
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin

IX- XAGHRA
Fil- Parrocca Tax- Xaghra, fl- 1692, ghalkemm dak inhar il- Knisja kienet zghira, diga kienet tezisti devozzjoni kbira lejn is- Salib Imqaddes. Fil- fatt, wiehed mill- artali kien iddedikat lis- Salib Imqaddes u statwa ta'' Kristu Kurcifiss imnaqqxa fl- injam kienet imdendla fuq dan l- artal. Maghha zdiedet relikwija ta' bicca ghuda mis- salib li fuqu kien imsallab Sidna Gesu Kristu.

Din kienet regalata lill- parrocca mir- Rev. Kan. Gian Piet Aguis De Soldanis skont l- Atti tan- Nutar Salv Cordina tat- 3 ta' Dicembru 1793. Kull sena kienu jigu ccelebrati zewg festi tas- Salib Imqaddes, wahda fit-3 ta' Mejju w l- ohra fl- 24 ta' Settembru. Fl- 1914 inbnew il- kappelli tal- genb u wahda minnhom giet dedikata lis- Salib Imqaddes. Statwa Kbira tal- Kurcifiss waslet minn Lecce, l- Italja, xoghol l- iskultur famuz il- Professur Luigi Guacci, Cavliere al merito di lavoro Statue di Cartapest u tqieghdet gon- nicca fuq ir-rih tal- artal. Il- Kurcifiss kien wasal ix- Xaghra fir- Randan tas- sena 1913 u l- parruccani baqghu mpressjonati bis- sbuhija artistika ta' l- istatwa. Fosthom kien hemm Guzepp Bonello li tant impressjona ruhu li, flimkien ma' martu ddecieda li joffri l- ispejjez kollha biex issir statwa tal- purcissjoni. Ghalhekk l-arcipriet ta' dak iz- zmien, Mons. Kan Mawrizju Cauchi, talab lill- isqof, Mons G.M Camilleri, biex fix- Xaghra tibda ssir Purcissjoni tal- Gimgha l-Kbira. Kif inghata permess, Bonello beda kampanja biex jingabru l- fondi ghal sett ta' tmien statwi. Fi zmien qasir inqalghu benefatturi bizzejjed biex l- istatwi setghu jigu ordnati.
Il-benefatturi kienu :
L- Arc. Cauchi : Gesu Inkurunat bix- Xewk (maghruf ukoll bhala 'Tal-Porpra'); Il- Kan Lawrenz Sultana : 'Gesu mal-Kolonna'; Guzeppi Bonello : 'Gesu Fl- Ort tal- Getsemani'; Geuzeppi Grech : 'Ir- Redentur'; Karmnu Attard u Guzeppi Hili : 'Il- Veronika'; Guzeppi Sultana (li kien hallas l- ispejjez tal- kurcifiss li issa kien emigra l- Algerja) baghat somma flus biex jizdiedu l- istatwi tal- Madonna w San gwann l- Evangelista mal- Kurcifiss; Il-Familja Attard : 'Kristu Mejjet' u Ganni Rapa : 'Id-Duluri'.
Id- Ditta tal- Professur Guacci ghal- darb ohra giet inkarigata bix- xoghol u fi zmien sena wasal fix- Xaghra sett artistiku ta' tmien statwi. Kien jonqos biss statwa ta' Marija Madalena biex is- sett ikun komplut. Intbaghat messagg lil Guzepp Sultana gewwa Bona, fl- Algerija biex jaraw riedx ihallas ghal din l- istatwa biex il- Vara l-Kbira tkun kollha tieghu. Ir-Risposta waslet li l- koppja zelanti kien gew assassinati fid- dar taghhom. Ghalhekk il- Kan. Dun Frangisk Said offra li jaghmel tajjeb hu ghall- ispejjez tal- Madalena. Ftit taz-zmien wara waslet ukoll. Dawn l- istatwi huma unici fil- gzira Ghawdxija ghax kollha maghmula mill- istess id u fl- istess zmien. Sa ghadd ta' zmien ilu, l- Ghid kien jigi cccelebrat is-Sibt filghodu w ghaldaqstant l- istatwi kienu jidhlu fin- nicec taghhom immedjatament li jidhlu lura fil- knisja wara il-purcissjoni. B' rizultat ta' dan, l- umdita ta' bil- lejl w anke in- nida li kienet tkun bdit taqa' ghamlulhom hafna hsara. Ghalhekk, fl- 1961 il- Prof. Salvatore Bruno minn Bari, l- Italja, ingieb x- Xaghra w ghamel ix- xoghol ta' restawr fuqhom. Billi x- xoghol sar gewwa l- knisja , l- artist kien ristrett hafna fix- xoghol tieghu tant li ma ghaddiex wisq zmien li kellu jsir restawr iehor. Iktar tard il- Professur Bruno nghata l- kumissjoni biex jaghmel statwa 'It- Tradiment ta' Guda'. Din zdiedet mas- sett fl- 1964. Nazzareno Attard, emigrant Xaghri fl- Awstralja, b' kuntatti li kellu mas- Sagristan ta' dak iz- zmien, Fortunatu Theuma, hallas minn butu l- ispejjez kollha. Fuq inizzjattiva persunali tal- Arcipriet, Mons. Ewkarist Sultana, statwa gdida 'Kristu jiltaqa' m' Ommu zdiedet mas- sett, xoghol tal- istatwarju maghruf Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi. Il- Benefatturi kienu Anglu w martu Victoria Cassar, residenti fl- Istati Uniti tal- Amerika. Min ckunitu, l- Arcipriet Sultana kellu gibda specjali lejn il- Purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira w kif ha pussess tal- Parrocca mill- ewwel ta' rkabtu biex l- istatwi jigu restawrati fil- post fejn saru. Is- Sagristan Ganni Attard u l- Kanonku Anton Refalo kienu mibghuta l-Italja fl- 1989 ifittxu d- ditta Guacci gewwa Lecce. Dawn sabu li d-ditta kienet waqqfet ix- xoghol taghha izda bl-ghajnuna ta' Mona Temistocle de Leo, Kappillan tal- Bazilka ta' S. Croce, id- ditta tal-Prof. Antonio Malecore gewwa Via Alami giet ikkuntattjata. Din id- ditta tispecjalizza fir- restawr ta' statwi kemm tal- injam kif ukoll tal- kartapesta. B' konsultazzjoni mal- Kapitlu tal- Bazilka, Mons. Arcipriet talab lill- Professur Malecore jigi x- Xaghra, jaghmel studju fuq l-istat li kienu fih l- istatwi w jaghmel ir- rakkomandazzjonijiet tieghu. B' rizultat ta' dan l- istatwi ftit ftit ittiehdu kollha l- Italja u gew restawrati fl- istudios tad- Ditta hemmekk. Ix-Xoghol irnexxa sew u sas- sena 1992 l- istatwi kollha kienu regghu gew ghall- istat originali taghhom. Sas- sena 1934, il- Baned Leone w La Stella tal- Belt Victoria kienu jiehdu sehem wahda kull sena jakkumpanjaw il- Purcissjoni b' marci funebri sakemm fil- 1935, il-Banda Victory, iffurmat ruha fix-Xaghra taht id- direzzjoni tas- surmast Mikiel Farrugia w bdiet takkumpanja hi w hekk ghada taghmel sal- lum. Qabel is-sena 1957, il- purcissjoni kienet wahda semplici. Minn barra s- sett statwi artistici w dawk li jgorru il- ktajjen, kienu jiehdu sehem hafna tfal b' fanali. Ma' tantx kienu organizzati w kulhadd kien imur mal- istatwa li kienet toghgob lilu jew ma' dik li ghaliha ommu kellha xi devozzjoni. Minkejja dan, il- purcissjoni kienet sabiha w sinjifikattiva hafna b' dawk il- fanali jixghelu fid- dlam tal- lejl qishom meta kienu sejrin ifittxu lil Kristu fil- Getsemani. Fl- 1958 bil- permess tal- Arcipriet Mons. Mikelang Cauchi, u xi bandisti mmexxija minn Mikelang Attard, Mikiel Attard, Gigi Rapa w Carmelo Sultana dahhlu ghall- organizzazjonijiet tal- Purcissjoni. Bil- ghajnuna siewja tal- Kan. M'Ang Apap li ddisinja kostumi bibblici tat- tfal subien il- purcissjoni bdiet tiehu xejra ohra, w aktar hadet is- sura ta' Pageant. Ghalkemm id- devozzjoni ma naqset xejn anzi issa wiehed seta' iktar jimmedita fuq il- passjoni tas- Sinjur taghna Gesu Kristu. Mhuwiex Xoghol hafif meta wiehed irid jiftakar li jiehdu sehem 'l fuq minn 400 ruh. Ta' nnteress huwa l- fatt li l- post ta' reffiegh tal- istatwi jintiret mill- membri tal- istess familja jew qraba. Il- membri huma geluzi ghal dan il- post u jhossuhom onorati meta taht it- toqol tal- istatwa huma jaghmlu t- toroq twil tal- purcissjoni. Il- grupp ta' kull statwa jassigura li l- istatwa tkun imzejna bil- fjuri.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fix- Xaghra, Tohrog Il- Gimgha 30 Ta' Marzu Fis- 18.00
L- informazzjoni rigward ix- Xaghra mehudha mill- pagna ta' Facebook: PurÄ‹issjoni tal-Ä imgħa l-Kbira Xagħra
L- ORT
Vara tal- kartapesta li saret mid- ditta Guacci ta' Lecce, l- Italja, fl- 1914. Il- figura ta' Gesu kienet donazzjoni Guzeppi Bonello filwaqt li Angelo Attard hallas ghall- ispejjez tal- anglu li hawn narawh qed jipprezenta l- kalci simboliku lil Kristu. Fl- 1961, Salvatore Bruno rrestawra din il- vara fix- Xaghra stess izda r- restawr li sar fl- 1990 sehh f' Lecce minn Antonio Malecore
GUDA
Din il- vara tal- kartapesta zdiedet mas- sett meta ssawret minn Salvatore Bruno ta' Bari, l- Italja, fl- 1964. Hi donazzjoni ta' Nazzareno Attard li kien emigrant fl- Awstralja. Ghalkemm hemm diversi vari simili f' Malta, din l- istatwa hi unika f' Ghawdex.
IL- MARBUT
Din il- vara kienet donazzjoni tal- Kanonku Dun Lawrenz Sultana w issawret fil- kartapesta mid- ditta Guacci ta' Lecce, l- Italja, fl- 1914. Giet restawrata darbtejn: minn Salvatore Bruno fl- 1961 fix- Xaghra stess u fl- 1989 minn Antonio Malecore f' Lecce.
ECCE HOMO
Din l- istatwa ta' Gesu nkurunat bix- xewk hi xoghol fil- kartapesta mid- ditta Guacci ta' Lecce, fl- Italja, fl- 1914. L- ispejjez involuti thallsu personalment mill- Arcipriet stess, il- Kanonku Maurizio Cauchi. Fl- 1961, sarilha xoghol ta' restawr minn Salvatore Bruno fix- Xaghra stess izda fl- 1989 intbaghtet Lecce fejn regghet giet restawrata minn Antonio Malecore.
IR- REDENTUR
Hawn naraw lil Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib, vara tal- kartapesta li saret fl- 1914 mid- ditta Guacci ta' Lecce, l- Italja. Il- benefattur ta' din l- istatwa kien Guzeppi Grech. L- ewwel restawr ta' din il- vara sehh fl- 1961 minn Salvatore Bruno fix- Xaghra stess; fl- 1990 rega' sar xoghol ta' restawr f' Lecce minn Antonio Malecore.
GESU JILTAQA'
MAL- MADONNA
Din hi t- tieni vara li zdiedet mas- sett. Saret fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1987 u hi donazzjoni t' Anglu w Vitorja Cassar li kienu emigranti fl- Istati Uniti tal- Amerika. Din il- vara hi unika fil- gzira ta' Ghawdex ghalkemm hemm zewg vari simili f' Malta.
IL- VERONIKA
Fl- 1914, Carmelo Attard u Guzeppi Hili hallsu l- ispejjez konnessi ma' din il- vara li ssawret fil- kartapesta mid- ditta Guacci ta' Lecce, l- Italja. Fl- 1961 irrestawraha Salvatore Bruno fix- Xaghra stess izda fl- 1991 ittiehdet f' Lecce fejn regghet giet renovata minn Antonio Malecore.
IL- VARA L- KBIRA
Din il- vara b' erba' figuri saret f' zewg stadji izda dejjem b' xoghol fil- kartapesta mid- ditta Guacci ta' Lecce, fl- Italja. Fl- 1914 waslu l- Kurcifiss, il- Madonna w San Gwann li kienu donazzjoni ta' Guzeppi Sultana filwaqt li l- figura ta' Marija Maddalena saret fl- 1924 u thallset mill- Kanonku Dun Frangisku Said. Il- vara shiha giet restawrata minn Salvatore Bruno fl- 1961 li wettaq ix- xoghol fix- Xaghra stess. Aktar il-
quddiem sar it- tieni restawr maqsum fi tliet stadji, meta l- istatwi ntbaghtu Lecce ghall- interventi necessarji minn Antonio Malecore: San Gwann u l- Maddalena fl- 1989; il- Madonna fl- 1990; u l- Kurcifiss fl- 1991.
IL- MONUMENT
L- istatwa ta' Gesu Mejjet hi xoghol fil- kartapesta tad- ditta Guacci ta' Lecce, fl- Italja fl- 1915. Giet restawrata darbtejn: fl- 1961 fix- Xaghra stess minn Salvatore Bruno w imbaghad fl- 1991 meta ntbaghtet f' Lecce ghall- intervent li sarilha minn Antonio Malecore. L- urna hi tal- injam u giet indurata minn Antonio Agius mir- Rabat (Malta).
ID- DULURI
Il- Madonna hawn tidher wieqfa w wehidha f' din ir- rapprezentazzjoni fil- kartapesta mahduma mid- ditta Guacci ta' Lecce, fl- Italja, fl- 1914. Sar xoghol ta' restawr fl- 1961 minn Salvatore Bruno li wettaq il- hidma tieghu fix- Xaghra stess. Fl- 1991, il- vara ntbaghtet Lecce fejn regghet giet restawrata minn Antonio Malecore.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
​
Ritratti Antiki Tal- Vari


Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Xaghra Village

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Xaghra Village

