top of page

RAHAL GDID

Il- Purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira f' Raħal Ġdid hija l- aktar waħda riċenti fil- gzejjer Maltin u bdiet tiġi organizzata fl- 1971. Iżda tajjeb niċċaraw li fl- 1945, din il- Parroċċa għamlet il- vara tar- Redentur u sentejn wara dik tad- Duluri u minn dan iż-żmien sal- 1970 dejjem ħarget purċissjoni b' dawn iż- żewġ vari biss. Fl- 1971 twettqet xi ħaga li ma nafux li qatt ġrat xi mkien ieħor. Fi spazju ta' xahar, ċertu Patri Amando Ballucci, bil- permess tal- kappillan ħa 

l- inizjattiva li joħloq sett vari temporanji minn bċejjec ta' statwi w kurċifissi skartati jew imkissra li sab jiġru 'l hemm u 'l hawn. Bil- għajnuna ta' Biagio Galea, irnexxielu jlesti l- Marbut, l- Ecce Homo, il- Veronika, il- Vara l-Kbira w Kristu mejjet. Bil-għajnuna ta' numru ta' voluntiera tlesta wkoll l- armar kollu meħtieġ biex tiġi organizzata l- purċissjoni. Is- Sur Carmelo Buġeja daħal għax- xogħol tal- injam u ħadem il- bradelli, il- bankuni, il- lasti u l- furċini filwaqt li s- Sur Joe Deguara ħadem ix- xogħol tal- ħadid u tal- landa bħall- brazzi u l- fanali. Wara dan ix- xogħol kollu kellu jiġri li waqt il- purċissjoni, infetħu bibien is- sema u fi ftit ħin, ir- reffiegħa kellhom jiġru lura lejn il- knisja b'dawn il-vari bilkemm imżanżna. Wara din l-esperjenza, il- Parroċċa daret fuq l- istatwarju Antonio Farrugia (li kien diġa' ħadem l- istatwa tar- Redentur 28 sena qabel) biex jibda jaħdem sett ġdid ta' vari. L- Ort u Guda tlestew fis- sena 1972 u tlieta ohra fl- 1973. In- numru kompla jizdied tant li sal- 1976 kien hemm total ta' ghaxar vari f' din il- purcissjoni. Madankollu, minghajr ma nidhlu f' dettalji, ikollna nghidu li l- livell artistiku ta' dawn il- vari kien baxx, apparti l- ewwel tnejn li kienu saru fis- snin erbghin. Ma nafux kienx minhabba dan in- nuqqas ta' livell - jew ghal xi ragunijiet ohrajn - li fl- 1987 u fl- 1990 l- organizzaturi biddlu zewg vari w imbaghad accelleraw il- pass bejn l- 2002 u l- 2009 meta ssostitwew sitt vari shah u l- istatwa ta' San Gwann fil- vara tad- Duluri. Fil- fatt, mill- vari originali li saru sas- snin sebghin tas- seklu ghoxrin, illum baqa' biss ir- Redentur u l- istatwa tal- Madonna fil- vara tad- Duluri. Il- livell tekniku w artistiku tal- vari l- godda hu gholi ferm izda d- drammaticita' w il- movimentar li fihom joholqu dubju jekk humiex devozzjonali bizzejjed meta wiehed iqis li huma vari processjonali tal- Passjoni ta' Kristu. Min- naha l- ohra m' hemm l- ebda dubju li din il- lokalita' tat sehem tajjeb fl- izvilupp tal- ikonografija tal- vari tal- Passjoni.

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa F' Rahal Gdid,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fil- 17.30

L- informazzjoni rigward Rahal Gdid mehudha mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com

L- ORT

Vara msawra fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 2009 fejn naraw is- soliti figuri ta' anglu w Gesu. Apparti l- movimentazzjoni taz- zewg figuri, wiehed jinnota l- pozizzjoni insolita ta' Kristu quddiem l- anglu u l- fatt li, ghalkemm ghandu l- kalci simboliku tal- Passjoni f' idu l- leminija, m' hemmx is- salib li  tradizzjonalment hu wkoll assocjat ma' din ix- xena.

GUDA

F' din il- vara mahduma fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 2007, Kristu donnu qed icanfar lil Guda ghat- tradiment tieghu. Jibqa dubju jekk din ix- xena tirrapprezentax il- mument ta' qabel jew wara li Guda bies lil Gesu.

IL- MARBUT

Xena drammatika fejn suldat Ruman qed jifflagella bla hniena lil Gesu kwazi mdendel mal- kolonna, vara msawra fil- kartapesta minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 2005. Il- pozizzjoni ta' Kristu w tas- suldat ifakkruna f' pittura tal- flagellazzjoni esegwita fl- 1880 minn William Bourguereau.

ECCE HOMO

Ix- xena turi lil Pilatu jipprezenta lil Gesu lil- Lhud, vara fil- kartapesta ta' Michael Camilleri Cauchi fl- 2007. Interessanti li l- vara, bhalma kellha l- vara tal- Ecce Homo li kien hemm qabilha, tinkludi wkoll is- siggu tal- gvernatur Ruman, is- siggu tal- haqq minn fejn Pilatu kien jaqta' s- sentenzi tieghu bhala magistrat.

278127635_671880490786552_6588389213016048633_n_edited.jpg

IR- REDENTUR

Is- sena 2022, rat is- sett vari tal- Gimgha l- Kbira ta' din il- Bazilika komplut. L- ahhar vara, kienet din tar- Redentur, li kienet giet ordnata fis- sena 2019. Din il- vara nħadmet mill-artist Michael Camilleri Cauchi flimkien ma’ ibnu Adonai, filwaqt li l- abbozz inħadem minn Adonai Camilleri Cauchi. Wara l- quddiesa solenni ta’ Ħadd il- Palm tal- Passjoni tal- Mulej, il- Kappillan Dun Marc André Camilleri inawgura w bierek din il- vara l- ġdida.

GESU JILTAQA'

MAL- MADONNA

Din il- vara tal- kartapesta msawra minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1987 turi xena drammatika fejn l- id il- leminija ta' Gesu donnha qed titlob konfort minghand il- Madonna ommu, pozizzjoni li tfakkarna fil- vara simili tax- Xaghra (1987), ghalkemm f' dan il- kaz kienet l- id ix- xellugija. Kontrarju ghal dak li naraw fiz- zewg vari simili li hawn fil- gzejjer Maltin (Qormi w Xaghra), Kristu donnu qed jistrieh fuq is- salib u mhux 

igorru fuq spalltu. Dan apparti li s- salib hu maghmul mill- frieghi raffi ta' sigra li hu b' kuntrast ma kif normalment hu rapprezentat is- salib, jigifieri catt u ncanat, anki f' din il- purcissjoni stess. Il- vara kienet donazzjoni tal- familja Cassar.

IL- VERONIKA

Din il- vara mahduma fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 2005 irrepetiet il- grupp ta' tliet figuri - il- Veronika, mara Lhudija w tfajjel - li kien hemm fil- vara precedenti izda b' mod hafna aktar drammatiku. Hi repetuta l- azzjoni fejn il- mara qed turi l- miraklu li sehh meta wicc Kristu baqa' stampat fuq il- velu. Il- pozizzjoni tat- tfajjel, li hawnhekk jidher ta' eta akbar mit- tifel tal- vara precedenti, issa qieghda fuq il- lemin u mhux quddiem il- mara.

IL- VARA L- KBIRA

Il- Krucifissjoni hi pprezentata b' mod drammatiku w movimentat bis- soliti erba' figuri. Ta' min jinnota li Marija Maddalena hi ppozizzjonata fuq quddiem, kwazi paralella ma' San Gwann bil- Madonna warajha li qieghda kwazi taht is- salib. Dan hu b' kuntrast mal- pozizzjoni tradizzjonali tal- Maddalena taht is- salib. Din il- vara tal- kartapesta hi xoghol Michael Camilleri Cauchi li hadimha fl- 2002. Is- salib ghandu finimenti tal- fidda.

ID- DIFNA

San Gwann, Nikodemu w Guzeppi minn Arimatea jidhru qed iqeghdu 'l Gesu mejjet fuq gebla kbira fil- qabar. Ghalkemm movimentata, il- vara tixhed sensitivita' fil- mod kif tliet dixxpili qed iqandlu l- gisem mejjet ta' Kristu. Wiehed irid jara l- vara minn aktar minn angolu wiehed biex japprezzaha. Hi vara tal- 1990 li nhadmet fil- kartapesta minn Alfred Camilleri Cauchi.

ID- DULURI

Fl- 1947 saret il- vara tad- Duluri li sawwarha Wistin Camilleri fil- kartapesta. Kellha anglu zghir mal- Madonna izda dan tnehha w floku tqieghdet il- figura ta' San Gwann fl- 1948. Il- vara baqghet hekk sal- 2009 meta sar restawr fuq il- Madonna minn Alfred Camilleri Cauchi li wkoll sawwar il- figura prezenti ta' San Gwann. Din hadet post l- istatwa li kien sawwar missieru Wistin aktar minn sittin sena qabel izda zamm il- hsieb ta' San Gwann jiddjaloga mal- Madonna.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki F' Rahal Gdid

Din il- vara, xoghol fil- kartapesta ta' Antonio Farrugia,  intuzat mill- 1972 sal- 2008. F' din ir- rapprezentazzjoni, b' kuntrast ma' vari simili, l- anglu f' idejh la ghandu kalci w lanqas salib u donnu ma jafx x' ser jaghmel. Id- donatrici ta' din il- vara kienet Guzeppa Deguara.

Jidher l- anglu originali, xoghol ta' Antonio Farrugia, illi maz- zmien inbidel u sar iehor ta' Mons. George Deguara

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Dawn ir- ritratti mehudha mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

F' din ir- rapprezentazzjoni, Guda jidher riesaq biex ibus lil Gesu. Hi xoghol fil- kartapesta ta' Antonio Farrugia fl- 1972 u ntuzat sal- 2006. Id- donaturi ta' din il- vara kienu Carmelo Borg u l- mara tieghu.

Diversi benefatturi hallsu bejniethom l- ispejjez ta' din il- vara tal- kartapesta li turi manigold qed jifflagella lil Gesu. Hi xoghol ta' Antonio Farrugia w intuzat mill- 1973 sal- 2004.

17358841_1918787361687232_4757714879511692444_o_edited.jpg

Din kienet l- ewwel vara li saret u li biha harget l- ewwel purcissjoni fl- 1944. Hi vara msawwra fil- kartapesta minn Antonio Farrugia w turi lil Gesu fil- posizzjoni tradizzjonali ta' meta waqa' taht it- toqol tas- salib. Is- salib tal- kewba ghandu finimenti tal- fidda. Hi vara sobrija li wkoll tigbed devozzjoni. Illum din l- istatwa tintuza ghall- pellegrinagg.

Maddalena Galea kienet il- benefattrici ta' din ir- rapprezentazzjoni ta' Pilatu qed jipprezenta 'l Gesu lil- Lhud. Hadimha fil- kartapesta Antonio Farrugia fl- 1973 u ntuzat sal- 2006.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Xoghol fil- kartapesta minn Antonio Farrugia fl- 1976 li ntuzat sal- 1986 u kienet donazzjoni tal- familja Cassar

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Xoghol Antonio Farrugia fejn apparti z- zebgha li hi differenti jidher anke t- tifel l-orginali ta' l- istess artist, li maz- zmien inbidel u sar iehor minn Mons. George Deguara.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Mal- Veronika jidhru wkoll mara w tifel iharsu lejn u juru l- miraklu fuq il- velu tal- protagonista. Dan kien xoghol fil- kartapesta minn Antonio Farrugia fl- 1973 li baqa' uzat fil- purcissjoni sal-2004. Fl- 1990 kienu saru xi rfinituri fil- panniggi tal- ilbies. Angelo Mangion kien id- donatur tal- vara.

Din Kienet statwa ( tal- kartapesta ) ta' Gesu Msallab li kien ikollu l- gogi biex jitnizzel minn mas- salib waqt il- funzjoni liturgika ta' nhar il- Gimgha l- Kbira ta' wara nofsinhar. Gie rrangat fuq blat flimkien ma' gebla kbira tonda wara rasu biex tissimbolizza l- qabar fejn indifen. Ix- xoghol kien sar fl- 1971 u l- vara baqghet tohrog fil- purcissjoni sal- 1989.

Dawn ir- ritratti mehudha mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

Xoghol iehor fil- kartapesta minn Antonio Farrugia fl- 1976 li hallas ghalih Salvatore Bezzina.  Is- salib jilhaq gholi ta' 6.4 metri meta jingarr fuq l- ispalla. L- ahhar darba li din il- vara harget fil- purcissjoni kienet fl- 2001.

Dan hu il- kurcifiss ta' l- ewwel Vara l-Kbira w hu mahdum minn Patri Amando Balucci fis- sett temporanju li kien sar fl-1971. Illum dan il- Kurcifiss jinsab armat wara l- artal Maggur tal- Knisja ta' Kristu Sultan ta' Rahal l- Gdid.

Dawn ir- ritratti (FUQ) u l- informazzjoni rigward l- istatwi tad- Duluri (ISFEL), huma mehudhin mill- pagna ta' Facebook: 

 

Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

L- istatwa tad- Duluri, xoghol ta' Wistin Camilleri li saret fl-1946. Maghha hemm akkumpanjat anglu, li sena wara inbidel ma figura ta' Gwanni

L- istatwa tal- Addolorata bl-ewwel figura ta' San Gwann. Kienet inbidlet fl-1990

 Fl-1990, San Gwann rega' nbidel ma wiehed ikbar xoghol it- Tarxiniz Renzo Gauci.

Dawn ir- ritratti (FUQ) u l- informazzjoni rigward l- istatwi tad- Duluri (ISFEL), huma mehudhin mill- pagna ta' Facebook:

 

 Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

F' dawn it- tliet ritratti qeghdin naraw l- istatwi tal- Marbut, l- Ecce Homo u dik tal- Veronika li kienu jaghmlu parti mis- sett provizorju li hareg biss fis- sena 1971. Rigward il- marbut, l- istatwa hija xoghol antik hafna w kienet taghmel parti mis- sett l- antik li kellhom Bormla. Ghamel xi zmien ghand familja privata minn Rahal Gdid stess merfugh go garaxx. Ghamel xi zmien fl- imwarrab fil- knisja ta' Sant' Ubaldeska. Issa jinsab meqjum fil-knisja ta' Sant' Antnin , Ghajn Dwieli, f'Rahal l- Gdid stess.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page