Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
XEWKIJA
Il- poplu tax- Xewkija minn dejjem kellu devozzjoni kbira lejn il- Passjoni, il- Mewt u l- Qawmien tas- Sinjur taghna Gesu Kristu, kif ukoll imhabba kbira lejn Ommu Addolorata. Fil- 21 ta' Jannar tal- 1774 l- Isqof Pawlu Alpheran De Bussan kien ta' l- approvazzjoni tieghu ghas- Socjeta' ta' l- Agonizzanti taht it- titlu tal- Kurcifiss Imqaddes,
li kien waqqaf minn qabel il- Kapillan Dun Pietru Aquilina. Matul is- snin din l- istess devozzjoni kibret hafna, hekk li Dun
Anton Grima, Arcipriet, kien ressaq rikors jew talba, fl- 14 t' April 1920, lill- Isqof Giovanni M. Camilleri, biex is- Salib
Imqaddes issirlu celebrazzjoni kif jixraq, permezz ta' festa bl- akbar solennita' w devozzjoni, talba li l- istess Isqof laqa'
fis- 16 t' April 1920. Kien l- istess Arcipriet Grima li ordna lill- istatwarju maghruf Wistin Camilleri biex dan jahdimlu sett
vari tal- Passjoni. Camilleri hadimhom u lestihom bejn l- 1922 u l- 1924, f' sentejn zmien, u kienu thallsu minn benefatturi
mix- Xewkija stess. Zmien wara, Michael Camilleri, bin Wistin, irrestawrahom; xoghol li wkoll hallsu ghalih nies devoti w
generuzi mix- Xewkija. Qadima aktar mill- vari nfushom nsibu devozzjoni kbira lejn Marija Santissima Addolorata, li dejjem
kienet marbuta mal- artal tal- Kurcifiss Imqaddes. Din id- devozzjoni kienet tilhaq il- quccata taghha b' festa bil-
panigierku, festa li fiha l- poplu kollhu tax- Xewkija kien juri tassew il- qima kbira li kellu lejha, kif ghadu sal- lum. Ta' min
izid jghid li, fl- 1860, Dun Pietru Bartolo, il- Kapillan kien gieb minn Marsilja vara sabiha tad- Duluri, li l- festa liturgika
taghha kienet qabel issir nhar il- Gimgha ta' qabel il- Gimgha l- Kbira. Kienet ukoll fis- sena 1860 li l- Banda Prekursur
tax- Xewkija stess kienet bdiet tiehu sehem f' din il- purcissjoni. F' dan ir- rahal qatt ma saret purċissjoni bil- vari kollha
tal- Passjoni. Biss fix- Xewkija, il- Madonna hija fiċ- ċentru taċ- ċelebrazzjonijiet Liturġiċi li jsiru fiz- zmien tar- Randan. F’
jum id- Duluri, ix- Xewkin huma magħrufa għall- purċissjoni li jagħmlu f’ forma ta’ pagaent fejn jitfissru s-seba’ wegghat ta'
Marija Addolorata. Dan il- pageant jaf il- bidu tieghu fl- 1963 u fejn fih madwar 300 persuna jaghtu sehemhom f' din il-
purcissjoni.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fix- Xewkija
Tohrog Il- Gimgha 23 Ta' Marzu Fis- 18.00
L- informazzjoni rigward ix- Xewkija mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha l- Kbira ta' Malta u Ghawdex ta' Joseph Grech
L- ORT
Vara tal- kartapesta li saret minn Wistin Camilleri bejn l- 1922 u l- 1924 li turi lil Gesu qed jilqa' l- kalci simboliku tal- Passjoni w is- salib minghand anglu. Is- salib ghandu finimenti tal- kewba w hu ntarzjat mat- truf tieghu.
IL- MARBUT
Wistin Camilleri sawwar din il- vara tal- kartapesta bejn l- 1922 u l- 1924. Aktar recenti, din il- vara giet restawrata minn huh, Michael Camilleri Cauchi. L- ispejjez dejjem thallsu minn qlub generuzi mill- istess rahal.
ECCE HOMO
Hija vara li fiha naraw lil Kristu bilwieqfa b' idejh marbutin u b' qasba f' idu l- leminija. Din il- vara hija wkoll maghmula mill- kartapesta w taghmel parti mis- sett li kien hadem Wistin Camilleri fis- snin 1922 - 1924. Maz- zmien din il- vara giet irrestawrata minn Michael Camilleri Cauchi, li jigi bin Wistin. Il- mantell hu tal- bellus ahmar skur bil- gallun tad- deheb. L- ispejjez thallsu minn benefatturi mix- Xewkija.
IR- REDENTUR
Din il- vara dinamika (forsi zzejjed) mhix tas- sett originali w saret fl- 1985 fil- kartapesta minn Alfred Camilleri Cauchi. Kuntrarju ghalli s- soltu naraw fil- vari tar- Redentur, din l- istatwa hi mlibbsa tunika bajda w mantell ahmar filwaqt li s- salib hu maghmul minn bicctejn ta' sigar u mhux kewba llustrata. Din il- vara tinħareġ biss f’ pellegrinaġġ li jsir f’ ġieħ ir- Redentur u dan ikun ħmistax qabel il- Ġimgħa
Mqaddsa. Ta' min jghid ukoll li din l- istatwa tinżamm esposta f’ niċċa apposta fil- Knisja tax- Xewkija matul is- sena kollha.
IL- VERONIKA
F' din il- vara naraw mara bix- xbieha vera ta' Kristu fuq il- velu. Hija vara mahduma fil- kartapesta mill- istatwarju Wistin Camilleri bejn l- 1922 u l- 1924. Aktar recenti din il- vara giet irrestawrata minn Michael Camilleri Cauchi, bin l- imsemmi statwarju w imhallsa minn qlub generuzi Xewkin.
IL- VARA L- KBIRA
Statwa bl- erba' figuri tradizzjonali fej fuq in- naha tal- lemin ta' Kristu Mejjet naraw lill- Madonna, filwaqt li fuq ix- xellug naraw lil San Gwann. Il- Madalena tidher mixhuta gharkobbtejha taht is- salib. Din il- vara, xoghol fil- kartapesta, kienet inhadmet mill- istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri w saret bejn l- 1922 u l- 1924. Thallset minn diversi benefatturi mix- Xewkija stess. Fl- 1984 din il- vara
giet irrestawrata minn Guzeppi Sagona. Tul ir- Randan kollhu, dawn l- erba' figuri jigu mpoggija fil- kor tal- Knisja Arcipretali.
IL- MONUMENT
Il- figura ta' Kristu Mejjet qatt ma saritilha urna, forsi ghax qatt ma kien hemm hsieb li ssir purcissjoni formali tal- Passjoni. L- istatwa hi xoghol fil- kartapesta minn Wistin Camilleri ta' bejn l- 1922 u l- 1924. Madankollu, din l- istatwa tinhareg fil- pageant tad- Duluri billi hi assocjata ma' wahda mis-
seba' Duluri tal- Madonna. Kristu jidher qed jistrieh fuq zewg imhadded homor, wahda taht rasu w l- ohra taht il- pali ta' saqajh. Maz- zmien din il- vara wkoll giet restawrata minn iben Wistin, Michael Camilleri Cauchi w il- hlas sar minn diversi benefatturi.
ID- DULURI
Din ir- rapprezentazzjoni tal- Pieta' hi l- eqdem vara mis- sett statwi tal- Passjoni w tmur lura ghall- 1860 meta giet importata minn Marsilja, Franza, fejn kienet inhadmet mid- ditta Gaillard. Hi tal- kartapesta w l- ispejjez kienu thallsu minn Marija Scicluna. Ovvjament, hi c- centru tal- pageant tad- Duluri li ssir gimgha qabel il- Gimgha Mqaddsa.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- kotba, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w Il- Vari tal- Gimgha l- Kbira ta' Malta u
Ghawdex ta' Joseph Grech
Vari Antiki Fix- Xewkija
Din hi l- vara originali ta' Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib li kienet issawret fil- kartapesta minn Wistin Camilleri bejn l- 1922 u l- 1924. L- ahhar darba li ntramat kien fl- 1984.
Il- vara ta' l- Ort bl- anglu l- originali li kellha, xoghol ta' Wistin Camilleri. Din il- vara, bhal kumplament tas- sett kollu, giet irrestawra minn Michael Camilleri Cauchi