![](https://static.wixstatic.com/media/65c69c_40077d3f42ef45fcadd365a008e2dd13~mv2.jpg/v1/fill/w_1536,h_799,al_c,q_85,enc_auto/65c69c_40077d3f42ef45fcadd365a008e2dd13~mv2.jpg)
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
![victorian design](https://static.wixstatic.com/media/65c69c_e9b9164c2cd24ec59ddcbde401e87c96~mv2.png/v1/fill/w_265,h_702,al_c,lg_1,q_85,usm_0.33_1.00_0.00,enc_auto/65c69c_e9b9164c2cd24ec59ddcbde401e87c96~mv2.png)
ISLA
Il- purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira fl-Isla hija waħda mill- eqdem f' pajjiżna w huwa dokumentat li tmur lura sa mill- anqas l- 1714. Il- Fratellanza Tal-Kurċifiss tieħu ħsieb l- organizzazzjoni ta' din il- purċissjoni. Sal-1880, din il-purċissjoni kienet issir nhar Hamis ix-Xirka imma wara ordni tal-Arċisqof Carmelo Scicluna u li kienet tgħodd
![](https://static.wixstatic.com/media/65c69c_01ec8845e11b49f6b25febcd5e6f956b~mv2.jpg/v1/fill/w_583,h_351,al_c,lg_1,q_80,usm_0.33_1.00_0.00,enc_auto/65c69c_01ec8845e11b49f6b25febcd5e6f956b~mv2.jpg)
għall- Parroċċi kollha, din bdiet toħrog nhar il- Ġimgħa l- Kbira. Il- purċissjoni li toħroġ mill- knisja Bażilika ddedikata lill-
Marija Bambina hija mibnija madwar il- misteri rrapreżentati mill- vari. Persunaġġi Biblici jimxu skond il- konnessjoni li
għandhom mal- vara partikolari. Bejn il- Persunaġġi Biblici, it- tfal u r- reffiegħa jieħdu sehem bejn wieħed u ieħor mal-
mitejn u ħamsin ruħ. Jakkumpanjaw il- purċissjoni jkun hemm ukoll il- kanonċi tal- kapitlu l- abbatini. Il- vari fl- Isla
għandhom storja antika għalkemm x' uħud minnhom inbiddlu jew ġew irranġati fit- tieni nofs tas- seklu dsatax mill-
istatwarju Senglean Karlu Darmanin . Madankollu, tajjeb ninnotaw li l- aħħar bidla li saret fil- vari tmur lura għall- 1921
meta nħaddmet vara ġdida tad- Duluri. Fl- Isla nsibu s- sett tradizzjonali ta' tmien vari armati fuq bradelli sbieħ tal- ġewz
li saru bejn l- 1976 u l- 1981, xogħol ta' Ġuzeppi Galea fuq disinn ta' Salvu Bugeja. Il- bradelli jiġu armati b' sett ta'
brazzi tal- bronż arġentat xoghol ta' Vanni Bartolo mill- Isla u b' bukketti tal- ward ġo vażuni tal- fidda.Ir- reffiegħa tal-
vari huma fratelli ta' l- istess Fratellanza tal- Kurċifiss u jilbsu konfratija lewn it- tiben, kapoċċ f'rashom u kurdun tal-ħabel
mal-qadd. Fil- kas tal-Monument biss, ir- reffiegħa jilbsu s- suttana w spellizza u dan biex tinżamm tradizzjoni antika
meta l- Monument kien jintrefa mill- qassisin. Il- vari kollha gew restawrati w mizbugha mill- gdid bejn l- 1985 u l- 1988
minn John Pace.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fl-Isla,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fil- 17.30
L- informazzjoni rigward il- Belt Valletta mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com
L- ORT
Wahda mill- ahjar rapprezentazzjonijiet tal- Orazzjoni fl- Ort li ghandna fil- gzejjer taghna, din il- vara li tmur lura lejn is- snin bikrin tas- seklu tmintax u hi wahda mill- ewwel sett vari ta' din il- lokalita'. Hi tal- kartapesta izda mhux maghruf l- istatwarju li sawwarha. Min- naha l- ohra, jekk hi tassew wahda mill- vari ta' madwar is- sena 1714, allura kienet saret qabel Saverio Laferla hu dokumentat li hadem l- ewwel vari maghrufin tieghu fil- kartapesta fl- 1737. Haga
nteressanti f' din il- vara hi li l- anglu bil- kalci simboliku f' idu l- leminija w is- salib fix- xellugija qieghed fuq ix- xellug tal- vara ( u, naturalment, Kristu qieghed fuq il- lemin ) meta normalment dawn il- pozizzjonijiet ikunu l- kuntrarju. Is- salib ghandu finimenti tal- fidda li saru fl-1952 izda r- raggiera tal- fidda tmur lura ghal nofs is- seklu dsatax. Il- kalci, li hu antik ukoll izda bla datazzjoni, hu donazzjoni tal- familja Frendo fl- 1964.
IL- MARBUT
Din ir- rapprezentazzjoni tal- Flagellazjoni ta' Gesu hi xoghol fil- kartapesta ta' Karlu Darmanin li probabbilment sawwarha f' xi zmien qabel l- 1868. Id- datazzjoni tar- raggiera tal- fidda tmur lura lejn nofs is- seklu dsatax. Qabilha kien hemm vara ohra, probabbli tixbaha, li mhux maghruf x' sar minnha.
ECCE HOMO
Vara li turi lil Gesu bil- wieqfa nkurunat bix- xewk b' mantar ahmar fuq spallejh u virga tal- fidda f' idu. Din hi vara li ngiebet fl- 1802 minn Spanja minn familja ghanja mill- Isla b' ringrazzjament talli l- familja helsitha hafif tul l- imblokk tal- Francizi ta' bejn l- 1798 u l- 1800. L- istatwarju tal- vara mhux maghruf. Il- mantell, li hu tal- bellus ahmar skur irrakmat bid- deheb b' disinn forma ta' kuruna tax- xewk, sar fl- 1907. Ir- raggiera tal- fidda hi xoghol ta' nofs is- seklu dsatax. Il- vara tal- Ecce Homo precedenti, li
kienet turi lil Gesu bilqieghda fuq kolonna baxxa, kienet intrefghet f' nicca fil- kappella tal- Ospizio Sant' Anna izda gralha hsara rreparabbli meta xxarrbet.
IR- REDENTUR
Din il- vara, devota hafna w meqjuza mirakoluza, probabbilment kienet fost l- istatwi tal- ewwel sett tal- ewwel snin tas- seklu tmintax. L- awtur tal- vara mhux maghruf, lanqas is- sena meta saret ghalkemm hu maghruf li Karlu Darmanin kien irrestawraha estensivament b' xi tibdil fil- libsa w il- pozizzjoni tal- figura. Id- data ta' dan l- intervent mhux maghruf u ghalhekk ma nistghux nghidu jekk sarx b' reazzjoni ghal
rapport li sar fl- 1858 dwar kwistjoni fil- qorti fuq ir- Redentur ta' Bormla fejn, fir- rigward tar- Redentur tal- Isla, inkiteb li l- proporzjonijiet u l- panniggi kienu difettuzi. Ovvjament, dan il- kumment ma kienx dirett ghall- harsa penetranti w il- wicc sabih ferm ta' din l- istatwa li qatt ma ntmiss hlief biex jitnaddaf. Ir- raggiera hi xoghol tal- 1838 mill- argentier Paolo Schembri w hi donazzjoni b' weghda ta' Giovanni w Filomena Galdes. Maz- zmien, giet indurata bid- deheb. Il- finimenti tas- salib huma tal- fidda w saru lejn nofs is- seklu dsatax. Din il- vara ilha mill- 1727 esposta ghall- qima tan- nies tul is- sena kollha.
IL- VERONIKA
Ma jidhirx li fl- Isla kien hemm vara tal- Veronika qabel ma ssawret din l- istatwa fil- kartapesta minn Karlu Darmanin ghall- habta tal- 1870. Biz- zieda ta' din il- vara, is- sett ta' vari lahaq in- numru tradizzjonali ta' tmienja. Ir- raggiera tal- fidda hi xoghol l- argentier Vincenzo Cachia fl- 1852 u thallset minn Gaetano Catania. Din id- data ( 1852 ) iggib il- possibilita' li kien hemm vara precedenti tal- veronika.
IL- VARA L- KBIRA
Originarjament, l- istatwa ta' Marija Maddalena f' din il- vara kienet mixhuta ghal tulha fl- art u kienet tokkupa wisq spazju fuq il- bradella. Ghal- daqstant inbidlet mal- istatwa prezenti li, flimkien mal- istatwa tal- Madonna, hi xoghol fil- kartapesta ta' Karlu Darmanin li wkoll wettaq it- tqassim prezenti ta' dan il- grupp f' sena li mhux maghrufa. Il- Kurcifiss u San Gwann huma mis- sett tas- seklu tmintax, izda mhumiex maghrufin la l- istatwarju w lanqas id- data tal- manifattura
ghalkemm gie ssugerit, bla ebda bazi soda, li l- Kurcifiss jista jkun xoghol ta' Saverio Laferla. Dan il- Kurcifiss gie rrestawrat estensivament minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1980. L- istatwa l- antika tal- Maddalena nqerdet fit- Tieni Gwerra Dinjija waqt hbit mill- ajru w mhux maghruf x' sar mill- istatwa l- antika tal- Madonna. Il- finimenti tas- salib huma tal- fidda w saru fl- 1952. Ir- raggiera ta' Kristu,l- iskrizzjoni I.N.R.I. ( l- ittri huma ndurati bid- deheb ), id- dijademi, is- sejf tal- Madonna, is- sandlijiet u l- bieqja taz- zejt huma wkoll tal- fidda, xoghol ta' nofs is- seklu dsatax.
IL- MONUMENT
L- istatwa ta' Kristu Mejjet hi antika w xejn mhu maghruf dwarha hlief li kienet tapparteni ghas- sett l- antik tas- seklu tmintax. L- urna hi xoghol Felice Zahra fit- tieni nofs tas- seklu tmintax filwaqt li l- angli huma skulturi ta' Mariano Gerada li saru lejn il- bidu tas- seklu dsatax. Ir- raggiera tal- fidda hi xoghol l- argentier Tommaso Scicluna fl- 1777 u nghatat b' donazzjoni minn zewg benefatturi anonimi bil-
kundizzjoni li tintuza wkoll ghall- vara tal- Irxoxt. Il- Monument kien gie rinnovat w indurat fl- 1902 u mill- gdid fl- 1985 b' induratura tad- deheb isfar u deheb abjad, xoghol tad- ditta Emanuel Darmanin Gilders. Il- pavaljuni bir- rakkmu tad- deheb ( xoghol tad- ditta Griscti's Embroideries u hjata ta' Cecilia Schiavone ) fuq lama bajda saru fl- 1985. Ghall- kuntrarju tal- Monument ta' lokalitajiet ohrajn fejn jispikkaw il- kuluri vjola w ahmar, dan il- Monument hu bbazat fuq l- abjad.
ID- DULURI
Din il- vara, biz- zewg statwi tal- Madonna w San Gwann imsawra fil- kartapesta, saret fl- 1921 mill- istatwarju Carmelo Mallia w thallset minn Stiefnu Sant Angelo. Il- finimenti tas- salib, l- iskrizzjoni I.N.R.I. ( l- ittri huma ndurati bid- deheb ), id- dijademi, is- sandlijiet u l- bieqja taz- zejt huma tal-fidda li saru lejn nofs is- seklu dsatax. Il- vara l- antika kellha anglu zghir minflok San Gwann u f' idejh kien izomm kuruna tax- xewk u tliet imsiemer. Din il- vara nqerdet fit- Tieni Gwerra Dinjija rizultat tal- hbit mill- ajru.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
![](https://static.wixstatic.com/media/65c69c_3be8ccdc622e405d824f9bf67351f9d0~mv2.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_auto/65c69c_3be8ccdc622e405d824f9bf67351f9d0~mv2.png)