top of page

IZ- ZEBBUG

Il- PurÄ‹issjoni tal- Passjoni ta’

 

 

Sidna Ä esu’ Kristu, li aħna

​

​

nsejħula il- purċissjoni tal-

​

​

Ġimgħa l-Kbira, kellha l- bidu

​

 

tagħha fil- Parroċċa taż-

​

 

Żebbuġ, fi żmien il- Wisq Rev.

​

 

Kappillan Dun Anton Grima fis-

​

 

sena 1919. Meta dan il-

​

 

Kappillan ħa l- pussess ta’ din

 

 

il- parroÄ‹Ä‹a, fis- sena 1918,

 

 

huwa beda diversi inizjattivi

 

 

Ä¡odda, u fosthom kienet il-

 

 

purÄ‹issjoni tal- Ä imgħa l- Kbira.

​

Mhux ħaġa ħafifa li tidħol għal din il- biċċa xogħol, għal diversi raġunijiet, iżda dan il- Kappillan ma' kien jaqta qalbu

 

 

minn xejn. Huwa beda biex jagħmel l- istatwi, w dak kollu li kien jirrikjedi għalihom. Huwa kkuntattja lill- istatwarju

 

 

magħruf Għawdxi Wistin Camilleri tal- Belt Vittorja, u dan indaħal għax- xogħol li jagħmel l- istatwi skond ix-xewqa tal-

 

 

Kappillan Grima u l- poplu Å»ebbuÄ¡i. Fi żmien qasir, Wistin Camilleri, jew kif kien aħjar magħruf Wistinu tal- Vari, għamel l-

 

 

istatwi kollha, jiÄ¡ifieri dik ta’ Ä esu’ fl- Ort tal- Getsemani, Ä esu marbut mal- Kolonna, Ä esu Nkurunat bix- Xewk, Ä esu

 

 

Mgħobbi bis- Salib, il- Veronika, Ġesu Msallab, Ġesu Mejjet u Marija Santissima Addolorata. Għal dawn l- isatwi ħallsu

 

 

diversi benefatturi Å»ebbuÄ¡in. Milli jidher il- poplu Å»ebbuÄ¡i kollu ħa pjaÄ‹ir b’ din l- inizjattiva li kien ħa l- Kappillan Dun

 

 

Anton Grima, għaliex kulħadd għen kemm felaħ biex isiru wkoll fi żmien relattivament qasir il- bradelli għall- istatwi l-

 

 

Ä¡odda. Xi nies offrew sniedaq tal-Ä¡ewż u ta’ l- injam ta’ l- aħmar, u biÄ‹Ä‹iet ta’ njam ieħor, sabiex minnhom ikunu jistgħu

 

 

isiru dawn il- bradelli. Hekk ix- xogħol u l- ispejjeż tħaffu sew. Meta tlesta dan kollu, fil- parroÄ‹Ä‹a taż- Å»ebbuÄ¡, saret

 

 

għall- ewwel darba il- purÄ‹issjoni u l- poplu ta’ dak iż- żmien offra s-sehem kollu tiegħu biex din il- purÄ‹issjoni setgħet

 

 

verament tirnexxi. Biex purċissjoni bħal din tkun tista ssir, trid ħafna nies, u ż- Żebbuġin ma' naqsux li lkoll jgħinu kemm

 

 

jistgħu ħalli ssir bis- serjeta’ u bl- akbar devozzjoni. Il- ParroÄ‹Ä‹a taż- Å»ebbuÄ¡ mhix xi parroÄ‹Ä‹a kbira, u għalhekk jekk ma

 

 

jagħtix sehem il- poplu kollu, ma tkunx tista ssir purÄ‹issjoni bħall din. Iżda l- poplu sa minn dak iż- żmien wera li jrid li ssir

 

 

din il- purÄ‹issjoni w ta' l- koperazzjoni kollha tiegħu għaliha. Il- PurÄ‹issjoni damet issir għal diversi snin, u ta’ kull sena din

 

 

il- purÄ‹issjoni kienet tkun mistennija. Ä ara iżda, li fis- snin tletinijiet fil- parroÄ‹Ä‹a ingħata bidu għal- proÄ¡ett kbir w

 

 

ambizzjuż - dak tat- tkabbir tal- Knisja. Matul dan il- perjodu l- istatwi ma' nsabilhomx post tajjeb għalihom u ħafna

 

 

minnhom Ä¡ratilhom ħsara irreparabbli w għalhekk il- purÄ‹issjoni sfortunatament waqfet u ma' baqgħetx issir. Mill- istatwi

 

 

tas- sett l- antik ( tal- 1919 ) baqgħu biss dik ta’ Ä esu Nkurunat bix- xewk, dik ta’ Maria Addolorata, il- KurÄ‹ifiss u dik ta’

 

 

Ä esu mejjet. L- oħrajn kollha raw it- tmiem tagħhom u sfortunatament ma' baqa’ l- ebda memorja tagħhom. Kella tkun is-

 

 

sena 1965, meta l- ParroÄ‹Ä‹a kellha tibda tara mill- Ä¡did din il- purÄ‹issjoni. L- ArÄ‹ipriet ta’ dak iż- żmien Dun AlwiÄ¡ Vella,

 

 

f’din is-sena talab il- permess lill- Isqof Mons Ä użeppi Pace, biex ikun jista jerÄ¡għa jorganizza mill- Ä¡did fil- Ä imgħa l-

 

 

Kbira, l- purÄ‹issjoni tal- Passjoni bl- erba’ statwi li kienu għadhom jeżistu. Mons Isqof, bil- pjaÄ‹ir kollu ta l- permess

 

 

mitlub lill- ArÄ‹ipriet Vella w fi żmien qasir, wara li dan ta’ l- aħħar għarraf lill- parruÄ‹Ä‹ani b’din l- aħbar sabiħa, Ä¡ew

 

 

irranġati l- erba statwi msemmija biex setgħet issir il- purċissjoni bihom. Mal- Kurċifiss tpoġġew żewġ anġli w għal Ġesu

 

 

mejjet Ä¡iet irranÄ¡ata Urna proviżorja sakemm issir waħda Ä¡dida kif narawha llum. F’ din is- sena, il -ParroÄ‹Ä‹a reÄ¡għet

 

 

bdiet b’ ħafna ħeÄ¡Ä¡a torganizza din il- purÄ‹issjoni devota. Il- parruÄ‹Ä‹ani wkoll riduha w ħadu pjaÄ‹ir b’ din l- inizjattiva,

 

 

tant li f’ qasir żmien, inqalgħu benefatturi biex isiru l- istatwi kollha li kien jonqos. Infatti fis- sena 1966 kien hemm 6

 

 

statwi Ä¡odda, dik ta’ Ä esu fl- Ort tal- Ä etsemani, dik ta’ Ä esu marbut mal- Kolonna, dik ta’ Ä esu mgħobbi bis- Salib, il-

 

 

Veronika w l- istatwi ta’ San Ä wann l- Appostlu w id- Duluri għall ma’ Ä¡enb Ä esu KurÄ‹ifiss. Fis- sena ta’ wara, jiÄ¡ifieri fis-

 

 

sena 1967, Ä¡ew irrestawrati l- istatwi l- qodma mill- istess statwarju Wistin Camilleri li għamel ukoll l- istatwa ta’ Marija

 

 

Madalena għal mal- Vara l-Kbira. L- entużjażmu tant kien kbir li fis- sena 1968 kellna x- xorti naraw statwa oħra, li hija

 

 

oriÄ¡inali u fl- istess ħin unika f’ Għawdex – l- istatwa ta’ l- Aħħar Cena ta’ Ä esu ma’ l- Appostli, li tikkonsisti f’ xejn anqas

 

 

minn tlettax -il statwa. Dawn l- istatwi kollha Ä¡ew imħallsin minn benefatturi żebbuÄ¡in li lkoll riedu jagħtu s- sehem sħiħ

 

 

tagħhom ħalli f’ dawn il- Ä¡ranet tal- Ä imgħa l-Kbira, il- Knisja Parrokkjali tkun imżejna bihom, u biex iktar ikollhom

 

 

purÄ‹issjoni li verament tixraq lir- raħal taż- Å»ebbuÄ¡. Il- Ä¡enerożita’ tal- poplu ma' waqfitx hawn. Minn dak inhar l’ hawn

 

 

saru diversi opri sbieħ biex ikomplu jsebbħu dawn l- istatwi. Saru l- bradelli kollha Ä¡odda. Saru globi tal- Ä§Ä¡ieÄ¡ li jżejnu 

 

 

l- bradelli. Saru Bandalori tal- bellus fin u rrakkmati bid- deheb u saru wkoll sett fanali għal ma' kull statwa li jiÄ¡u

 

 

merfugħa mit- tfal. Maż-żmien il- purÄ‹issjoni kompliet tiÄ¡i żviluppata f’ dawk li huma persunaÄ¡Ä¡i bibliÄ‹i, suldati rumani

 

 

w tfal iÄ¡orru simboli w oÄ¡Ä¡etti tal- passjoni. Fil- purÄ‹issjoni ma' jonqsux ukoll dawk li b’ wiegħda jew b’ penitenza jÄ¡orru

 

 

slaleb jew ktajjen ma’ tul il- purÄ‹issjoni kollha. Karatteristika oħra li ddaħħlet lejn il- bidu tal- parrokat ta’ l- ArÄ‹ipriet il-

 

 

Kan. Dun Emmanuel Saliba ( 1997 ) huma l- ħwejjeġ tan- newl lokali li jinsabu fuq l- istatwi kollha tal- Purċissjoni tal-

 

 

Ä imgħa Mqaddsa - ħaÄ¡a li tkompli tagħmel din il- purÄ‹issjoni unika fil- gżejjer Maltin. Is- sett ta’ l- istatwi f’ din il-

 

 

purÄ‹issjoni ħarÄ¡u mill- idejn ta’ l- istess statwarju, l- magħruf Kav. Agostino Camilleri w huma ta’ għamla tradizzjonali. 

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fiz- Zebbug,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fis- 18.00

L- informazzjoni rigward iz- Zebbug mehudha mis- sit: www.zebbugparish.com

L- AHHAR CENA

Vara ta' manikini tal- kartapesta li nhadmet minn Wistin Camilleri fl- 1968. L- unika vara ohra li turi l- istess episodju qieghda f' Hal- Qormi ( saret 1961 ) li, pero, hi mqassma fit- tul filwaqt li din il- vara hi mqassma fil- wisgha. Il- benefatturi ta' din il- vara kienu: Salvu w Katerina Cefai; Anton u 

Dilora Camilleri; Guzeppi w Vangela Cini; Baskal u Beatrice Vella; Guzeppi w Marija Farrugia; Anglu Dimech; Frangisku Cini; Carmelo Vella; Fortunato Cini; Cirillo Saliba; Anton Cassar; Guzeppi Zahra; Carmelo Cini w Guzeppi Buttigieg. Sal- 1988, il- figura ta' Kristu kienu jbiddlulha l- ilbies u jqeghdu f' idha bandalora flok il- kalci biex tirrapprezenta 'l Kristu Rxoxt. Dan ma baqax isir ghax saret vara tal- Irxoxt fl- 1989.

L- Ahhar Cena, bl- ilbies ta' qabel

L- ORT

Il- vara prezenti tal- kartapesta, b' anglu pjuttost zghir qed jipprezenta l- kalci simbolikuw is- salib lil Gesu, hi xoghol ta' Wistin Camilleri fl- 1966. Hadet post il- vara precedenti, tal- istess statwarju fl- 1919, wara li din inqerdet fis- snin tletin. Il- benefatturi ta' dan il- grupp statwarju huma l- ahwa Guzeppi w Publiju Cini.

IL- MARBUT

Salvu Cefai, Victor Cini w il- familji taghhom huma l- benefatturi ta' din l- istatwa tal- kartapesta li nhadmet minn Wistin Camilleri fl- 1966 u  Ä¡iet imbierka fl- istess sena mill- E.T. Mons Ä iuseppi Pace, dak inhar Isqof t’ Għawdex. Hadet post vara simili, li kienet saret mill- istess statwarju fl- 1919, li nqerdet fis- snin tletin. L-istatwa qiegħda fil-qagħda tradizzjonali, bil-figura ta’ Ä esu wieqfa, ftit inklinata lura, b’idejh marbuta 

warajh ma kolonna qasira. 

ECCE HOMO

Din il- vara ta' Gesu bilwieqfa nkurunat bix- xewk hija waħda mill-istatwi antiki li kienu saru fi żmien il- Kappillan Dun Anton Grima w kienet saret fil- kartapesta minn Wistin Camilleri fl- 1919 u ma gralhiex hsara fis- snin tletin ghax kienet tinzamm f' nicca. Il- benefattur taghha kien Frangisku Galea. Fl- 1967 u fl- 1989 sarilha xoghol ta' restawr minn Wistin Camilleri stess.

IR- REDENTUR

Din ir- rapprezentazzjoni ta' Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib inhadmet fil- kartapesta minn Wistin Camilleri fl- 1966 u Ä¡iet imbierka fl- istess sena mill- E.T. Mons Isqof Gużeppi Pace. Il- vara precedenti, mill- istess statwarju fl- 1919, kienet inqerdet fis- snin tletin. Il- benefatturi huma l- koppja mizzewgin Carmela w Vitor Carnemolla. Din l-istatawa  Ä¡iet irrestawrata riÄ‹entement mis- Sur Giovann Cassar minn Victoria. Il- libsa l- bajda 

giet mehjuta minn Katerina Cini.

IL- VERONIKA

Din il- vara tal- kartapesta saret fl- 1966 minn Wistin Camilleri biex tiehu post vara simili, mill- istess statwarju fl- 1919, li nqerdet fis- snin tletin. Il- benefatturi huma Lwigi Calleja w il- familja tieghu. L- istatwa Ä¡iet imbierka mill- E.T. Mons Isqof Gużeppi Pace fl- istess sena tal- manifattura tagħha. Din l-istatwa wkoll Ä¡iet irrestawrata mis-Sur Giovann Cassar minn Victoria. Il-velu tal-

Veronika Ä¡ie mpitter mill- Ä¡did dan l- aħħar mill- artist żebbuÄ¡i Victor Cini. 

IL- VARA L- KBIRA

Dan hu grupp ta' erba' elementi li saru fi tliet stadji, ghalkemm dejjem imsawrin fil- kartapesta minn Wistin Camilleri. Il- Kurcifiss, li kien sar a spejjez ta' Guzeppi Cefai, kien sar fl- 1919 fi żmien il-Kappillan Dun Anton Grima w skappa l- qerda tas- snin tletin. Dan kien ta’ kull sena jiÄ¡i armat fuq il-presbiterju tal- Knisja fil-jum tal- Ä imgħa l- Kbira, għall- priedka tat- Tlett Sigħat, li kienet issir fil-Ä imgħa l- Kbira minn  

Nofsinhar sat- Tlieta. Meta regghet bdiet issir il- purcissjoni fl- 1965, il- Kurcifiss kien intrama bejn zewg angli temporanjament izda fl- 1966 zdiedu l- figuri tal- Madonna w San Gwann li l- ispejjez taghhom thallsu minn Guzeppi Saliba w Gammari' Calleja. Dawn Ä¡ew imbierka mill- E.T. Mons Isqof Ä użeppi Pace. Fl- 1967, zdiedet il- figura ta' Marija Maddalena taht is- salib li thallset mill- koppja Saliba. Fl- 1967, kien sar xoghol ta' restawr fuq il- Kurcifiss.

IL- MONUMENT

l- istatwa ta' Gesu Mejjet issawret fil- kartapesta  minn Wistin Camilleri fl- 1920 fi żmien il- Kappillan Grima. Maż-żmien l- urna oriÄ¡inali tiegħu kienet spiÄ‹Ä‹at għal kollox imma Ä¡iet salvata l- istatwa li eventwalment Ä¡iet irrestawrata meta reÄ¡għet bdiet issir il-purÄ‹issjoni fl- 1965. Fl- istess zmien saret  

urna provizorja li baqghet tintuza sal- 1977. Imbaghad inhadmet l- urna prezenti tal- injam illustrat minn Toni Mallia w ibnu Guzeppi fuq disinn ta' Monsinjur Mikiel Angelo Apap. Wara li saret din l- urna Ä¡iet irranÄ¡ata niÄ‹Ä‹a mdaqqsa fil- knisja, fil- kappella tal- KunÄ‹iżżjoni, biex dan il- monument jiÄ¡i gawdut is-sena kollha 

ID- DULURI

Din il- vara tal- kartapesta li turi lill- Marija Addolorata bilwieqfa ssawret fl- 1919 minn Wistin Camilleri u li reÄ¡a rrestawraha mill-Ä¡did fl- 1966. Kien hallas l- ispejjez Mikiel Galea. Dil- vara regghet giet restawrata  riÄ‹entement mis- sur Giovann Cassar minn Victoria fl- 1991.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w mis- sit: www.zebbugparish.com

Vari Antiki Fiz- Zebbug

F' dawn is- sett ta' ritratti qeghdin naraw l- istatwi kif kienu jintlibsu qabel, b' ilbies tal- Bellus fejn illum inbidel ma lbies tan- newl.

Dawn ir- ritratti mehudin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page