwa Lecce minn Salvatore Saccuena.

337393461_995117275227286_1493499670993931489_n_edited.jpg

Din l- istatwa ta' Kristu Mejjet, hija maħduma mill- artist Mariorick Mifsud u l- benefatturi tagħha kienu l- familji Ċini u Mifsud.

334895733_159321050351655_8198695538105800408_n_edited.jpg

Din l- istatwa tal- Vara l- Kbira, li fiha qed naraw tlett figuri - dak ta' Kristu msallab, il- Madonna u San Ġwann - jingħad li San Ġwann u l- Madonna huma maħdumin ġewwa Lecce minn l- istatwarju Salvatore Saccuena u miġjuba f' Malta fis- sena 1898. ll- figura tal- Kurċifiss hija miżjuda wara, peress li l- iskopp oriġinali tagħha ma kienx li tintrama ma' dawn iż- żewġ figuri.

337070504_2847155812083616_6146508577731254571_n_edited.jpg

L- istatwa tal- Veronika, hija xoghol riċenti, maħdum fil- kartapesta mill- istatwarju Għawdxi Pawlu Aquilina, fis- sena 2023.

Sliema (Sacro Cour) 1_edited.jpg

Statwa oħra li nħadmet riċentament, hija din tal- marbut. Din ix- xbieha hija maħduma fil- kartapesta mill- istatwarju Għawdxi Pawlu Aquilina, fis- sena 2024. Din l- istatwa ġiet ikkummissjonata mill- Kummissjoni Festi tal-Parroċċa.

Is- sena 2025, kienet ukoll impenjattiva ghal din il- Parrocca, fejn komplew bil- progett ta' vari godda tal- Gimgha Mqaddsa. Is- Sibt 12 t' April tas- sena 2025, giet inawgurata l- istatwa ta' Gesu fl- Ort. Statwa tassew devota, mahduma fil- kartapesta mill- artist Girbi, Andrew Bugeja. L- induratura saret mis- sur Mauro Camilleri. Din il- vara, giet ikkummissjonata mill-Kummissjoni Festi.

Ort - Sliema (Sacro Cuor)_edited.jpg

L- IMĠARR

57345627_2266577533571646_40526629364249

Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Luca Galea.

Ġewwa r- raħal pittoresk tal- Imġarr, insibu vara tal- Ort li bla dubju hija unika fil- gżejjer tagħna. Hija l- unika statwa fejn fiha naraw 4 figuri: dawk ta' żewg puttini, anġlu u xbieha ta' Kristu. Hija statwa pjuttost riċenti, li nħadmet mill- istatwarju Għawdxi James Azzopardi fis- sena 2017. Hemm xi għidut li l- artist ġie nspirat minn statwa ta' Lecce li nħadmet fis- sena 1931. It- tberik ta' din il- vara sar nhar l- 1 t' April u żżanżnet fil- purċissjoni fil- 11 t' April tal- istess sena. 

11039207_10205368268543619_9001860528081

Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Angelo Schembri.

Fis- sena 2010, il- poplu Mġarri żanżan din l- istatwa ta' Ġesu Redentur. Hawnhekk qed naraw vara oħra li ġiet maħduma mill- artist Nadurjan James Azzopardi.

602210_4827335356781_1303449645_n_edited

Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: James Azzopardi.

56857637_2266577576904975_78112629053403

Dan il- Kurċifiss li jintrama mal- figuri tal- Madonna u San Ġwann biex jagħmel parti mill- Vara l- Kbira, jintrama wkoll fuq l- artal maġġur u huwa xogħol l- istwatwarju Għawdxi Wistin Camilleri. Il- figura tad- Duluri wkoll tintrama fuq l- artal maġġur fil- jiem tal- Ġimgha Mqaddsa. Kemm li xbieha tal- Madonna w kif ukoll dik ta' San Ġwann, ħargu wkoll minn taħt idejn il- Kavallier Wistin Camilleri.

Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Luca Galea.

anglu_edited.jpg

Ritratti mehudhin mill- paġna ta' Facebook:

James Azzopardi.

57068481_2266577676904965_31451283237812

Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Luca Galea.

Xi ħaġa pjuttost unika f' din il- purċissjoni tal- Via Crucis li ssir ġewwa l- Imġarr, hi li l- vara ta' Kristu Mejjet toħroġ l- aħħar, fejn aħna mdorrijin li f' kull purċissjoni tinħareg qabel ix- xbieha ta' Marija Addolorata. Rigward l- urna u kif ukoll il- figura ta' Kristu Mejjet m' għandna l- ebda nformazzjoni meta u min ħadimhom. L- erba' puttini li jidhru f' kull kantuniera tal- urna nħadmu wkoll mill- istatwarju Għawdxi James Azzopardi, fis- sena 2014. Erba' puttini li narawhom iżommu s- simboli tal- passjoni. Din l- istatwa tal- Monument, ġewwa l- Imġarr, tintrefa fuq l- ispalla.

Kienet is- sena 2013, meta din il- ġmiel ta' Duluri fil- forma ta' Pieta, sebbħet it- toroq tal- Imġarr meta ħarget għal- purċissjoni tal- Via Crucis. Statwa tal- kartapesta, verament devota, li nħadmet ukoll mill- istatwarju James Azzopardi.

10256472_10202127639447998_5029242636561585696_n.jpg

Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Luca Galea.

RESIDENZA
SAN VINĊENZ DE PAUL

Din il- purċissjoni tittellgħa mill- Kumitat Ġimgħa l- Kbira San Vinċenz u bdiet issir l- aħħar 14- il sena. Bejn wieħed u iehor,
 
kull sena, f' din l- attivita jieħdu sehem madwar 340 persuna fosthom: 60 ħaddiem, familjari u voluntiera minn diversi
 
parroċċi, bil- parteċipazzjoni tal- Banda Trinità Mqaddsa tal- Marsa, ir- Rumani ta' Ħal- Luqa, il- Fratellanza Madonna tal-
 
Karmnu Żurrieq, San Ġorġ Ħal- Qormi, Santa Marija tal- Mosta u l- Vestwarju ta’ Ħal- Qormi. Għal din l- attività jattendu r-
 
residenti ta’ San Vinċenz de Paul, residenti minn djar oħrajn, familjari w ħbieb ta’ dawn l- anzjani. Il- vari, li huma parti mill-
 
purċissjoni, huma xogħol Michael Bonnici, impjegat f’ San Vinċenz de Paul. Il- ħwejjeġ u x- xogħol tal- metall huma xogħol
 
Tony Zammit u l- armar tal- knisja kien magħmul minn Manwel Desira. Il- purċissjoni tittmexxa minn Charles Sammut.

L- informazzjoni rigward il- purċissjoni hi mehudha mis- sit: One.Com.Mt.

336910004_559675469322732_7586162752104147760_n_edited.jpg
337037126_1240334313535978_4083933845326506665_n_edited.jpg
San Vincenz DePaul_edited.jpg
336954551_610081580990936_5326597808399273150_n.jpg
336652443_604856045001921_4675266673048870838_n.jpg
337878635_1886494335048215_1754338262077643074_n.jpg

BIRGU
(KNISJA DUMNIKANA TAL- LUNZJATA)

Redentur - Birgu (San Duminku)_edited.jpg

Fis- seklu 19, sforz id- devożżjoni li din il- vara kienet tgawdi, inħass il-bżonn li minflok tinżamm fil-kannierja tal- Fratellanza tibda tinżamm fil- Knisja. Għalhekk fl- 1839, il- Fratellanza talbet lill- Patrijiet biex minn flus il- fratellanza isirilha niċċa qrib l- artal ta’ San Piju V. Iżda għal xi raġuni din it- talba ma kinitx milqugħa. Sena wara, ż- żewġ naħat qablu li n-niċċa issir fil- kantuniera tal- artal magħruf bħala ta’ San Nikola jew Sant’Anna. Iżda minħabba l- parir 

mogħti lilhom mill- periti din lanqas hemm ma saret. Finalment xewqithom nqatgħet fl- 1846, meta il- komunità tal- patrijiet aċċettat unanimament li l- Fratellanza tagħmel in- niċċa mixtieqa fuq il- lemin, hekk kif tidħol mill- bieb prinċipali tal- knisja. Ix- xogħol tlesta fi żmien qasir u sewa lill- Fratellanza 139 skud. Il- vara esposta f’ niċċa ġdida u f’ post prominenti għenet mhux ftit biex toktor id- devozzjoni. Ftit aktar minn sittin sena wara, sewwa sew fl- 1911, ir- redentur saritlu niċċa ġdida, mill- imgħallem Salvu Merilli fuq disinn ta’ Ġużeppi Decelis. Jingħad li din kienet saret mill- injam li kien fadal wara li sar il-bankun għall- vara ta’ San Duminku. Fil- gwerra b’ xorti tajba, il- vara ma nqerditx minkejja li ġarrbet xi ħsarat, li ġew irranġati aktar tard minn Ġużeppi Zammit. Meta nbniet il- knisja l-ġdida, in- niċċa l- antika flimkien mal- vara, tqiegħdu mal-pilastru li hemm bejn il- kappellun ta’ San Duminku u l- artal ta’ San Ġużepp. Fil- bidu tas- Sebgħinijiet, il- vara ġiet rrestawrata minn Salvinu Zammit u ftit tas- snin ilu ġiet irrestawrata mill- ġdid minn Brian Caruana. Din il- vara hija attribwita lil Saverio Laferla, li kien minn tal- ewwel li ħadem ix- xogħol tal- Kartapesta f’ Malta.

L- informazzjoni rigward in- niċċa u l- istatwa tar- Redentur hija mehuda mill- paġna ta' Facebook: Vittoriosa Historical & Cultural Society.

Lejn nofs is- seklu tmintax il- Fratellanza tar- Rużarju imwaqqfa fil-

Knisja tal- Lunzjata bdiet torganizza purċissjoni bl- istatwi tal-

passjoni nhar Ħamis ix- Xirka. Għal xi raġuni mhux ċara biżżejjed,

probabbilment lejn nofs is- seklu dsatax, din ma baqgħetx toħroġ.

Xi wħud mill- vari maż- żmien inbiegħu jew ingħataw filwaqt li

oħrajn baqgħu fil- pussess tal- Fratellanza. Il- vara ta’ Kristu fl- Ort

hija waħda minn dawk li baqgħet għand il- Fratellanza u sal- lum

tinsab miżmuma fil- Kunvent tal- Lunzjata. Qrib il- Ġimgħa

Mqaddsa tal- 2011, din ġiet esebita f’ wirja ta’ vari li ttellgħet fil-

Palazz tal- President tar- Repubblika. Fis- sena 2024, din ix- xbieha 

ta' Kristu reġgħet ħadet il- hajja, meta giet irrestawrata mill- ġdid mill- 

artist Girbi Andrew Bugeja. Ir- raġġiera hija xoghol Joseph Saliba.

Din il- vara hija xoghol Pietru Pawl Azzopardi u aktarx kienet l- ewwel

Kristu fl- Ort - Birgu (San Duminku)_edited.jpg
29664140_1566163910145720_185424484_n_edited.jpg

vara li saret ghall- purċissjoni tal- Ġimgha l- kbira, li kienet toħroġ

minn din il- Knisja f' jum Ħamis ix- Xirka u kienet tigi organizata mill-

Arċikonfraternita' tas- Ssm. Rużarju. Il- Veronika li kienet tagħmel parti

mis- set tal- Lunzjata, illum tinsab ġewwa Mużew il- Ħaġar tal-

Parroċċa ta' San Ġorġ fir- Rabat Għawdex. Jingħad li l- aħħar

purċissjoni bil- vari tal- Passjoni mill- knisja tal- Lunzjata, saret fl- 

1854. Għalhekk f’ konsulta tal- istess Fratellanza, mizmuma fl- 24 ta'

Mejju 1874, sar qbil biex l- istatwa tal- Veronika, tinbiegħ lill- Knisja

tas- San Ġorġ fir- Rabat Għawdex. Qablu wkoll biex bil- flus li jdaħħlu

tagħha, huma jsebbħu l- oqbra li l- Fratellanza kien għadha kif

ngħatat mill- awtoritajiet Ċivili, fiċ- Ċimiterju tal- Addolorata.

L- informazzjoni rigward in- niċċa u l- istatwa ta' Kristu fl- Ort hija

mehuda mill- paġna ta' Facebook:
Vittoriosa Historical & Cultural Society.

Vara l- kbira - Birgu (San Duminku).jpg
Marbut - Birgu (San Duminku)_edited.jpg

Dan ir- ritratt tal- Vara l- Kbira hu mehud mill- paġna ta'

Facebook:
Kunvent Dumnikan Tal- Lunzjata, il- Birgu.

HAL- QORMI
(PARROĊĊA SAN SEBASTJAN)

Vara l- Kbira - Qormi (San Bastjan) ritratt  tieghi_edited.jpg

IMQABBA

Vara l- Kbira - Imqabba (Ritratt tieghi) 1_edited.jpg

RABAT
(SAN PAWL)

Vara l- Kbira - Rabat Malta (San Pawl) Ritratt tieghi_edited.jpg

VALLETTA
(SAN PAWL)

VALLETTA
(SAN DUMINKU)

Belt (San Pawl)_edited.jpg
Belt (San Duminku)_edited.jpg
Belt (Ta' Liesse)_edited.jpg

VALLETTA
(TA' LIESSE)

VALLETTA
(TAL- KARMNU)

Dan il- Korp ta' Kristu Msallab tal- Ġogi li jigi armat għall- ġranet tal- Ġimgha Mqaddsa fil- Bażilika.

Belt (Tal- Karmnu)_edited.jpg
Belt (San Duminku) 1_edited.jpg

VALLETTA
(SAN DUMINKU)

Belt (San Duminku) 3_edited.jpg

VALLETTA
(SAN FRANGISK)

Belt (San Frangisk)_edited.jpg

IMSIDA

Imsida_edited.jpg

KALKARA
(KUNVENT TAL- KAPUĊĊINI)

F' din il- vara, naraw il- figuri ta' San Ġwann l- Evanġelista u dik tad- Duluri. L- artist GĦawdxi Wistin Camilleri, Ħadem il- figura tal- Madonna Addolorata waqt li dik ta' San Ġwann l- Evanġelista hi xogĦol artistiku ta' Carlo Darmanin.

Kalkara (Kapuccini)_edited.jpg
Kalkara (Kapuccini) 3_edited.jpg

BIRKIRKARA
(SANTWARJU SANTA TEREZA)

Kristu Mejjet (B'Kara - Santa Tereza)_edited.jpg

SAN GILJAN
(KNISJA TA' LAPSI)

San Giljan (Lapsi)_edited.jpg
San Giljan (Lapsi) 5_edited.jpg

SAN LAWRENZ

Din ix- xbieha, li tikkonsisti fi Kristu Mejjet, hija maħduma mill- artist Għawdxi Aaron Camilleri Cauchi, li ħadem fis- sena 2017.

Kristu Mejjet - San Lawrenz (ritratt tieghi) 1_edited.jpg

SANNAT

Vara l- Kbira - Sannat_edited.jpg

Fil- kappellun tal- Agunija li jinsab fuq in- naħa tax- xellug, int u tħares lejn l- artal maġġur, insibu l- figuri ta' San Ġwann l- Evanġelista, tad- Duluri u l- Kurċifiss. Dawn it- tliet figuri huma xogħol fil- kartapesta li Wistin Camilleri ħadem fis- sena 1920.

GHAJNSIELEM
(MADONNA TA' LORETO)

Ecce Homo - Ghajnsielem 1_edited.jpg

IL- FONTANA

57199457_1399364270203193_8683827224245174272_n_edited.jpg
57101586_663808884079588_342894879501713

Kienet is- sena 2019, meta l- artist Għawdxi Michael Cutajar Zahra ħadem din l- opra tal- marbut għal- parroċċa tal- Fontana. Statwa maħduma fl- kartapesta. Ir- raġġiera hija maħduma mill- artist Għawdxi Joseph Vella.

Rigward din il- Vara l- Kbira, hawnhekk ta' min wieħed jinnota li t- tlett figuri nħadmu separatament u jista jagħti l- kaz li meta nġabet id- Duluri ma kienx hemm dak l- iskopp. L- Istatwa tad- Duluri nġiebet f' Malta fis- sena 1930 minn ġewwa Marsilja, fi Franza. Ħamsin sena wara - jiġifieri fis- sena 1980 - inħadmet ix- xbieha tal- Kurċifiss mill- istatwarju Michael Camilleri Cauchi. Fis- sena 2002, l- istatwarju Alfred Camilleri Cauchi, ħadem il- figura ta' Ġwanni. Ir- raġġiera ta' San Ġwann hija maħduma mill- artist Joseph Vella.

57486371_2225226077554209_5035656327708278784_n_edited.jpg

KERCEM

L- istatwarju Pawlu Aquilina ħadem din l- istatwa tal- Marbut għal- parroċċa ta' Kerċem.

new_edited_edited.jpg
new1_edited_edited.jpg

Din ix- xbieha ferm artistika tal- Ecce Homo, hija maħduma mill- artisti Għawdxin Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi.

Statwa oħra artistika li nsibu ġewwa l- parroċċa ta' Kerċem, hija din tal- Vara l- Kbira. Dawn l- erbgħa figuri ġew maħduma mill- artist Michael Camilleri Cauchi.

new2_edited.jpg

GHASRI

Vara l- Kbira - Ghasri_edited.jpg

Dawn it- tlett figuri tat- tisliba, huma maħduma mill- artist Wistin Camilleri, fil- kartapesta, fis- sena 1917. Il- Kurċifiss sewa s-  somma ta' 15 -il lira sterlina u hu magħruf bħala tal- Ġogi. Kien jintuża ghaċ- ċerimonja tad- Depożizzjoni tas- Salib nhar il- Ġimgħa l- Kbira. 

Kristu Mejjet - Ghasri (ritratt tieghi)_edited.jpg

MUNXAR

Vara l- Kbira - Munxar_edited.jpg

Din il- Vara l- Kbira li tikkonsisti fi tlett figuri - dik tal- Madonna, il- Kurċifiss u San Ġwann - hija maħduma mill- istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri.

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Clyde Bajada.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page