
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin


QALA
Il- PurÄ‹issjoni tal- Vari tal-Ä imgħa l- Kbira ssib l- oriÄ¡ini tagħha fil- ParroÄ‹Ä‹a tal- Qala fis- snin sebgħin meta kienet issir it- Talba tat- Triq tas- Salib fil- beraħ. Dan ir- rahal huwa wiehed mill- izghar fil- gzira t' Ghawdex imma ghandu storja enormi lejn id- devozzjoni tal- mewt ta' Kristu w anke dik tad- Duluri. Xhieda ta' dan huma d- diversi pitturi antiki li hemm fl-

istess knisja. Fl- 1925, saru sett kwadri artistici tal- Via Sagra bit- thabbrik ta' certu Dun Guzepp Vella w li wara sar ukoll
Kappillan f' din il- parrocca. Dan is- sett hareg minn taht l- idejn artistici tal- istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri. Il- figuri
huma mahdumin bhalha " Bassoriliev". L- induratura inhadmet minn Guzeppi Farrugia mill- Imdina w il- gwarnici li huma tal-
injam huma disinn u xoghol Kalcidon Bugeja. Fis- snin tmenin kienu jitlibbsu diversi persunaġġi bibliċi waqt il- purċissjoni
tad- Duluri, u fis- snin disgħin bdiet issir it- Triq tas- Salib fil- beraħ bl- istatwa tal- Kurċifiss maħdum bl- injam ġewwa
Ortisei. L- istess bhal Basilika tal- Isla, fil- parrocca tal- Qala hemm devozzjoni kbira lejn Gesu Redentur. Filfatt fix- xhur ta'
Gunju w anke Lulju, fil- Qala jigi organizzat pellegrinagg bil- vara tar- Redentur l- istess bhalma jsir l- Isla w il- fratelli jiehdu
sehem fil- purcissjoni ta' xulxin. Fil- Qala flok purcissjoni tal- Passjoni, nhar it- Tlieta ta' qabel il- Gimgha l- Kbira tkun
organizzata Via Sagra tul it- toroq tar- rahal li fiha jiehdu sehem banda ddoqq il- marci funebri, l- erba' fratellanzi tal-
parrocca, tfal lebsin zimarri, irgiel lebsin ta' suldati Rumani, penitenti jkaxkru ktajjen u/jew slaleb u naturalment, id- disa' vari
artistici li ghandhom. Fl- 2002 il- purÄ‹issjoni bdiet issir bil- vari ta’ Kristu l- Marbut, l- Ecce Homo, il- KurÄ‹ifiss, l- Inżul ta’
Kristu minn fuq is- Salib u l- Monument. Fl- 2005 sar ir- Redentur, fl- 2011 waslet l- istatwa ta’ Ä esù fl- Ort u fl- 2015 saret l-
istatwa tal- Veronika.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Qala
Tohrog Il- Hadd 25 Ta' Marzu Fis- 18.30
L- informazzjoni rigward il- Qala mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w mis- siti: www.visitgozo.com
u www.goodfridaymalta.com
​
L- ORT
Din il- vara, li turi anglu jsabbar lil Gesu, inhadmet fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi flimkien ma ibnu Adonai fl- 2011. Ta' min jinnota wkoll li din l- istatwa giet ispirata minn pittura li kien pinga l- artist Daniz Carl Bloch fis- sena 1873.
Ritratti tal- Ort mehudin mill- pagni ta' Facebook:Marci Funebri, Funeral Marches,
Marchas Funebres u Gimgha l- kbira Qala
IL- MARBUT
Xoghol fil- kartapesta minn Spanja tad- ditta El Arte Cristiano izda li nxtrat mid- ditta Mar Statue Sacre ta' Ruma ghall- habta tas- sena 2000
ECCE HOMO
Statwa Spanjola tal- kartapesta li nxtrat ghall- habta tas- sena 2000 mid- ditta Mar Statue Sacre ta' Ruma.
Ritratti tal- Ecce Homo mehudin mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- kbira Qala
IR- REDENTUR
Din ir- rapprezentazzjoni ta' Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib issawret fil- kartapesta fl- 2005 minn Michael Camilleri Cauchi.
Ritratti tar- Redentur mehudin mill- pagna ta' Facebook: Gimgha l- kbira Qala
IL- KURCIFISS
Fl- 1948, l- avukat Anton Buttigieg - aktar 'il quddiem it- tieni President tar- Repubblika ta' Malta - irregala dan il- Kurcifiss devot lill- parocca. Hi statwa minquxa fl- injam (qastan) mid- ditta Ferdinando Stuflesser ta' Ortisei, Bolzano, l- Italja.
Ritratti tar- Kurcifiss mehudin mill- pagna ta' Facebook:Gimgha l- kbira
Qala
IL- VERONIKA
Il- vara tal- Veronika hija statwa pjuttost gdida li zdiedet ma din il- purcissjoni fis- sena 2015. Mahduma fil- kartapesta mill- Ghawdxin Michael Camilleri Cauchi w ibnu Adonai. Din il- vara harget processjonalment ghal- ewwel darba f' Hadd il- Palm, nhar id- 29 ta' Marzu tas- sena 2015.
Ritratti tar- Veronika mehudin mill- pagna ta' Facebook:Gimgha l- kbira Qala
IL- VARA L- KBIRA
Grupp statwarju ta' tliet figuri - il- Kurcifiss, il- Madonna w San Gwann. Kemm il- Madonna w kif ukoll San Gwann huma xoghol Wistin Camilleri li saru ghal nofs is- seklu 20. Il- Kurcifiss huwa xoghol antik u kien gie rrestawrat minn Michael Camilleri Cauchi fejn imbaghad inbidel ma wiehed gdid li sar fis- sena 2012 mill- istess statwarju. Matul ir- randan, dawn l- istatwi jkunu armati fuq l- artal maggur. (ritratti isfel)
Ritratti tal- Vara l- Kbira mehudin mill- pagna ta' Facebook:Gimgha l- kbira Qala


ID- DEPOZIZZJONI
Din hi vara Spanjola b' seba' figuri - Kristu, San Gwann, Nikodemu, Guzeppi D' Arimatea, il- Madonna, Marija Maddalena u Marija ta' Kleofa - li nhadmet f' carta madera (kartapesta) f' Barcellona, Spanja, fl- 2002. Inxtrat mid- ditta Mar Statue Sacre ta' Ruma. Hi l- unika vara fil- gzejjer Maltin li litteralment turi 'l Gesu qed jitnizzel mis- salib.
Ritratti tad- Depozizzjoni mehudin mill- pagna ta' Facebook:Gimgha l- kbira Qala
Ritratti tal- Monument mehudin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas
Funebres u Anton Aguis.
IL- MONUMENT
Din hi vara mahduma fil- kartapesta mid- ditta Spanjola El Arte Cristiano, ingiebet minn Ruma ftit tas- snin ilu. Karmnu Curmi qed jahdem fuq ix- xoghol tal- urna filwaqt li Maria Cutajar u Cettina Theuma qed jahdmu fuq ix- xoghol tal- hjata. L- urna giet imzanzna l- ewwel darba ghal purcissjoni tas- sena 2012.
ID- DULURI
Din il- vara ta' Marija Addolorata ngiebet mill- knisja ta' Savina, Victoria, fl- 1924 u hi attribwita lil Karlu Darmanin. Darba kienet tappartjeni lill- parrocca San Gorg ta' Victoria w jista jkun hi l- istess vara li kienet ordnata fl- 1806 u nqala' nkwiet dwarha ghax l- istatwarju ma hadimhiex kif xtaquha l- kummissjonanti. Jekk hi l- vara tal- 1806, ma jistax ikun li sawwarha Darmanin (1825 - 1909).
L- informazzjoni rigward il- vari mehudha mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
