top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin





IX- XBIEHA TAL- ECCE HOMO

Pittura tal- artist Svizzeru - Taljan, Antonio Ciseri, li kien pitter fis- sena 1871.
Il- kelma Latina Ecce Homo ma hija xejn għajr frażi li nsibu fil- Vulgata, jiġifieri fl- Evanġelu bil-Latin. Din il- frażi tinsab fl- Evanġelju ta’ San Ġwann, kapitlu 19 vers 5, meta Pilatu wera lil Kristu, wara l- flaġellazzjoni, lin- nies u qallhom “Hekk hu l- Bniedem”.
Fl- arti, x- xena tal- Ecce Homo hija komponent ta' diversi perjodi li juru l- passjoni u l- ħajja ta’ Kristu. Issegwi l- flaġellazzjoni ta' Kristu, l-Inkurunar bix- xewk u ż- żeblieħ - l- aħħar tnejn ta' spiss jiġu kkumbinati flimkien.
Ir- rappreżentazzjoni komuni - dik li naraw ta' spiss - turi lil Pilatu u il- Kristu quddiem folla enormi ta' nies u partijiet mill- belt ta' Ġerusalem. Iżda, mis- seklu 15 fil- Punent, u ħafna iktar kmieni fl- arti tal- knisja tal- Lvant, diversi pitturi devozzjonali bdew juru lil Ġesù waħdu, f' nofs jew figura sħiħa b' ilbies vjola, kuruna tax- xewk u b' diversi ġriehi ta' swat, speċjalment fuq rasu, fejn imbagħad wara bdiet tiġi ndikata bhalha d- dehra tal- Ecce Homo. Insibu wkoll bosta suġġetti ohra simili, iżda bil- feriti tal- kruċifissjoni viżibbli ( ġriehi tal- imsiemer fuq ir- riġlejn, ferita tal- lanza fil- kustat ), fejn huma ddefenuti bħala r- ''Raġel ta' Sogħba / Dulur'' ( kif ukoll Misericordia ). Jekk l- istrumenti tal- Passjoni jkunu mpittra fix- xena, tista' tissejjaħ ukoll ''Arma Christi''. Jekk Kristu jkun bilqiegħda ( ġeneralment isostni lilu nnifsu b’ idu fuq kuxtejh ), jista' jigi msejjah bħala ''Kristu Mistrieħ'' jew ''Kristu Mħasseb''. Biss mhux dejjem ikun possibbli li tiddistinkwi bejn dawn is- suġġetti.
Ġewwa l- Lvant dawn it- tip ta' xeni li jagħmlu parti minn din l- istorja, kwazi qatt ma kienu jintwerew fl- arti iżda l- ikoni tal- figura unika ta ’Kristu ttorturat' imorru lura fuq millennju, u xi drabi ġew imsejħa bħalha immaġini tal- Ecce Homo skond sorsi li ħarġu tul iż- żmien. L- ewwel xeni tal- Ecce Homo mpittra fl- arti jingħad li dehru fis- sekli 9 u 10, fil- kultura Sirjana-Biżantina tal- Insara Griegi Antijokjani. It-tradizzjoni Ortodossa tal- Lvant ġeneralment tirreferi għal dan it- tip ta' ikona b' titolu differenti: ″Ġesù Kristu l- Għarus″. Hija ġejja mill- kliem li jinstabu fit- testment il- Ġdid Griek: "ἰδοὺ ὁ νυμφίος", maqlub bir- Ruman: "idoù ho nymphíos", li fih Ġesù Kristu jizvela lilu nnifsu, fil- parabbola li kien irrakonta tal- għaxar nisa verġni - skond il- vanġelu ta' San Mattew - bħalha dak il- persuna li jġorr u jaqsam l- aktar kuntentizza w ferħ. L- ikona tippreżenta lill- għarus bħala Kristu li qed ibati, imwaqqa’ ghaż- żufjett u umiljat mis- suldati ta’ Ponzju Pilatu qabel it-

Pittura tal- artist Franċiz, Philippe de Champaigne,
li kien pitter fis- sena 1655.
tislib tiegħu. Ta' kuljum il- ' Midnight Office ', isejjaħ lill- fidili biex ikunu lesti f' kull mument għall- jum tal- Ġudizzju, li jiġi bla mistenni bħal "Għarus fil- Lejl". It- Tnejn, it- Tlieta u l- Erbgħa, ( l- ewwel tlett ijiem ta' qabel il- Ġimgħa Mqaddsa ), l- aħħar ġimgħa qabel l- Ghid il- Kbir - ikkonsagrata għall- kommemorazzjoni tal- aħħar jiem ta' ħajja tas- Salvatur f' din id- dinja -titkanta t- troparion (Muzika Religjuza Bizantina) bl- isem ta' "Behold the Bridegroom Cometh at Midnight". Ġo dramm tal- Passjoni ppreżentat, ġewwa l- belt ta' Moska ( 27 ta' Marzu 2007 ) u f' Ruma ( 29 ta' Marzu 2007 ), ifakkar il- kliem, li bihom "fl-Iskrittura Mqaddsa Kristu jiddeskrivi lilu nnifsu bħala għarus":
L- Għarus tal- Knisja gie msammar bl- imsiemer.
L- Iben tal-Verġni ġie mniffed b’ lanza.
Aħna nqimu l- Passjoni Tiegħek, O Kristu.
Aħna nqimu l- Passjoni Tiegħek, O Kristu.
Aħna nqimu l- Passjoni Tiegħek, O Kristu.
Urina wkoll il- qawmien glorjuż tiegħek.

L- istatwa tal- Ecce Homo li giet mahduma fis-
sena 2015, mill- artist Spanjol Frangisco
Romero Zafra.
Fi żmien il- Medju-Evu, l- arti tal- pittura fil- Kristjaneżmu ġewwa n- naħat tal- Punent - eżempju l- Egbert Codex ( ktieb tal- Vanġelu li llum jinsab miżmum fil- librerija tal- belt ta' Trier ) u l- Codex Aureus Epternacensis ( ktieb tal- Vangelu li ġie maħluq bejn wieħed u ieħor fil- perjodu 1030 - 1050 u llum jinsab ġewwa l- Germanisches Nationalmuseum f' Nuremberg) - jidhru li juru x- xena Ecce Homo ( u ġeneralment jiġu interpretati bħala tali ), iżda ħafna drabi juru biss l- Inkurunar tax- xewk u ż- żeblieh lil Kristu li jippreċedu x- xena tal- Ecce Homo attwali fil- Bibbja. L- immaġni indipendenti żviluppat biss madwar l- 1400, probabbilment ġewwa l- Burgundy, iżda mbagħad saret popolari ħafna, speċjalment fit- Tramuntana ta' l- Ewropa.
L- immagini tal- Ecce Homo bdiet tikber fil- popolarita tagħha hekk kif il- Passjoni saret it- tema ċentrali fin- naħa tal- punent fis- sekli 15 u 16. It- tema tal- Ecce Homo ma' kienetx inkluża biss fid- drammi tal- passjoni tat- teatru medjevali, iżda wkoll f’ serje ta' pitturi fejn tidhol it- tema tal- Passjoni, bħal 'The Great Passion' ta’ Albrecht Dürer jew l-
qed ipinġu f' dell
poplu Lhudi, fejn jiġu ppreġudikati
f' diversi
istess mod, dan
ġie ssinifikat
sempliċiment mibegħda li l-
kellha lejn Ġesu
necċssarjament
ġudizzju razzjali.
solitarja w
figura ta' Kristu


(xellug) Il- pittura tal- Ecce Homo li l- artist Olandiz Hieronymus Bosch pitter fis- sena 1475 u (lemin) il- pittura tal-
Ecce Homo li l- artist Germaniz Hans Holbein pitter fis- sena 1501.
tassew ikrah lill-
forsi kienu qed
jew iddiskriminati
karikaturi. Bl-
l- istil ta' arti kien
bħala
ir- rabja u l-
folla Lhudija
mhux
timplika xi
L- immaġini
sofferenti tal-
fejn jidher li qed
iħares direttament lejn l- osservatur li jippermettilu jidentifika ruħu personalment ma’ l- avvenimenti tal- Passjoni, oriġina lejn l- aħħar tal- Medju Evu. Fl- istess waqt l- immaġini tal- 'Bniedem Muġugħ' u l- 'Mistrieħ ta' Kristu', żdiedu fl- importanza tagħhom. Is- suġġett intuża ripetutament fl- hekk imsejħa 'Master Prints' antiki ( eżempju minn Jacques Callot u Rembrandt ), fil- pitturi tar- Rinaxximent u l- Barokk, kif ukoll fi skulturi Barokki. Il- pittur Hieronymus Bosch pitter l- ewwel Ecce Homo tiegħu matul is- snin 1470. Huwa reġa' rritorna għal dan is- suġġett fis- sena 1490, biex ipinġi fi stil karatteristikament Olandiż, b' perspettiva profonda w b' immaġini surreali ta' patrijiet li jidhru qed jitolbu fin- naħa tar- rokna lejn il- parti t' isfel tax- xellug.
Fis- sena 1498, il- pittur Albrecht Dure f' waħda mill- pitturi tiegħu li tagħmel parti mis- sett ta' pitturi bl- isem ta' 'Great Passion', wera s- sofferenza ta' Kristu fl- immaġini tal- Ecce Homo bħalha relazzjoni mill- qrib - li mhux tas- soltu - miegħu nniffsu, li jwassal għal interpretazzjoni tal- pittura bħalha metafora għat- tbatija ta' l- artist innifsu. Il- pittur James Ensor uża l- immaġini tal- Ecce Homo fil-pittura ironika tiegħu 'Christ and the Critics' li pinġa fis- sena 1891, li fiha wera lilu nnifsu bħala Kristu. Ir- rappreżentazzjoni ta’ Antonio Ciseri fl- Ecce Homo tas- sena 1871, tippreżenta stampa semi-fotografika ta’ gallarija li tidher minn wara l- figuri ċentrali ta’ Kristu fflaġellat u Pilatu (li wiċċhom ma jidhirx). Il- folla kienet tifforma minn ġemgħa enormi ta' nies, kważi mingħajr individwalità, u ħafna mid- dettal huwa ffukat fuq il- figuri normalment sekondarji bħal l-assistenti, suldati, segretarju u l- mara ta' Pilatu. Waħda mill- aktar verzjonijiet famuzi tal- immagini tal- Ecce Homo, kienet dik tal-

Il- pittura tal- 'Ecce Homo' li taghmel parti mis- sett bl-
isem ta' 'Great Passion', li l- artist Germaniz Albrecht
Dure pitter fis- sena 1498.
artist Pollakk Adam Chmielowski ( li waqqaf bħalha l- fratell Albert ), il- fratelli Albertini ( CSAPU ) u sena wara is- sorijiet Albertini (CSAPI), fejn eventwalment fl- aħħar ġie proklamat qaddis fit- 12 ta' Novembru tas- sena 1989 mill- Papa Ġwanni Pawlu II, l- awtur ta' 'Our God's Brothers', dramm dwar Chmielowski, miktub bejn l- 1944 u l- 1950, dwar patri żagħżugħ li l- quddiem leħaq pontifiku u fejn wara hu stess sar qaddis. L- Ecce Homo ta' Chmielowski (b' qiz ta' 146 cm b' 96.5 cm, mingħajr firma u mpitter bejn l- 1879 u l- 1881), kien sinifikanti fil- ħajja ta' Chmielowski, kif inhu mnizzel fl- ewwel Att tad- dramm ta 'Wojtyła'. Jingħad li l- Papa Ġwanni Pawlu II żamm kopja ta’ din il- pittura fl- appartament tiegħu fil- Vatikan.

Il- pittura tal- 'Ecce Homo' li l- artist Pollak Adam
Chmielowski pitter fis- sena 1879.
Il- pittura l- oriġinali wiehed jista' jmur jarha fis- Santwarju tal- Ecce Homo tas-sorijiet Albertini ġewwa Kraków. Din kienet ġiet impittra fi żmien meta l- pittur kien għaddej minn ġlieda interna, f' mument fejn beda jipprova jiddeċiedi jekk jibqax artist, jew jieqafx mill- pittura biex isegwi s- sejħa tiegħu u jservi lill- foqra. Speċjalment fis- sekli 19 u 20, it- tifsira tal- immaġini tal- Ecce Homo ġiet estiża bġalha rappreżentazzjoni tat- tbatija u d- degradazzjoni tal- bnedmin permezz tal- vjolenza u l- gwerra li kienu għaddejjin minnha. Tpinġijiet notevoli tas- seklu 20 huma l- Ecce Homo tal- pitturi George Grosz (1922–1923) u Lovis Corinth (1925).
Fil- gzejjer tagħna nsibu diversi parrocci li fihom insibu xi statwa jew xi bust tal- Ecce Homo, maħdumin minn diversi artisti lokali u dawk barranin. F' din is- sezzjoni ser inkunu qed nagħtu ħarsa lejn dawn l- istatwi.
Din l- informazzjoni hija mehuda mis- sit: Wikipedia w maqluba bil- lingwa Maltija minn Wayne Mallia.
IL- VARI U BUSTIJIET TAl- ECCE HOMO F' MALTA

BIRKIRKARA
(SANT' ELENA)
.jpg)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Ħbieb tat-Tempju Elenjan -
Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena Birkirkara.
_edited.jpg)
BIRKIRKARA
(PATRIJIET FRANGISKANI MINURI)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Santa Liena u Birkirkara.
BIRKIRKARA
(SANTWARJU MADONNA TAL- HERBA)
_edited.jpg)
_edited.jpg)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Santwarju Madonna tal- Herba.
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Santa Liena u Birkirkara.
Kif qed naraw f' dawn iż- żewg stampi, ġewwa s- Santwarju tal- Madonna tal- Ħerba nsibu żewg bustijiet tal- Ecce Homo. Dak li qed naraw fuq in- naħa tal- lemin jinsab fin- naħa ta' barra, waqt li l- figura l- oħra tinsab fuq ġewwa u hija statwa devota ħafna.
BIRKIRKARA
(SANTWARJU SANTA TEREZA)
.jpeg)
BIRKIRKARA
(KNISJA SAN PAWL)
_edited.jpg)

BIRZEBBUGA
Dan il- bust tal- Ecce Homo, jinsab ġewwa l- knisja parrokkjali ta' Birżebbuga. Jingħad li dan huwa xogħol maħdum fil- kartapesta, bejn wieħed u iehor tas- seklu 1700.
BORMLA
Ġewwa l- Kolleġġjata ta' Bormla, nsibu dan l- abbozz li l- istatwarju Pietru Pawl Azzopardi għamel għal- istatwa tal- Ecce Homo li tagħmel parti mill- purċissjoni tal- ĠimgĦa Mqaddsa f' Bormla.
%202_edited.jpg)
_edited.jpg)
FLEUR DE LYS
(MADONNA TAL- KARMNU)

FURJANA



GHARGHUR
GHAXAQ

_edited.jpg)
GUDJA
Dan il- bust tal- Ecce Homo, jinsab ġewwa l- knisja Arċipretali tal- Gudja. Jingħad li dan huwa xogħol maħdum fl- injam mill- istatwarju Vincenzo Dimech, fejn uża l- biċċiet tal- injam li kien fadal tal- vara titulari ta' Santa Marija. Intrama għal- ewwel darba fis- sena 2019.

HAMRUN
(SAN GEJTANU)
_edited.jpg)
HAMRUN
(SAN FRANGISK)
_edited.jpg)
HAMRUN
(KUNCIZZJONI)
%20ritratt.jpg)

ISLA
Din l- istatwa tal- Ecce Homo li tinsab ġewwa l- Bażilika tal- Isla, hija minquxa fl- injam minn Dun Bartolomeo Ellul u teħodna lura għas- sena 1784.
MARSA
(TRINITA QADDISA)
Din l- istatwa tinsab f' niċċa wara l- bieb il- kbir tal- knisja. Inħadmet minn Wistin Camilleri fl- 1916. Kienet toħrog proċessjonalment u kienet tintrefa' mill- membri zgħazagħ tal- Għaqda Festi Esterni tas- Santissima Trinita.
%20ritratt%20tieghi_edited.jpg)
QRENDI
(KNISJA SANTA MARIJA)

QRENDI
(KAPPELLA SAN MATTEW)
_edited.jpg)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Anthony Xuereb.
RABAT
(KNISJA SANTA MARIJA TA' GESU)
_edited.jpg)
.jpg)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook: Richard Faenza.
_edited_edited.jpg)
RABAT
(AKKWATI TAL- GHERIEXEM)
Għalkemm dan il- bust tal- Ecce Homo ma' jinsab fl- ebda knisja, kappella jew kunvent, għandu marbuta miegħu storja verament interessanti li hemm bosta għidut fejn jgħidu li din ġrat. Dan il- bust jinsab fl- akkwati tal- Għeriexem ġewwa r- Rabat, fejn jingħad li fi żmien il- gwerra kien hemm bar mad- dar ta' maġenbu u fejn ġo dan il- bar kien ikun hemm xi baħrin u xi suldati li kienu fl- armata Ingliża. Ħafna minnhom dawn kienu jgħixu ġewwa l- inħawi tal- Imtarfa. Skond diversi għidut jingħad li lejl minnhom, kien hemm xi żewgt irġiel li għamlu mħatra bejnitom ta' min jidgħaj l- aktar quddiem
din ix- xbieha, dik il- lejla stess. Dawn ħargu barra w intefu iħarsu quddiem in- niċċa tal- Ecce Homo, jidgħaw kemm jifilħu - waħda wara l- ohra bla waqfien. Waqt minnhom jiġri li waħda mill- idejn ta' dan il- bust taqa' u dawn iż- żewgt irġiel bil- biża ħarbu jiġru minn fuq il- post.
RABAT
(KNISJA SAN MARK)
_edited.jpg)
RAHAL GDID
(SANTA UBALDESKA)
Din ix- xbieha tal- Ecce Homo li nsibu ġewwa l- knisja ta' Sant' Ubaldeska f' Rahal Ġdid, oriġinarjament kienet tagħmel parti mis- sett l- antik li kellhom Bormla. Sar bosta restawr fuqha, biss l- aktar wieħed riċenti sar mill- istatwarju Girbi Andrew Bugeja.
.jpg)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook:
Knisja Sant' Ubaldeska, Casal Paola.
_edited.jpg)
SAN GILJAN
(TA' LAPSI)
Din ix- xbieha tal- Ecce Homo li nsibu ġewwa l- knisja ta' Lapsi f' San Ġiljan, hija xogħol fil- kartapesta Leccese. Fis- sena 2025, ġiet irrestawrata minn Semira Buġeja. Fis- sena 2026, it- teżorier Victor Tanti ħa ħsieb li ssir struttura ġdida tal- ħadid għall- mant li jintrama taħtu l-Ecce Homo, u li l- kuruna, li kellha ħsarat kbar, tiġi msewwija u ndurata mill- ġdid. Dan ix-xogħol sar minn Ruben u Austin Camilleri.
SANTA VENERA
Dan il- bust tal- Ecce Homo, huma maħdum mill- artist Girbi Andrew Bugeja.
_edited.jpg)
VALLETTA
(SAN DUMINKU)
_edited.jpg)
VALLETTA
(SAN FRANGISK)
Din il- vara tan- Nazzarenu, tintrefa f' niċċa fejn il- bieb ta' barra fuq in- naħa l- leminija tad- dħul. Hija magħmula mill- kartapesta mill- istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri w inħadmet għal- ħabta tas- sena 1920.
%201_edited.jpg)
_edited.jpg)
.jpg)
VALLETTA
(KUNVENT TAS- SORIJIET AGOSTINJANI)
VALLETTA
(BAZILIKA TAL- KARMNU)
_edited.jpg)
_edited.jpg)
VALLETTA
(KOLLEGGJATA SAN PAWL)
VALLETTA
(KNISJA MADONNA TA' LIESSE)
%201_edited.jpg)
ZABBAR
_edited.jpg)

ZEJTUN
(KNISJA SANTA KATARINA)
Inħadmu tlett figuri tal- Ecce Homo ġewwa z- Zejtun. L- ewwel wieħed hu dak li llum jinsab ġewwa l- knisja tal- Ispirtu s- Santu. Dan li hawn fl- istampa (xellug), huwa t- tieni figura tal- Ecce Homo. Maħdum minn Wistin Camilleri fis- sena 1930 u llum il- ġurnata jinsab esebit matul is- sena fil- mużew parrokkjali tal- knisja w jiġi armat fil- knisja fit- tielet ġimgha tar- randan. Ir- raġuni għat- tibdil kienet ghax dan l- Ecce Homo ġarrab ħsarat irreparabbli. Ġie rrestawrat fis- sena 1985 minn Alfred Camilleri Cauchi w minn Dun Gino Gauci (Tad- Diżma) fis- sena 2015.
ZEJTUN
(KNISJA GESU NAZZARENU)
_edited.jpg)
ZURRIEQ

.jpg)
ZURRIEQ
(KAPPELLA SANTA MARIJA)
Ritratt mehud mill- paġna ta' Facebook:
Knisja Santa Marija - Bubaqra.
TARXIEN
Ritratt tal- bust mehud mill- paġna ta' Facebook: Chris Ellul.
RAHAL GDID
(BAZILIKA KRISTU RE)
_edited.jpg)

IS- SIGGIEWI
MELLIEHA

LUQA
_edited.jpg)

Kif wieħed jista' jinnota, ġewwa l- parroċċa ta' Ħal Luqa nsibu żewġ bustijiet tal- Ecce Homo. Dan huwa attribwit lil artist Karlu Darmanin. (lemin)
BALZAN
_edited.jpg)
_edited.jpg)
ATTARD
BALLUTA

_edited.jpg)
SLIEMA
(STELLA MARIS)
Appena wieħed jidħol mill- bieb prinċipali tal- Knisja ta’
Stella Maris, fuq il- lemin tiegħu wieħed jilmaħ niċċa
żgħira. Fiha naraw il- bust tal- Ecce Homo. Din inħadmet
mill- istatwarju magħruf Karlu Darmanin. Hi xogħol fil-
kartapesta tal- 1868 u ħallas għaliha Giovanni Bisazza.
IMSIDA


LIJA
NAXXAR


WARDIJA
IMQABBA

_edited.jpg)
GHASRI
Din il- figura ta' Ġesu Nazzarenu, li nsibu ġewwa l- parroċċa tal- Għasri, hija maħduma mill- istatwarju Wistin Camilleri.

GHAJNSIELEM

QALA
Dan il- mezzo bust tal- Ecce Homo, li nsibu ġewwa l- parroċċa tal- Qala, huwa maħdum mill- istatwarju Wistin Camilleri.

MUNXAR
Din il- figura ta' Ġesu Nazzarenu, li nsibu ġewwa l- parroċċa tal- Munxar, hija maħduma mill- istatwarju Wistin Camilleri.

Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com
bottom of page

_edited.jpg)
