Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
MOSTA
Il- purcissjoni tal- Mosta bdiet fl- 1866, jigifieri ftit snin wara t-tlestija tal- knisja monumentali maghrufa ahjar bhalha r- Rotunda, b' zewg vari li jinkludu dik ta' Gesu fl- Ort u dik tal-Marbut. Matul is- snin sussegwenti, zdiedu ghat- tmienja tradizzjonali. Kien certu Girgor, sagristan tal- istess parrocca li stinka bis- shih biex tibda din it- tradizzjoni. Illum hemm disa' vari ghax fl- 1963 zdiedet il- vara tat- Tradiment ta' Guda u b' hekk il- parrocca Mostija tat is- sehem taghha fl- izvilupp ikonografiku tal- vari tal- Passjoni. Sakemm waslu ghas- sett definittiv li hemm illum, il- Mostin sehhew jibdlu xi vari tul is- snin, bl- ahhar bidla ssir fl- 1924. Apparti l- Monument prezenti, l- ispejjez tal- vari kollha thallsu mill- gbir li sar fost il- poplu Mosti. Dawn il- vari dejjem inghataw manutenzjoni kontinwa tant li, wara s- sena/snin meta saru w allura nzebghu l- ewwel darba, zebaghhom il- pittur maghruf
Joseph Briffa u warajh, fl- 1952, Rafel Bonnici Cali'. Is- sett tal- vari fil- Mosta huwa uniku ghall- fatt li mid- disgha li
hemm, sitta huma tal- istess statwarju maghruf, Karlu Darmanin. Id- Duluri kienet ukoll xoghol l- istess statwarju izda
nbidlet fl- 1918 ghax kienet tinhass ftit zghira ghal mal- kumplament tas- sett. Il- gdida hadimha lavrant tal- istess
Darmanin u ghalhekk ma jistax jonqos li tinhass l- influwenza tieghu f' din il- vara wkoll. Il- Monument sar mill- Ghawdxi
Wistin Camilleri waqt li l- vara ta Guda nhadmet minn Glormu Dingli. Ghal hafna zmien, l- organizzazzjoni tal-
purcissjoni fil- Mosta kienet f' idejn prokuratur, li kien ikun qassis mahtur apposta mill- Arcipriet meghjun minn ghadd ta
sekulari. Illum il- gurnata l- purcissjoni qeghda f' idejn kumitat organizzattiv apposta. Matul iz- zmien bhal f' lokalitajiet
ohra l- purcissjoni bdiet tisbih bit- tfal lebsin zimarri w igorru simboli konnessi mal- Passjoni. Mill- 1970 bdew jilbsu anke
l- kbar bi lbies ghani ta' satin u bellus u bi glalen u frenez tad- deheb. Ma dawn zdiedu s- suldati w din it- tahwira ta
persunaggi taghti dehra ferm sabiha lill- purcissjoni. Xi haga ohra li ma' tarahiex f' hafna mill- lokalitajiet ohra huma l-
irgiel libsin il- konfratiji b' rashom mghammda, ikaxkru l- ktajjen bhala weghda jew penitenza. B' kollox fil- purcissjoni
jiehdu sehem mal- 500 persuna. Hija drawwa fil- Mosta li nhar Hamis ix- Xirka, ir- reffiegha jarmaw il- vari taghhom b'
bukketti ta fjuri mill- iprem. L- istili originali ta' dan it- tizjin flimkien mal- brazzi sbieh li jdawwru l- bradelli w li jinxteghlu
matul it- triq tal- purcissjoni huma karatteristika partikolarment Mostija.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Mosta,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fil- 17.00
L- informazzjoni rigward il- Mosta mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
L- ORT
Din hi wahda mill- ftit vari tal- Ort fejn Gesu qieghed in- naha tal- lemin billi normalment insibuh fuq ix- xellug. Din il- vara tal- kartapesta saret fl- 1866 mill- istatwarju Karlu Darmanin u kienet wahda miz-zewg vari li bihom saret il- purcissjoni l- ewwel darba. Tispikka l- mod elegant li bih hi mmodellata l- figura tal- anglu. Is- salib li ghandu f' idejh l- anglu hu tal- gewz u nterzjat waqt li l- kalci hu tal- fidda.
GUDA
Vara msawwra fil- kartapesta mill- istatwarju Glormu Dingli fl- 1963 li ghandha mportanza fl- izvilupp tal- ikonografija tal- vari tal- Gimgha Mqaddsa ghal zewg ragunijiet: Kienet fost l- ewwel vari tat- Tradiment li zdiedu fil- purcissjonijiet u hi l- unika wahda li tinkludi l- figura ta' wiehed Lhudi (bit- torca f' idu) minn fost dawk li marru jarrestaw lil Gesu fil- gnien taz- zebbug. Il- prezz tal- vara kien ta' 280 lira sterlina.
IL- MARBUT
Vara ohra tal- kartapesta mahduma minn Karlu Darmanin fl- 1866 biex bdiet issir il- purcissjoni tal- Passjoni. F' din ir- rapprezentazzjoni. il- kolonna qieghda fuq il- lemin ta' Gesu meta normalment insibuha n- naha l- ohra.
ECCE HOMO
L- ewwel vara li saret ghall- Mosta ta' Gesu Nkurunat bix- Xewk, fejn Kristu kien qieghed bilqieghda, saret minn Kalcidon Mangion jew minn Karlu Darmanin ghal habta tal- 1870. Jidher li jew ix- xoghol ma' kienx sodisfacenti jonkella l- istatwa kienet zghira wisq u, allura, fl- 1895 rega' tqabbad Karlu Darmanin biex sawwar din il- vara tal- kartapesta li turi l- Ecce Homo bilwieqfa. Il- virga li jzomm f' idejh Gesu hi tal- fidda. Il- prezz li thallas lill- istatwarju kien ta' hdax -il lira sterlina.
IR- REDENTUR
Din il- vara kienet mit- tieni grupp ta' tnejn li Karlu Darmanin sawwar fil- kartapesta fl- 1869. Ghalkemm hi vara devota, madankollu fiha proporzjonijiet akbar minn tal- vari l- ohrajn. Il- katina li hemm ma' qadd Kristu hi tal- fidda filwaqt li s- salib tal- gewz hu nterzjat u ghandu finimenti skolpiti
IL- VERONIKA
Din il- vara hadet post statwa tal- kartapesta li Kalcidon Mangion sawwar fi zmien qrib l- 1870 u ma ntoghgbotx min- nies. Din il- vara prezenti hi xoghol Karlu Darmanin fl- 1895 u ghandha l- importanza taghha fl- izvilupp ikonografiku tal- vari tal- Passjoni. Dan ghaliex mal- Veronika hemm tifla zghira b' konformi ma' rivelazzjoni li kellha soru mistika Germaniza Anna Katerina Emmerich (1774 - 1824). Din kienet l- ewwel darba li l- Veronika mhix statwa wahedha. L- istatwarju thallas hdax -il lira sterlina ghax-xoghol tieghu.
IL- VARA L- KBIRA
Dan hu grupp statwarju msawwar fil- kartapesta ta' Karlu Darmanin fis- sena 1869 li gie mfahhar kemm ghad- devozzjoni li jispira l- kurcifiss kif ukoll ghas- solennita' li tirrenja fost it- tliet personaggi l- ohra, coe' l- Madonna, San Gwann u Marija Maddalena li donnhom ghaddejjin minn konversazzjoni sagra silenzjuza li hi interpretazzjoni Purista ta' dan l- episodju. L- istatwarju, li thallas 25 lira sterlina ghal dan ix- xoghol, qieghed il- Madonna w San Gwann fuq l- istess naha
tal- vara u l- Maddalena fuq in- naha l- ohra. Is- salib hu tal- gewz filwaqt li l- imsiemer u l- kartella I.N.R.I. huma tal- fidda u hallas ghalihom Monsinjur Anton Muscat mill- Mosta stess.
IL- MONUMENT
Apparti t- Tradiment ta' Guda, din il- vara hi l- aktar wahda recenti mis- sett vari tal- Mosta w certament l- aktar wahda maghrufa fosthom ilkoll. L- urna ndurata fl- istil Barokk, tista tghidlu wkoll Rococo, nhadmet mill- iskultur Antonio Agius fuq disinn ta' Wistin Camilleri li sawwar fil- kartapesta l- figura ta' Gesu Mejjet u t- tmien angli - erba'
zghar mal- kuruna w erba' akbar fil- kantunieri - li jzejnu l- vara. Ta' min isemmi li dan hu l- uniku Monument bi tmien angli ghax normalment dawn il- vari jew ikollhom erba' jonkella ebda anglu. Dan il- Monument izzanzan fl- 1924 u l- ispejjez tieghu thallsu kollha minn Carmelo Dimech li kien benefattur kbir tal- parrocca Mostija.
ID- DULURI
Vara tal- 1918, din hi xoghol fil- kartapesta minn alliev ta' Karlu Darmanin, li x' aktarx kien Carmelo Mallia. Qabilha kien hemm vara ohra ta' Karlu Darmanin li dwarha hemm diversi verzjonijiet: li nbidlet ghax ma kinitx tal- istess qisien tal- vari l- ohrajn; li l- originali kellha anglu flok San Gwann izda l- Mostin riedu jibdluh; li l- vara prezenti kien bdieha Darmanin izda ma' lahaqx spiccaha w kompliha Mallia. Il- fatt li l- vara zzanznet fl- 1918, numru ta' snin wara l- mewt ta' Darmanin fl- 1909, taghti x'
wiehed jifhem li hi xoghol tal- alliev, probabbilment Carmelo Mallia, li uza l- forom ta' Darmanin biex il- vara tkun konformi mal- bqija tas- sett. Is- salib hu tal- gewz filwaqt li l- kartella I.N.R.I., l- imsiemer f' id San Gwann u l- kuruna tax- xewk fuq il- blata huma tal- fidda.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fil- Mosta
Dawn ir- ritratti mehudha mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Biex inkunu precizi dawn it- tliet ritratti ma jurux il- vari antiki tal- Mosta imma jekk wiehed jinnota tajjeb dawn huma l- istess vari imma l- ilbies taghhom huwa kollhu ndurat.