Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
VALLETTA
Il- knisja tal- Franġiskani Minuri, iddedikata lil Santa Marija ta’ Ġesù, hija magħrufa mal- Maltin bħala l- Knisja Ta’ Ġieżu. Fl-1571 il- Franġiskani Minuri akkwistaw biċċa art fil- Belt. Il-knisja nbniet fuq pjanti ta’ Ġlormu Cassar. Bosta Gran Mastri kienu l- benefatturi tal- opri ta’ l- arti fil- Knisja Ta’ Ġiezu. Il-Patrijiet ħasbu biex fil- knisja tagħhom ikollhom kappella iddedikata lill- Kurċifiss Imqaddes. F' din il- kappella tpoġġiet ix- xbiha tant għażiża tal- Kurcifiss mirakoluz li kull sena jiġbed eluf ta' devoti. It- tradizzjoni tgħidilna li dan il- Kurċifiss huwa xogħol ta' fratell Franġiskan Sqalli jismu Fra Umile Pintorno u nħadem mhux aktar tard mill- 1639. Il- Fratellanza tal- Kurċifiss ġiet imwaqqfa fl- 1646 u sa mill- bidu tagħha kienet torganiżża purċissjonijiet stazzjonali tul ir- Randan fid-diversi knejjes tal- Belt u kull darba b' korsa differenti. Jingħad illi l- purcissjoni ewlenija li toħrog minn ta' Ġiezu fil-
Ritratt mehud minn: Wikipedia
Belt Valletta ilha ssir minn qabel l- 1673 u dak iż- żmien kienet toħroġ f' Ħamis ix- Xirka. F' dan iż- żmien insibu illi diġa’ kienet tinkludi fiha akkumpanjament mużikali, u kienet organizzata bl- inkluzjoni ta' numru ta' vari li kienu l- Ort, l- Ecce Homo, r- Redentur, il- Veronika il- Vara l- Kbira w il- Monument. Dawn l- istatwi kienu manikini mlibbsin hwejjeg tad- drapp veru izda, bejn l- 1737 u l- 1742, inbidlu ma' sett gdid tal- kartapesta izda nzamm l- Ecce Homo almenu sal- 1758. Hawnhekk zdiedet il- vara tal- Madonna tad- Duluri u, f' inventarju tal- 1773, insibu mizjuda l- vara tal- Marbut biex in- numru issa kien tela' ghal tmienja. Mal- milja tas- snin, kwazi l- vari kollha nbidlu ghalkemm xi whud ghadhom johorgu fil- purcissjoni sal- gurnata tal- lum. Għall- bidu ta' din il- purċissjoni kienu jerfgħu il- vari il- ħaddiema tad-dwana li kienu meqjusa bħala benefatturi minħabba l- fatt li kienu jerfgħu xi armar fl- imħazen taghħom. Kienu jieħdu sehem ukoll għadd ta' baħħara tax- xwieni, ilsiera w bonavolji billi dawn ukoll kellhom is- sodalita' tagħhom. Fis- snin tmenin tas- seklu ghoxrin sar xoghol ta' restawr fuq il- vari minn Alfred Camilleri Cauchi w l- istess ghamel Dun Charles Vella f' dawn l- ahhar annati. Matul iż- żmien il- purċissjoni kibret sew għalkemm baqgħet dejjem penitenzjali. Jieħdu sehem fiha iktar minn 350 ruħ, li dawn jinkludu fratelli w persunaggi, reffiegħa, bandisti tas- Soċjeta Filarmonika Nazzjonali La Vallette, il- paġġi Antonjani w il- kor li jimxi mal- Monument. Il- pass tal- bandisti li eventwalment jiġi meħud ukoll mill- pass tar- reffiegħa w t- toroq dritti tal- Belt Valletta joħolqu ambjent uniku għall- din il- Purċissjoni tant mistennija minn bosta Maltin. Fattur ieħor uniku f' din il-purċissjoni huma l- mod ta' kif titqassam il- purċissjoni, b' tali mod illi kull vara tieqaf f' kantuniera. Dan huwa possibli minħabba l- istruttura tal- Belt Valletta. Is- sett tal- Belt Valletta huwa magħmul mit- tmien vari tradizzjonali, u ghalhekk la sar zvilupp ikonografiku fihom u lanqas ma kien hemm participazzjoni fl- izvilupp ikonografiku generali li hakem il- gzejjer Maltin mill- 1960 'il hawn. Il- vari huma kollha xogħol pjuttost antik.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Belt Valletta,Tohrog Il- Gimgha 18 t' April Fil- 17.30
L- informazzjoni rigward il- Belt Valletta mehudin mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com
L- ORT
Din il- vara tal- kartapesta hi maghmula minn zewg elementi - Gesu gharrkopptejh jitlob w anglu jsabbru w jipprezentalu s- simboli tal- Passjoni - li saru fi zminijiet differenti. L- istatwa ta' Kristu hi xoghol ta' Saverio Laferla li sawwarha fl- 1741 meta zzanznet u jidher mid- dokumentar relevanti li qatt ma nbidlet. Kwazi l -ispejjez kollha tal- vara thallsu minn Girolano Grugno. Ma nafux jekk Laferla sawwarx anglu wkoll, anzi probabbli li Kristu kien statwa wahdu. Fl- 1773, l- istatwa kienet
tinkludi anglu kbir, ta' statwarju anonimu, li gie restawrat almenu darbtejn fis- seklu dsatax qabel twarrab fl- 1939 biex postu ttiehed mill- anglu prezenti ( kbir ukoll ) li hu xoghol Wistin Camilleri. Alfred Camilleri Cauchi rrestawra din il- vara fl- 1980 izda l- ahhar restawr taghha saret minn Dun Charles Vella fl- 2009.
IL- MARBUT
Kien fl- 1773 li din l- istatwa tissemma l- ewwel darba f' din il- purcissjoni, figura ta' Kristu tal- injam u kolonna tal- kartapesta minn artist mhux maghruf. Il- vara prezenti hi skultura fl- injam mill- isbah ta' Pietro Paolo Azzopardi li lestiha fl- 1831. Fir- restawr li sarilha fl- 1981 minn Alfred Camilleri Cauchi tnehhiet gonta ta' drapp abjad li kienet zdiedet fuq koxxet l- istatwa biex b' hekk il- vara giet lura fl- istat originali ta' kif kien skulturaha Azzopardi. Giet restawrata l- ahhar darba fl- 2006/7 minn Dun Charles Vella.
ECCE HOMO
L- ewwel rapprezentazzjoni ta' dan l- episodju kien maghmul b' aktar minn figura wahda w kienet tinkludi zewg persunaggi Lhud. Din il- vara kienet ghadha tezisti fl- 1758 izda, f' inventarju tal- 1773, jidher li nbidlet mal- istatwa prezenti li turi lil Gesu bilqieghda fuq kolonna baxxa. Hi vara skolpita fl- injam izda mhux minn zokk wiehed ghax almenu sieq wahda kienet minn zokk iehoer, bhalma deher car meta l- vara kienet qed tigi restawrata minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1981. Il-
vara regghet giet restawrata minn Dun Charles Vella fl- 2008 u, mill- istudju li sar fuqha, issahhet l- ipotesi li jista' jkun li l- iskultur taghha kien Frate Umile, l- iskultur tal- Kurcifiss mirakoluz li hemm fl- istess Knisja ta' Giezu mnejn tohrog din il- purcissjoni.
IR- REDENTUR
L- ewwel vara tal- Imghobbi fil- kartapesta saret minn Saverio Laferla wara l- 1730 izda nbidlet fl- 1830 b' xoghol ta' Salvatore Psaila. Fl- 1889 regghet inbidlet b' xoghol ta' awtur anonimu izda ma ntoghgbitx w allura fl- 1894 Giuseppe Dimech hallas biex saret il- vara prezenti attribwita lil Karlu Darmanin, bil- kundizzjoni li l- vara mwarrba ssir tieghu. Inkiteb li l- vara tal- 1889 spiccat fil- Knisja
Parrokkjali ta' San Gejtanu, il- Hamrun. L- ahhar restawr ta' din il- vara sar recentament minn Dun Charles Vella. Ir- raggiera tal- fidda nhadmet minn Silvestro Camilleri ghall- habta tal- 1830.
IL- VERONIKA
Il- vara prezenti hi xoghol fil- kartapesta ta' Saverio Laferla fl- 1737 u r- raggiera tal- fidda dehret l- ewwel darba fl- inventarju tal- 1796. Il- maktur li ghandha f' idejha nbidel diversi drabi izda dak prezenti nhadem ghall- habta tal- 1920 minn Ersilja Zahra. Il- wicc ta' Kristu tpitter diversi drabi nkluz minn Annibale Farrugia fl- 1830, minn Carmelo Sapiano fl- 1940, minn Oscar Testa fl- 1957 u minn Rafel Bonnici Cali' fl- 1965. Alfred Camilleri Cauchi rrestawraha fl- 1982 izda rega'
sar xoghol ta' rinnovazzjoni minn Dun Charles Vella fl- 2010.
IL- VARA L- KBIRA
Fl- 1741, il- benefattur Girolamo Grugno rregala rapprezentazzjoni tal- Krucifissjoni, xoghol ta' Saverio Laferla fil- kartapesta, biex tiehu post il- vara li kien hemm. Fl- 1854, wara li saru diversi restawri, inhadmet fil- kartapesta l- vara prezenti minn Salvatore Dimech li jinghad li hadimha fuq il- vara li kien hemm dak iz- zmien f' Hal- Qormi. Fl- 1789, sarulha tliet raggieri tal- fidda, xoghol tal- argentier Francesco Arpa. Fis- snin tmenin tas- seklu ghoxrin, il- vara giet restawrata minn Alfred Camilleri Cauchi.
Ritratti tal- Vara l- Kbira huma mehuda mill- pagna
ta' Facebook: Vari Malta Ghawdex
IL- MONUMENT
Mis- sett Belti, l- aktar vara li nbiddlet tul is- snin kienet il- Monument: wara li nbdiet il- purcissjoni fl- 1673, il- vara nbidlet fl- 1682, fl- 1728, fl- 1766, u saru angli godda fl- 1853 u fl- ahhar fl- 1868 minn Karlu Darmanin a spejjez ta' Salvatore Camilleri w li huma dawk li naraw illum. Fl- istess zmien sar il- Monument prezenti minn
Nikola Zammit. Dwar l- istatwa ta' Kristu Mejjet hemm bosta hwejjeg li m' humiex cari w difficli tghid x' gara ezatt fil- perjodu 1890 - 1894 meta twebblu li tinbidel din l- istatwa: kien hemm min accetta statwa gdida regalata minn Cikku Azzopardi, min ma ridhiex ecc. Illum hemm zewg statwi li wiehed minnhom hu maghruf bhala l- antik. Carmelo Sapiano rrestawra l- angli fl- 1937 u l- istess ghamel Guzeppi Caruana ( Ta' Marcjol ) fl- 1955. Fl- 1973, gie trasportat ix- xoghol tar- rakkmu. Ir- raggiera tal- fidda kienet saret fl- 1744.
ID- DULURI
Din il- vara ddahhlet fis- sett Belti fl- 1740 meta Saverio Laferla sawwar fil- kartapesta l- istatwa prezenti li hallas ghaliha Girolamo Grugno. Ghalkemm sarulha xi tibdiliet kosmetici w restawr, fil- kumpless din il- vara qatt ma nbiddlet. Sar restawr fl- 1868 filwaqt li fl- 1952 inbidel il- wicc tal- Madonna waqt ir- restawr li wettaq Guzeppi Caruana ( Ta' Marcjol ). Meta rrestawra l- vara fl- 1980, Alfred Camilleri Cauchi irripozizzjona wicc il- Madonna. L- ahhar restawr sar
minn Dun Charles Vella li zebaghha bl- istess kuluri li kienu jintuzaw fis- seklu tmintax. Is- sejf, il- kuruna simbolika w l- imsiemer tal- fidda saru mill- offerti tan- nies wara l- pesta tal- 1813 ghalkemm is- sejf u l- istellarju tal- fidda kienu diga' msemmija fl- inventarju tal- 1798. Fl- 1939 inbidel is- sellum ma wiehed gdid li nhadem mill- ahwa Bruno.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fil- Belt Valletta
Dawn ir- ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Ritratt antik tal- vara tal- Ort bl- Anglu originali. Fl- 1939 inbidel ma wiehed ta' Wistin Camilleri.
Innutaw il- wicc l- antik tal-vara. Il- wicc prezenti kien inhadem minn Guzeppi Caruana minn Bormla (Marcjol).