Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
HAZ- ZEBBUG
Hadd ma' jista jghid b' certezza meta bdiet il- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira f' Haz- Zebbug. Nistaw nimmaginaw li f' rahal daqshekk antik ( kien diga' parrocca fl- 1436), id- devozzjoni lejn il- Passjoni w il- mewt ta' Kristu dejjem kienet qawwija. L- ewwel darba li ssemmew il- vari tal- Passjoni f' din il- lokalita' kien fl- 1742 meta jinghad li Saverio Laferla, ghal hlas ta' 140 skud, sawwar fil- kartapesta statwi tad- Duluri, l- Veronika w San Gwann l- Evangelista. L- evidenza dokumentata tmur lura sal- 1824 biss. Ma' jidhirx li kienet issir purcissjoni ghajr wahda bl- istatwa ta' Kristu Mejjet mill- knisja Parrokkjali sal- knisja tal- Madonna tal- Grazzja. Fl- ewwel zewg decennji tas- seklu dsatax saret insistenza biex tibda ssir il- purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa w fl- 1826 saru xi vari tal- Passjoni mill- istatwarju Antonio Mifsud ( In-Najci ) u li anke gew moghnija bl- indulgenzi mill- Arcisqof Mattei. Xi whud minnhom
ghadhom jintuzaw sal- lum. Fl-istess zmien bdiet il- hjata tad- damask l- iswed ghall- knisja parrokkjali. Nafu zgur li Dun
Gio Battista Attard li kien il- prokuratur tal- Via Sagra habbrek biex ikabbar il- funzjonijiet tal- Gimgha Mqaddsa. Peress
li f' Haz- Zebbug qatt ma' kien hemm fratellanza tal- Kurcifiss, jista jaghti l- kaz li l -istess prokura tal- Via Sagra kienet
taghti sehemha fl- organizzazzjoni tal- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira.Apparti s- sett tradizzjonali ta' tmien vari godda
w zdiedu l- figuri fuq vari ohrajn biex, b' hekk, Haz- Zebbug ta' sehem qawwi fl- izvilupp ikonografiku tal- vari tal-
Gimgha l- Kbira li ehh wara l- 1960. In- numru prezenti tal- vari f' din il- lokalita' huwa ta' ghaxra w jizzejnu b' mod
partikulari hafna, bix- xemghat twal jalternaw ma' vazuni bil- fjuri madwar il- vara kollha. Il- purcissjoni kif nafuha llum
tmur lura sal- 1973. Dik is- sena gie deciz li numru ta' persunaggi Bibblici w suldati Rumani jibdew jiehdu sehem fil-
purcissjoni. Ghalhekk gie mehjut l- ilbies li thallas mill- individwi stess li kienu se jilbsuhom. Din l- inizzjattiva ntlaqghet
tajjeb hafna w matul is- snin baqa' jizdied il- vestwarju w l- oggetti simbolici li jingarru waqt il- purcissjoni. Jiehdu sehem
kemm irgiel kif ukoll nisa minbarra t- tfal. Illum l- ammont ta' nies li jiehdu sehem fil- purcissjoni jizboq is- seba' mija.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa F'Haz- Zebbug,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fil- 17.00
L- informazzjoni rigward Haz- Zebbug mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com
L- ORT
Il- vara tal- Ort li saret fl- 1826 tmermret u nbidlet ma' din ir- rapprezentazzjoni fil- kartapesta ta' Guzeppi Caruana ( Tal- Marcjol ) li hadimha fl- 1955 ghall- prezz ta' 88 Lira. L- anglu jidher qed jipprezenta l- kalci simboliku tal- Passjoni lil Gesu li donnu qed jaccettah.
GUDA
Din il- vara saret fl- 1978 mill- istatwarju Glormu Dingli w swiet 500 lira. Turi lil San Pietru qed jara lil Guda jittradixxi lil Gesu b' bewsa. Din il- vara w dik tan- Naxxar huma l- unici tnejn li jinkludu lil San Pietru f' din ix- xena. B' kuntrast, pero' filwaqt li l- vara Naxxarija hi dinamika, hawnhekk San Pietru qisu kwazi maqtugh mill- azzjoni li qed issir.
IL- MARBUT
Originarjament din l- istatwa kienet wehidha ta' Gesu marbut mal- kolonna, xoghol ta' Antonio Mifsud fl- 1826. Fl- 1985, zdiedet il- figura tal- manigold qedjifflagella lil Kristu, xoghol ta' Michael Camilleri Cauchi, ghall prezz ta' 350 lira. Iz-zewg statwi huma tal- kartapesta.
ECCE HOMO
Din il- vara tal- kartapesta ssawret fi tliet stadji. Il- figura ta' Gesu nkurunat bix- xewk ghadha mis- sett originali li hadem Antonio Mifsud fl- 1826 filwaqt li l- figuri l- ohrajn huma zidiet ta' Michael Camilleri Cauchi: is- suldat Ruman sar fl- 1987 filwaqt li l- figuri ta' Pilatu w il- pagg tieghu zzanznu fl- 1998 ghalkemm tlestew lejn tmiem l- 1997.
IR- REDENTUR
Il- vara l- antika ta- sett originali tmermret u ghalhekk inbiddlet fl- 1960 li kienet importata minn Spanja bi hlas ta' 130 lira.
IL- VERONIKA
Din il- vara originarjament kienet turi lil l- Veronika wehidha, xoghol fil- kartapesta ta' Guzeppi Caruana fl- 1954 ghall- prezz ta' hamsin lira Maltin. Fl- 1990, zdiedet maghha rapprezentanza tan- Nisa ta' Gerusalemm flimkien mal- figura ta' Kristu jerfa' s- salib, xoghlijiet ta' Michael Camilleri Cauchi li thallas 975 lira Maltin.
XMUN
IC- CIRINEW
Din il- vara, msawra fil- kartapesta minn Glormu Dingli, zdiedet mas- sett fl- 1964 u qamet 250 liri Maltin. Hi vara trankwilla zzejjed specjalment il- bixra ta' Gesu filwaqt li l- posizzjoni ta' jdejh huma xi ftit strambi w difficli li wiehed jifhem x' kellu f' rasu l- istatwarju. Doza zghira ta'
dinamizmu probabbli kienet tohloq aktar devozzjoni. Is- salib hu tal- kewkba w sar minn Filippu Camilleri.
IL- VARA L- KBIRA
Din ir- rapprezentazzjoni tal- Kurcifiss hi vara mis- sett originali li sawwar fil- kartapesta Antonio Mifsud fl- 1826. Fiha s- soliti erba' figuri tradizzjonali bil- Madonna w San Gwann raggruppati flimkien fuq il- lemin u l- Maddalena fuq ix- xellug fil- post tradizzjonali taht is- salib. Kristu hu raffigurat agonizzant u minnu donnha qed tohrog talba lill- Alla l- Missier. Hi vara msawra fi stil purista b'dik id- daqsxejn dinamizmu bzonnjuza
biex tigbed devozzjoni. L- armar tradizzjonali Zebbugi ta' xemghat twal fuq il- bradella wara s- salib joholqu l- ideja ta' Gesu l- vittma fuq l- artal tas- sagrificcju ghax, wara kollox, Hu miet ghalina biex jirriskatta l- bniedem mid- dnub.
IL- MONUMENT
L- urna tal- Monument saet fl- 1840 fuq disinn ta' Gorg Pullicino filwaqt li x- xoghol tal- injam sar minn Saver Micallef. L- induratura saret kemm -il darba izda l- ahhar darba li twettqet kien lejn tmiem is- seklu ghoxrin mid- ditta Darmanin. Sal- 1959, kien jintuza l- korp l- antik ta' Kristu Mejjet izda fl- 1960 izzanzan korp gdid tal- injam li sar mid- ditta Ferdinando Perithonier ta'
Bolzano, fl- Italja, ghall- prezz ta' mitt lira Maltin. Fl- 1971, inbidel id- drapp kollu ta' din il- vara nkluz il- bellus, il- purtieri w il- galluni bl- ispejjez ilahhqu madwar 136 liri Maltin. Originarjament, mal- kantunieri kien hemm erba' incensiera izda dawn tnehhew u flokhom tqieghdu l- erba' angli li naraw illum. Dawn l- angli attribwiti minn xi whud lil Karlu Darmanin, kien irrestawrahom Guzeppi Caruana ghall- prezz ta' 130 liri Maltin.
IL- VARA TAS- SALIB
ID- DULURI
Din il- vara tmur lura lejn l- 1742 meta ssawret fil- kartapesta minn Saverio Laferla. Interessanti li ninnotaw li din hi l- unika vara tad- duluri li, mal- Madonna, hemm anglu w San Gwann meta normalment fil- vari l- ohrajn insibu wiehed minnhom biss. Madwar sittin sena ilu, din il- vara giet modifikata w rrestawrata minn Guzeppi Caruana ( Ta' Marcjol ). Originarjament, il- vara kienet tinkludi salib tal- ebbanu izda tnehha minhabba t- toqol tieghu w floku sar wiehed tal- kewba.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki F' Haz- Zebbug
Kienet is- sena 1826, fejn l- iskultur Antonio Mifsud sawwar din l-istatwa ghaz- Zebbugin. F' dan ir- ritratt qeghdin naraw l- istatwa tal- marbut, kif kienet tohrog qabel is- sena 1985
Din l- istatwa nhadmet mill- iskultur Giuseppe Caruana fis- sena 1954. Sal- 1990, din il- vara tal- Veronika kienet tohrog wahedha.
Sal- 1960, din kienet il- vara tar- Redentur li kienet tintuza qabel fil- purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa.
L- Ecce Homo li ghadha mis- sett originali li hadem Antonio Mifsud fl- 1826. Il- figuri l- ohra zdiedu wara.