top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin


L- ARKA TAL- PATT
X’ inhi l- arka tal- patt? Hafna drabi din tkun id- domanda ta' bosta, forsi mal- aktar ta' dawk li m' humiex daqshekk midhla tal- Gimgha Mqaddsa jew li ma jidhlux daqshekk fil- fond fil- qari tal- Bibbja. L- arka tal- patt kienet kaxxa sagra li ġiet maħduma mill- Iżraelin tal- qedem skont il- kmand u d- disinn li ried Alla. L- Arka kienet il- post fejn tpoġġiet u ġiet protetta “t- Testimonjanza” l- Għaxar Kmandamenti li kienu miktubin fuq żewġ twavel tal- ġebel. L-Arka kienet twila 2.5 kubiti,

wiesgħa 1.5 kubiti, u għolja 1.5 kubiti (111 x 67 x 67 ċentimetru). Kienet magħmula mill- injam tal- akaċja u kienet miksija minn ġewwa u minn barra bid- deheb, u kellha bordura artistika. L- għatu tagħha li kien magħmul minn deheb pur, kellu fuqu żewġ kerubini, wieħed fuq kull naħa. Kienu faċċata taʼ xulxin b'
’wiċċhom lejn l- għatu u kellhom ġwinħajhom miftuħin ’il fuq, li bihom kienu jagħmlu dell fuq l- għatu. L-Arka kellha erbaʼ ħolqiet magħmulin minn deheb imdewweb imwaħħlin ’il fuq mis-saqajn tagħha. Lasti magħmulin mill- injam tal-akaċja, li kienu miksijin bid- deheb, kienu mgħoddijin minn dawn il- ħoloq biex bihom tinġarr l- Arka. L- Arka għall- ewwel kienet tinżamm fil- parti msejħa l- aktar Qaddis tat-tabernaklu, tinda għall- qima li setgħet tinġarr u li kienet ġiet magħmula fl- istess żmien tal- Arka. L- aktar Qaddis kien mifrud b’ purtiera biex il- qassisin u n- nies ma kienux ikunu jistgħu jarawh. Il-qassis il- kbir biss setaʼ jidħol f ’din il- parti w jara l- Arka, darba fis-sena f’ Jum it- Tpattija. Aktar tard, l- Arka ttieħdet fl- aktar Qaddis fit-

tempju taʼ Salamun. L- Arka kienet post fejn jinżammu affarijiet sagri li kienu se jfakkru lill- Iżraelin fil- patt, jew ftehim, li Alla kien għamel magħhom ħdejn il- Muntanja Sinaj. Kellha wkoll irwol importanti fiċ- ċerimonja taʼ Jum it- Tpattija. It-twavel tal- ġebel li kellhom imnaqqxin fuqhom l- Għaxar Kmandamenti kienu l- ewwel oġġetti li tpoġġew fl- Arka. Aktar tard tpoġġew fiha bieqja tad- deheb bil- manna u “l- bastun t’ Aron li warrad.” Jidher li maż- żmien il- ġarra u l- bastun kienu tneħħew, għax meta l- Arka ttieħdet fit- tempju dawn ma nstabux fiha. L- Arka kellha tinġarr mil- Leviti fuq spallejhom permezz tal- lasti tal- injam tal- akaċja. Il- lasti kellhom jitħallew imwaħħlin mal -Arka, biex il- Leviti qatt ma jmissuha. “Il- purtiera li tifred” il- Qaddis mill- aktar Qaddis kienet tintuża biex tgħatti l- Arka waqt li kienet tinġarr. L- Arka kienet assoċjata mal- preżenza t’ Alla. Pereżempju, is- sħaba li kienet tidher fuq l-Arka fl- aktar Qaddis u fuq il- kampijiet tal- Iżraelin kienet sinjal tal- preżenza w il- barka taʼ Ġeħova. Ukoll, il- Bibbja tgħid li Ġeħova “(qagħad) bilqiegħda fuq il-kerubini,” iż- żewġ kerubini li kienu fuq l- għatu tal- Arka. Għalhekk, dawn il- kerubini kienu “r- rappreżentazzjoni tal- karru” taʼ Ġeħova. Minħabba dak li kienet tissimbolizza l- Arka, is- Sultan David setaʼ jikteb li Ġeħova kien “qed jgħammar f’ Sijon” wara li l- Arka ttieħdet hemmhekk. Il- Bibbja tuża diversi termini għal din il- kaxxa sagra, bħall- “Arka tat-testimonjanza,” “l- Arka tal- patt,” “l- Arka taʼ Ġeħova,” u “l- Arka tas- saħħa tiegħek (taʼ Ġeħova).”
L- għatu tal- Arka kien imsejjaħ “l- għatu propizjatorju,” jew “il- post tal-maħfra. ”Dan it- terminu jirreferi għall-użu speċjali li kellu l- għatu f’ Jum it-Tpattija, meta l- qassis il- kbir taʼ Iżrael kien iroxx id- demm tas- sagrifiċċju tal-annimali lejn u quddiem l- għatu. Dawn l-azzjonijiet li kien jagħmel il-qassis il-kbir kienu jpattu, jew jgħattu, għad-

dnubiet tiegħu nnifsu, taʼ daru, u tal- kongregazzjoni kollha kemm hi t’ Iżrael. M’ hemm l- ebda evidenza li għadha teżisti. Il- Bibbja turi li l- Arka m’ għadhiex iktar bżonjuża minħabba li l- patt li kien assoċjat magħha ġie mibdul maʼ “patt ġdid,” li ġie mis- sagrificcju ta Gesu. Il- Bibbja kienet bassret żmien meta l- Arka tal-patt ma kinitx ħa tibqaʼ teżisti iktar, madankollu n- nies t’ Alla ma kinux se jħossu n- nuqqas tagħha. F’ viżjoni li ngħatat lill- appostlu Ġwanni wara li l- patt il- ġdid ġie stabbilit, l- Arka tal- patt dehret fis- smewwiet. Din l- Arka simbolika tirrappreżenta l- preżenza t’ Alla w il- barka tiegħu fuq il- patt il- ġdid. Li poplu jkollu l- Arka tal- patt ma kienx jiggarantixxi suċċess. Pereżempju, l- Iżraelin kellhom l- Arka fil-kamp tagħhom meta ġġieldu kontra l- belt taʼ Għaj, minkejja dan huma xorta tilfu minħabba li wieħed mill- Iżraelin wera nuqqas taʼ lealtà. Iktar tard, il- Filistin rebħulhom allavolja kienu ħadu magħhom l- Arka tal- patt għall- battalja. Dawn tilfu minħabba l- ħażen tal- qassisin Iżraelin Ħofni w Fineħas. F’din il- battalja, il- Filistin ħadu taħt idejhom l- Arka, imma Alla ġab fuqhom kastigi sakemm huma reġgħu ħaduha lura lejn l- Iżrael.
L- ARKA TAL- PATT FIL- PURCISSJONIJIET TAL- GIMGHA MQADDSA
RABAT
Fir- Rabat, l- Arka tal- Patt inhadmet fis- sena 1972 w aktarx kienet l- ewwel Arka li dehret fil- purcissjonijiet tal- Gimgha Mqaddsa. Ix- xoghol fuq l-Anġli inħadem mill- iskultur Rabti Frans Galea fl- istess sena, waqt li fl- 1994 rega' hadem l- angli li naraw illum. Fis- sena 1972, l- induratura kienet saret minn Willie Attard. Fil-
VALLETTA
Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Hbieb tal- Gimgha l- Kbira, Valletta.
BORMLA
Saret l- Arka tal- alleanza mill-mastrudaxxa Leli Gatt waqt li l- iskultura w l induratura huma ta' Louis Vassallo li saru fuq disinn ta' Salvu Buġeja. L- arka ntramat għall-ewwel darba quddiem l- artal ta' San Mikiel.
Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Il- Gimgha Mqaddsa f' Bormla.
BIRGU
ZEJTUN
Din l- Arka tal- Patt inħadmet bejn is- sena 2007 u s- sena 2008 u nistgħu ngħidu li din hija waħda mill- isbaħ li hawn fil- gżejjer Maltin. Lorenza Bonavia kienet il-benefattriċi ta’ din l- Arka li ħalset l-ispejjeż kollha minn butha. Din iżżanżnet għall- ewwel darba waqt il- purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira tas- sena 2008.
Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Ġimgħa l-Kbira Żejtun.
LUQA
L- Arka tal- Alleanza li nsibu gewwa r- rahal ta' Hal- Luqa nhadmet fis- sena 1998 u harget ghall- ewwel darba fil- purcissjoni ta' sena wara, jigifieri fl- 1999. Din l- opra harget minn taht idejn Andrew Micallef, fejn kien ukoll membru fil- Kummissjoni tal- Gimgha l- Kbira. B' differenza minn l- Arki tal- Patt ohra, din gewwa Hal- Luqa mhix indurata bid- deheb imma mizbugha.
GHAXAQ
QORMI
ZEBBUG
Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: 12th May Band & Social Club.
RAHAL GDID
NADUR
RABAT
(KATIDRAL)
Ritratti mehudhin mill- pagni ta' Facebook: Il- Gimgha Mqaddsa fil- Katidral.
Din l- Arka tal- Patt inħadmet fis- sena 2013 u harget ghal- ewwel darba fil- purcissjoni ta' dik is- sena. Ix- xoghol fuq id- disinn sar mill- artist Manwel Grech, waqt li x- xoghol fl- injam hu ta' Michael Angelo Grech. Ix- xoghol fuq l- angli sar ukoll minn Manwel Grech. Fuq l- induratura hadmu Ian Paul Bajada w Darren Vella.

Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page