Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
RABAT
F’Diversi bliet u rħula maltin isiru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, iżda l-eqdem purċissjoni hija dik li toħroġ mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ (Ta’Ġieżu) organniżżata mill-Veneranda Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina. Hawn insibu li l-antenati tagħna minn dejjem kienu juru devozzjoni u qima kbira lejn il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, tant li fl-Abbatija ta’ Dejr u l-Katakombi ta’ Sant’ Agata insibu affreski li jixdhu dan kollu. Qrib il-Belt tal-Imdina inssibu l-Kappella ta’ San Ġużepp flimkien mal-Oratorju illum is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat. Ma ġenb din il-Kappella lejn l-1500 il-Patrijiet Franġiskani Minuru waqqfu il-Kunvent tagħhom hawn u bnew il-Knisja ta’ Santa’ Marija ta’ Ġesu’. F’dan il-kunvent f’ Awissu 1534 miet l-ewwel Gran Mastru tal-Ordni f’ Malta L’Isle Adam, li fdal tiegħu għadu jinsab midfun ħdejn il-Kappella ta’ San Ġużepp.
Lejn l-1345 twaqqfet l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp bl-iskop li tiċċelebra l-festa ta’ dan il-Patrun Universali u biex
torganizza l-festi ta’ Marija Addolotara, u tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawwmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Għan ieħor kien li
tieħu ħsieb l-Imgħalqin, il-Povero Morto u anki tgħin il-foqra. Id-Devozzjoni lejn il-ġrajja tal-Passjoni b’mod partikulari fir-
Rabat ħadet spinta kbira l-quddiem mal-miġja tal-Patrijiet Minuri Osservanti fl-1494. Magħhom bdiet ingħaqdet l-eqdem
Fratellanza ta’ Pajjiżna, l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp li mill-ewwel ħadet l-inkarigu li tibda torganizza it-tifkira tal-
Passjoni. Skond dokument antikismu li jġib id-data tal-1591, juri li ġewwa ir-Rabat tal-Imdina kienet diġa ilha issir
purċissjoni tal-Passjoni għalkemm differenti ħafna minn kif nafuha illum. Kemm din il-Purċissjoni hija aktika jixhduh id-
daqq malinkoniku tas-Suffara u t-tanbur.
Fis-sena 1668 il-Fratellanza kienet diġa torganizza id-devozzjonijiet tal-Ġimgħat tar-Randan, billi fl-ewwel ġimgħa kienet
toħroġ il-Vara tal-Ort u wara issir priedka fuq dan l-ewwel Misteru tat-Tbatija. Wara in-nisa u t-tfal kienu joħorġu u jibqa
biss il-Fratelli li kienu jagħmlu id-dixxiplina filwaqt li kienu jkantaw is-Salm Miserere u xi talb ieħor. Fl-antik kien hawn il-
faqar iżda l-poplu nisrani qatt ma naqas milli jikkontribwixxxi wara li jkun qala’ xi grazzja, kemm in-nies komuni u anki
dawk nobbli għamlu opri tal-fidda għal-vari tal-Ġimgħa il-Kbira. Fl-1757 insibu li xi vari kienu tant fi stat ħażin li kellhom
jinbidlu. Dawn kienu l-vara tal-Ort u l-Imgħobbi. Fl-istess sena ġew ukoll miżjuda l-vari tal-Marija Addolorata u tal-Irxoxt
Mal-milja taż-żmien il-purċissjoni bdiet tieħu xejra oħra billi żdiedu oġġetti b’simboli u strumenti tal-passjoni. Fl-1883
twaqqfet il-Prokura tal-Ġimgħa il-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp bl-ewwel prokuratur ikun is-Sur Feliċ
Taliana. Fl-Antik din il-Purċissjoni kienet ferm itwal milli hija illum. Din kienet tidħol fil-Belt tal-Imdina, dan jixdhu l-fatt li
is-salib tal-Vara l-Kbira kellu iċ-ċapetti biex ikun jista’ jagħdi mill-bieb tal-Imdina. Il-Monument kien ukoll jidaħal fil-Knisja
ta’ San Franġisk u ta’ Santu Wistin fejn kienu jkantaw xi antifoni u l-Miserere.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fir- Rabat,Tohrog Il- Gimgha 18 T' Aprl Fil- 17.30
L- informazzjoni rigward ir- Rabat mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
L- ORT
Din il- vara ta' Gesu kkonfortat minn anglu hi xoghol fil- kartapesta li ssawret minn Antonio Mifsud fl- 1825. Ir- raggiera tal- fidda ta' Kristu saret fl- 1882 u kienet irregalata min- Nobbli Ursula Grech Delicata.
GUDA
Din il- vara zdiedet mas- sett fis- sena 1982, xoghol fil- kartapesta ta' l- iskultur Alfred Camilleri Cauchi. Turi lil Guda jittradixxi lill- imghallem tieghu permezz ta' bewsa.
IL- MARBUT
Vara sabiha minn artist Sqalli li baqa' anonimu skulturata fl- injam, anzi minn zokk wiehed ta sigra, lejn tmiem is- seklu sbatax. Probabbilment hi l- eqdem vara fil- gzejjer Maltin li ghadha tinhareg fil- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira.
ECCE HOMO
Xoghol espressiv fil- kartapesta li ssawwar minn Alfred Camillei Cauchi fl- 1984 biex ha post vara simili li nhadmet fis- sena 1824 minn Antonio Mifsud u fejn illum il- gurnata tinsab ikkonservata f'nicca go l-oratorju tal- fratellanza ta' San Guzepp. Ir- raggiera ta' Kristu hi donazzjoni ta' Giuseppe Zammit fl-1850 u hi tal- fidda mahduma fil- filogran.
IR- REDENTUR
Vara sabiha w devota ta' Gesu mghobbi bis- salib li dwarha xejn mhu maghruf, la meta saret u lanqas min sawwarha. Hi statwa tal- kartapesta u s- salib ghandu finimenti tal- fidda. Fid- 9 t'April 1832, l- Isqof Francesco Saverio Caruana kkonceda 40 jum indulgenzi lil kull min jghid "Jiena Nemmen" quddiem din l- istatwa. Din tixhed devozzjoni qawwija li kienet diga tezisti w allura tindika li possibilment hi vara li ssawret fis- seklu tmintax. Hawn min jattribwiha lil Antonio Mifsud.
IL- VERONIKA
Din l- istatwa helwa tal- kartapesta saret minn Karlu Darmanin li sawwarha fl- 1880 filwaqt li l- ispejjez thallsu mill- Baruni Giuseppe de Piro Gourgion. Bhalma solitu kien jaghmel, Darmanin uza l- velu propju tal- Veronika biex fuqu jintwera wicc Gesu u mhux xi velu iehor. Hu juza idha l- leminija biex turi l- miraklu lin- nies li qeghdin iharsu. Il- wicc ta' Kristu tpitter minn Karmenu Azzopardi u fl- 2009 Joseph Sultana zeba' l- Veronika (apparti l- wicc ta' Gesu) mill- gdid fil- kuluri originali li darba kellha fl- 1880.
L- GHAXAR STAZZJON
Dan l- episodju originali kien sar fuq talba tal- Arcisqof Monsinjur Mikiel Gonzi u l- vara waslet fl- 1962 fejn kienet inhadmet f' Bari mid- ditta Salvatore Bruno imma li spiccat tmermret ghal kollox. Inbidlet mal- vara presenti fl- 1984, xoghol fil- kartapesta minn Alfred Camilleri Cauchi.
IL- VARA L- KBIRA
Din il- vara b' erba' figuri tal- kartapesta tmur lura lejn l- ewwel nofs tas-seklu tmintax ghax hu maghruf li fl- 1741 saret ir- raggiera tal- fidda ghal ma' ras Kristu agonizzant. Mhux maghruf la l- isem tal- istatwarju w lanqas is- sena/snin precizi meta sar/u. Ir- raggiera tal- Madonna saret fl- 1883 u thallset mill- Barunissa Maria Teresa d' Amico Inguanez. It- tabella I.N.R.I. ta' mas- salib hi miktuba bi tliet lingwi - bl- Ebrajk, bil- Grieg u
bil- Latin - u hi l- unika wahda fil- gzejjer Maltin li hi ppresentata b' dan il- mod. Lejn tmien is- seklu dsatax, sar xoghol ta restawr u tiswija tal- istatwi minn Karlu Darmanin.
IL- MONUMENT
L-urna barokka prezenti, li hi indurata bil- folji tad- deheb u saret fl- 1953, hi kopja tal- original l- antik bix- xoghol tal- injam minn Guzeppi Muscat, l- iskultura minn Carmelo Tonna w l- induratura minn Guzeppi Farrugia. L- urna l- originali tinsab ikkonservata tajjeb go nicca li qedha fl- Oratorju tal-
Fratellanza ta' San Guzepp u ghadna nistghu ngawduha sal- lum. Jinghad li l- urna artistika li nhadmet fuq stil barokk inhadmet fi Sqallija ghal- habta tal- 1500. L- istatwa ta' Kristu Mejjet hi antika hafna w l- istatwarju taghha mhux maghruf. Ir- raggiera tal- fidda ma' ras Gesu kienet rigal mill- Barunissa Maria Teresa d' Amico Inguanez fl- 1863. B' kuntrast ma' bosta urni ta' lokalitajiet ohrajn, ma din l- urna m'hawnx angli izda hi dekorata b' madwar erba' w erbghin globu tal- hgieg li jinxteghlu bix- xemghat tul il- purcissjoni.
ID- DULURI
Vara tal- kartapesta li ssawret fl- 1871 minn Karlu Darmanin,ghalkem inkiteb ukoll li dan l- istatwarju tant wettaq xoghol enormi ta restawr fil- vara originali li spicca biex bidilha mill- qiegh w allura ghandha titqies bhalha xoghol tieghu. L- aktar haga originali hi li l- Madonna akkumpanjata minn anglu kbir filwaqtli, normalment, fuq vari simili, l- anglu jkun zghir. L- istellarju tal- fidda ma' ras il- Madonna kien rigal ta' Felic Portelli u l- istallett irregalah Vincenzo Borg. Bhall- kaz tal- Vara l- Kbira,it- tabella I.N.R.I mwahhla mas- salib hi bi tliet lingwi.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fir- Rabat
Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Il- Monument: L- urna tal- injam indurat tal- Monument il- qadim, li tmur lura lejn is- seklu sittax, kienet xoghol Sqalli li giet rinnovata tliet darbiet qabel ma twarrbet biex postha haditha replika tieghu. Illum ghada mizmuma fl- Oratorju ta' San Guzepp ix- Xih, ezattament taht l- istatwa tal- qaddis.
Gesu Jnezzghuh minn Hwejgu: Vara Taljana tal- kartapesta li ngiebet minn Bari fl- 1962, xoghol Salvatore Bruno, u thallset minn Guseppi Zahra. Maz- zmien tmermret u kellha tinbidel fl- 1984. Kienet saret fuq rikjesta tal- Arcisqof Monsinjur Mikiel Gonzi.
L- Ecce Homo: Din il- vara, f' poza tradizzjonali, kienet issawret fil- kartapesta minn Antonio Mifsud fl- 1824 u baqghet tintuza sal- purcissjoni tal- 1983. Daz- zmien hi ppreservata f' nicca fl- Oratorju tal- Fratellanza ta' San Guzepp.