top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa           Fil- Gzejjer Maltin

NADUR

Fis- sena 1752, il- Veneranda Lampada, kienet xtrat bust ta'' l- Ecce Homo li f' qasir zmien gibed lejh devozzjoni kbira. Il- bust qam anqas minn lira ( 7 skudi w 4 tari ). Kien hafna snin wara, sewwa sew fil- bidu tas- seklu ghoxrin meta kienet bdiet tigi ccelebrata b' solennita' l- liturgija tal- Gimgha Mqaddsa fil- knisja Kolleggjata tan- Nadur. Aktar qabel, sa nofs is-

seklu dsatax, insibu li vara tad- Duluri li kienet saret qabel l- 1863 u kienet tinhareg f' xi pellegrinaggi organizzati mill-

 

parrocci tan- Nadur, Ghajnsielem u l- Qala. Kien fl- istess zmien li sar Kristu Mejjet, korp tal- kartapesta, li kien ingib minn

 

Bolzano, l- Italja w moghti l- kulur minn Kalcidon Mangion fl- 1876. Dan il- korp kien jitpogga f' urna li fuqha kellha

 

mnaqqxa l- istemma ta' l- ordni Frangiskan u li kienet akkwistata zmien qabel minghand il- Frangiskani Konventwali tal-

 

Belt. Dik li nafu bhalha purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira harget sewwa sew fil- 21 ta' Marzu 1913 bit- thabrik tal- Arcipriet

 

Kan. Martin Camilleri, u li fiha kien hemm it- tliet vari li ga semmejna, biss b' korp gdid ta' Kristu Mejjet, billi dak qadim

 

kien fi stat hazin. Gie mwaqqaf l- ewwel kumitat tal- Gimgha l- Kbira li haseb biex jaghmel xi simboli tal- Passjoni w sett

 

bandalori  bis- seba' kelmiet li qal Kristu fuq is- salib. Il- familji Nadurjani hasbu biex jahdmu fanali li kienu jgorruhom it-

 

tfal taghhom. Fis- snin sussegwenti zdiedu dawn is- sitt vari msawrin fil- kartapesta mill- istatwarju Qormi Karmenu Mallia,

 

lavrant u dixxplu tal- maghruf Karlu Darmanin: ir- Redentur; l- Ort; il- Marbut; l- Ecce Homo (li ha post il- bust li semmejna);

 

il- Veronika w il- Vara l- Kbira. Il- muzika kienet f' idejn Dun Anton Camilleri, maghruf hafna bhalha muzicista, bis- sehem

 

ukoll tal- kor tieghu. Il- fjakkoli jaqbdu kienu jdawlu t- triq. Sal- 1922 kien hemm fin- Nadur tmien vari ta' stil tradizzjonali

 

izda, mill- 1927 'il hawn, bdew jinbidlu f' ohrajn godda mahduma mill- injam li gew importati minn Bolzano, l- Italja w

 

minnhom baqa' biss il- Veronika. Mas- sett zdiedu wkoll zewg episodji godda - it- Tradiment ta' Guda w ic- Cahda ta'

 

Pietru - biex b' hekk in- Nadur issa ghandu sett ta' ghaxar vari u wkoll ta' sehmu fl- izvilupp lokali tal- ikonografija tal-

 

istatwi tal- Passjoni. Minhabba li snin wara nqalghu xi problemi l- purcissjoni ma baqghetx tohrog u kien fl- 1968 meta din

 

regghet bdiet tohrog nhar Hadd il- Palm, kif kien ordna l- Isqof Nikol Cauchi. Pawlu Curmi w inbu Guzeppi bdew, fl- 1973,

 

jahdmu l- bradelli w il- bankuni tal- kewba. Il- vari kollha zzejnu bi globi godda. Kien fl- 1976 li l- purcissjoni regghet bdiet

 

tohrog nhar il- Gimgha l- Kbira, is- sena li fiha dehru ghall- ewwel darba fil- purcissjoni tlettax -il suldat Ruman, u l- baned

 

' Prekursur ' tax- Xewkija w ' Mnarja ' tan- Nadur bdew ukoll jiehdu sehem fiha.

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fin- Nadur

Tohrog Il- Gimgha 23 Ta' Marzu Fis- 19.00

L- informazzjoni rigward in- Nadur mehudha mill- kotba, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w Il- Vari tal- Gimgha l- Kbira ta' Malta u

 

Ghawdex ta' Joseph Grech u mis- sit: www.goodfridaymalta.com

L- ORT

L- ewwel vara tal- Ort kienet xoghol fil- kartapesta minn Karmenu Mallia (maghruf bhalha l- Lhudi), fl- 1914. Inbidlet fl- 1927 meta ngiebet il- vara prezenti, xoghol minqux fl- injam f' Bolzano, l- Italja, li thallas minn Marcell u Roza Camilleri. Fl- 1975, saru d- dijademi prezenti u l- vara giet restawrata w immodifikata xi ftit fl- 1991 minn Michael Camilleri Cauchi meta l- figura ta' Gesu ttellghet ftit aktar fl- gholi biz- zieda ta' blata 

taht l- istatwa w tressqet kemmxejn lejn ix- xellug biex zdied l- ispazju bejn Kristu w l- anglu, arrangament li - ghal ragunijiet etici u/jew artistici - seta' gie evitat.

GUDA

Din il- vara movimentata hi l- ahhar zieda mas- sett ta' din il- lokalita'. Inhadmet fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1999.

IC- CAHDA TA'

SAN PIETRU

Din hi vara unika fil- gzejjer Maltin u turi lil Gesu jhares lejn San Pietru wara li dan cahdu tliet darbiet filwaqt li qed jingibed minn ghassies Lhudi. Hi vara movimentata b' daqsxejn esegerazzjoni fil- pozizzjonijiet tal- igsma tat- tliet figuri, specjalment tal- Lhudi. Inhadmet fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1988 meta n- Nadur iccelebra it-

tielet centinarju mit- twaqqif tieghu bhalha parrocca ddedikata lill- Martirju tal- Appostli San Pietru w San Pawl. Ir- raggiera ta' Gesu, li hi tal- fidda, thallset minn Karmela Buttigieg filwaqt l- ispejjez biex saret il- vara ngabru minn fost il- parruccani Nadurin.

IL- MARBUT

L- ewwel vara kienet tal- kartapesta w inhadmet minn Karmenu Mallia ghall- habta tal- 1915. Inbidlet wara s- sena 1927 mill- vara prezenti li hi tal- injam u giet importata minn Bolzano, l- Italja. Kienet donazzjoni ta' Guze' Camilleri. Ir- raggiera tal- fidda saret fl- 1975.

ECCE HOMO

Il- vara prezenti, tal- injam mahduma f' Bolzano, l- Italja, hi wkoll ghotja ta' Guze' Camilleri. Hadet post il- vara tal- kartapesta li kien sawwar Karmnu Mallia ghall- habta tal- 1915 u li nbidlet wara l- 1927. Ir- raggiera tal- fidda saret fl- 1975.

Din il- vara tal- injam saret mid- ditta Insam ta' Bolzano, l- Italja fl- 1955 bl- ispejjez taghha jithallsu minn Pawla Camilleri. Il- pozizzjoni ta' Gesu mwaqqa' minn tulu taht it- toqol tas- salib hi unika fil- gzejjer Maltin. Qabilha kien hemm vara tal- kartapesta, xoghol Karmnu Mallia fl- 1914 li kienet 

IR- REDENTUR

thallset minn Mikiel Borg. Ir- raggiera tal- fidda saret fl- 1975.

IL- VERONIKA

L- element l- aktar importanti ta' din il- vara, il- figura tal- Veronika, hi xoghol fil- kartapesta ta' Karmenu Mallia ta' madwar is- sena 1915 u hi l- unika statwa mill- vari originali li ghadha tohrog fil- purcissjoni. Hi statwa helwa b' moviment ristrett li maghha zdiedet tifla fl- 1987, xoghol fil- kartapesta ta' Michael Camilleri Cauchi li kien ukoll irrestawraha fl- 1973. L- awreola tal- fidda saret fl- 1975.

IL- VARA L- KBIRA

Vara msawra fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1976 meta hadet post il- vara ta' qabel li kien hadimha Karmnu Mallia. Fuq quddiem, tinkludi wkoll il- figura ta' Longinu li jidher ezatt wara li nifed lil Gesu bil- lanza li qed izomm b' idejh. Hi vara movimentata fejn Longinu qed jghatti xi ftit lil Marija Maddalena. Is- salib tal- kewba nhadem minn Guzeppi Camilleri filwaqt li r- raggieri tal- fidda saru fl- 1975.

IL- MONUMENT

Il- korp ta' Gesu Mejjet, tal- injam minn Bolzano, l- Italja w li thallas minn Guzeppi Grech, kien sar fl- 1913 u zzanzan fl- ewwel purcissjoni li kienet harget. L- urna tal- injam indurat izzanznet fl- 1975 u saret fuq disinn ta' Pawlu Camilleri Cauchi. Ix- xoghol tal- injam sar minn Guzeppi Camilleri, l-

iskultura minn Michael Camilleri Cauchi w l- induratura minn Emmanuel Darmanin ta' Rahal Gdid

ID- DULURI

Din hi l -eqdem vara fis- sett u kienet diga' tezisti fl- 1863 meta tqeghdilha sejf tal- fidda li x' aktarx kien donazzjoni ta' Guzeppi Bartolo. Michael Camilleri Cauchi wettaq xoghol ta' restawr fuq din il- vara fl- 1973 u, sentejn wara, sar l- istellarju tal- fidda ma ras il- Madonna, xoghol ta' Guzeppi Cassar minn Bormla. Fl- 2013 din il-vara giet irrestawrata mill- gdid minn James Azzopardi

L- informazzjoni rigward il- vari mehudha mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki Fin- Nadur

Il- bust tal- Ecce Homo li kien gie mixtri mill- Veneranda Lampada fis- sena 1752

Ritratt tal- bust mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha Kbira Nadur

Ritratti tal- Vara l- Kbira mehudin mill- pagna ta' Facebook: 

 

Gimgha Kbira Nadur

Din hi l- ewwel vara tal- Krucifissjoni li saret ghall- habta tal- 1915 minn Karmnu Mallia, xoghol fil- kartapesta. Maz- zmien inbidlet izda ma twarrbitx ghall- kollox ghax illum kwazi nsibuha armata f' nicca w t- tliet figuri tal- Kurcifiss, il- Madonna w San Gwann iservu bhala t- titular tal- artal tal- Kurcifiss fil- knisja parrokkjali.

Ritratti tad- Duluri mehudin mill- pagna ta' Facebook: 

 

Gimgha Kbira Nadur

F' dawn it- tliet ritratti qeghdin naraw il- vara tad- Duluri kif kienet qabel ma giet irrestawrata minn James Azzopardi fl- 2013.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.                                                 Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page