Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
RABAT ( KATIDRAL )
Din hi l- aktar purcissjoni ricenti li giet organizzata f' Ghawdex, ezattament fl- 1968, izda tinkludi diversi vari li l- origini taghhom imorru lura lejn is- seklu tmintax. Tradizzjonalment jinghad, minghajr ebda prova dokumentata, li Sqalli mahrub li kien sab refugju f' Ghawdex sawwar il- vari tal- Ort (Kristu biss), il- Marbut, l- Ecce Homo u r- Redentur fis- snin bikrin tas- seklu tmintax ghall-
Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha Mqaddsa Fil- Katidral
Fratelleanza tal- Kurcifiss li, b' kumpens,ipprovdietlu saqaf ghal rasu. Hu fatt, pero', li dawn l- istatwi jixhdu t- tradizzjoni
statwarja ta' Sqallija w li tiswir taghhom imur lura lejn is- seklu tmintax. L- ewwel skop tal- fratellanza kien li, flimkien ma
Krucifissjoni ezistenti, jigu esposti, wahda kull gimgha tar- Randan, fil- Katidral u, mbaghad, dahlet id- drawwa li jsiru
hames purcissjonijiet qosra tar- Randan bihom. Dawn il- purcissjonijiet inqatghu u, probabbli lejn tmien is- seklu tmintax
jew il- bidu tas- seklu dsatax, bdew jitnizzlu l- erba' statwi (tal- Isqalli) fil- parrocca ta' San Gorg fejn kienu jinhargu fil-
purcissjoni formali tal- Passjoni flimkien ma vari ohrajn. Bejn l- 1968 u l- 1975, din il- purcissjoni formali tal- Passjoni ma
hargitx w allura l- Katidral ottjena l- permess biex jorganizza l- purcissjoni tieghu. L- ewwel manifestazzjoni ta' din ix-
xorta saret fil- 31 ta' Marzu 1968 b' hames vari: l- erba' li semmejna w il- Vara l- Kbira. Wara zdiedu zewg vari ohrajn, id-
Difna ta' Gesu w il- Madonna tad- Duluri biex in- numru tela' ghal sebgha, kif baqa' sal- lum. Filfatt, din hi l- unika
purcissjoni li qatt ma nkludiet vara tal- Veronika, statwa li nsibuha fil- manifestazzjonijiet l- ohrajn kollha tal- Passjoni. L-
istatwi - naturalment bl- eccezzjoni tal- Marbut, l- Ecce Homo w il- Kurcifiss - huma manikini w jitlibbsu hwejjeg rikki tad-
drapp. Bil- vara originali tad- Difna, zewg angli fil- vara tal- Ort, u l- inkluzjoni ta' Marija ta' Kleofa mad- Duluri sal- 1984, il-
Katidral ippartecipa wkoll fl- izvilupp tal- ikonografija tal- vari lokali.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Katidral
Tohrog Il- Hamis 29 Ta' Marzu Fis- 18.30
L- informazzjoni rigward ir- Rabat (Katidral) mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph Grech
L- ORT
L- idejn, is- saqajn u r- ras ta' Gesu huma xoghol fil- gibs u l- kartapesta tas- snin bikrin tas- seklu tmintax minn artist mhux maghruf izda l- anglu huwa xoghol ricenti tas- sena 2016 li sar mill- istatwarju Ghawdxi Aaron Camilleri Cauchi.
IL- MARBUT
Vara mahduma fis- snin bikrin tas- seklu tmintax minn artist mhux maghruf permezz ta' kompozizzjoni ta' gibs u kartapesta.
ECCE HOMO
Din il- vara hi kompozizzjoni ta' gibs u kartapesta, xoghol ta' artist mhux maghruf fis- snin bikrin tas- seklu tmintax. Il- virga, jew qasba, tal- fidda f' idejn Gesu saret fl- 1968.
IR- REDENTUR
Ir- ras, l- idejn u s- saqajn huma xoghol ta' artist mhux maghruf fl- ewwel snin tas- seklu tmintax. Is- salib tal- gewz sar fl- 1968 u nhadem minn Gorg Farrugia.
IL- VARA L- KBIRA
Ix- xoghol fuq din ir- rapprezentazzjoni tal- Krucifissjoni sar fuq tliet snin, dejjem fil- kartapesta minn Wistin Camilleri. L- istatwi tal- Madonna, San Gwann u Marija Maddalena ssawru ghall- purcisjoni tal- 1968 filwaqt li l- kurcifiss tlesta ghall- manifestazzjoni tal- 1969. Ghaldaqstant, fl- 1968 kien intuza Kurcifiss li ssellef mix- Xewkija. Fl- 1970, zdiedet il- figura tac- centurjun Longinu li jidher lest biex jinfed il- kustat ta' Kristu bil- lanza. Is- salib
hu tal- gewz u sar fl- 1968 minn Gorg Farrugia. L- istellarju tal- Madonna hu tal- fidda. Minhabba l- ispazju limitat tal- bradella, il- figuri jghattu kemxejn lil xulxin.
ID- DIFNA
Minflok il- Monument tradizzjonali, f' din il- purcissjoni nsibu din il- vara li turina d- Difna ta' Gesu fen naraw tliet figuri ta' San Gwann, Nikodemu w Guzeppi D'Arimatea qed jerfghu l- gisem mejjet ta' Gesu f' lizar fi triqtu lejn il- qabar. Dan ix- xoghol originali nhadem minn Wistin Camilleri fl- 1969 u baqa' uniku fil- gzejjer Maltin sal- 1990 meta tlestiet vara fuq l- istess tema ghal Rahal Gdid.
ID- DULURI
Il- Madonna, wehidha f' din il- vara, hi xoghol fil- kartapesta ta' Michael Camilleri Cauchi, izzanznet fl- 1985 u nghatat lill- Katidral mill- Isqof t' Ghawdex Monsinjur Nikol Cauchi. Is- salib hu tal- gewz u nhadem minn Gorg Farrugia. Qabel din il- vara kien hemm ohra, tal- kartapesta wkoll, li kienet saret minn Wistin Camilleri fl- 1969. Kienet originali fis- sens li kienet tinkludi l- figura ta' Marija ta' Kleofa mal- Madonna, rapprezentazzjoni li kienet
unika fil- gzejjer Maltin u li prezentament tezisti biss fil- vara tad- Depozizzjoni fil- Qala.
L- informazzjoni rigward il- vari mehudha mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fil- Katidral
Dan huwa l- Ort li baqa' jintuza sas- sena 2015. L-istatwa ta' Kristu li kienet giet irrestawrata minn Michael Camilleri Cauchi, ghadha tintuza sal- lum filwaqt li z- zewg angli li huma xoghol fil- kartapesta minn Wistin Camilleri tnehhew. L- anglu li f' idejh ghandu s- salib u l- kalci sar fis- sena 1968,filwaqt l- iehor li qed isabbar lil Gesu nhadem fis- sena 1969.