top of page

HAL- QORMI

L- ewwel darba li ssemmew vari tal- Passjoni f' Hal Qormi kien fl- 1794 meta fi djarju privat inkiteb li kien hemm statwi kbar u zghar flimkien ma' indikazzjoni qawwija li l- purcissjoni kienet wahda stabbilita. Nafu li lejn l-

ahhar tas- seklu tmintax, f' Hal- Qormi kienu jsiru kull Hadd tar- Randan, hames purcissjonijiet biex jitfakkru l- hames

 

 

misteri tat- tbatija w f' kull purcissjoni kienet tohrog il- vara li tirrapprezenta dak il- misteru. Ghalhekk, sa dak iz- zmien,

 

 

diga' kien hemm il- vari tal- Ort, il- Marbut, l- Ecce Homo, ir- Redentur w il- Veronika li kienu johorgu flimkien  u l- vara

 

 

tal- Krucifissjoni. F' Hadd il- Palm imbaghad kienet issir purcissjoni bil- vari kollha li f' xi zmien bdiet issir fil- gurnata

 

 

propja tal- Gimgha l- Kbira. Il- purcissjoni tad- Duluri kienet issir il- Gimgha ta' qabel il- Gimgha  l- Kbira bhalma

 

 

ghadha ssir sal- lum. F' Hal- Qormi, il- purcissjoni kienet tigi organizzata mill- Fratellanza  tas- Sagrament u mill-

 

 

Fratellanza tar- Ruzarju. Il- purcissjoni fl- antik kienet tkun wahda devozzjonaliu penitenzjali ghall- ahhar. Jissemmew

 

 

penitenti lebsin l- abjad jew l- iswed b' rashom mghammda w igorru l- ktajjen bhala weghda ghal xi grazzja maqlugha

 

 

jew penitenza. Jista jkun ukoll ghalkemm m' hemm xejn fic- cert li bhal f' lokalitajiet ohra, f' Hal- Qormi kien ikun hemm

 

 

il- battuti li kienu nies li jsawwtu lilhom infushom bhala penitenza. Dawn madankollu kienu nqatghu f' Malta kollha matul

 

 

is- seklu dsatax. Mill- istatwi tas- seklu tmintax ghad baqa' l- vari tal- Ecce Homo, id- Duluri, il- Vara l- Kbira bl-

 

 

eccezzjoni tal- figura tal- Madonna w xi fdalijiet tal- Monument. Bhal- loklitajiet ohrajn, kien hemm sett tradizzjonali ta'

 

 

tmien vari izda dawn zdiedu ghal disgha fl- 1908 biz- zjieda tat- Tradiment ta' Guda. Mill- 1961 'il quddiem, Hal- Qormi

 

 

kellu sehem importanti hafna fl- izvilupp tal- ikonografija tal- vari tal- Passjoni fil- gzejjer Maltin taht id- diversi aspetti

 

 

tieghu: postijiet ohrajn ziedu vara tat- Tradiment ta' Guda bhalma kien hemm f' Hal- Qormi; kien hemm zieda ta' tliet vari

 

 

b' episodji godda biex in- numru tela' ghal tnax; u ziedu statwi ma vari li tradizzjonalment kienu  singoli. Is- sett vari

 

 

prezenti huma tahlita ta' statwi antiki w ohrajn li ssawru fi  snin pjuttost recenti w naturalment, issirilhom restawr u

 

 

manutenzjoni minn zmien ghal zmien. Kien ghal bidu tas- seklu ghoxrin li bdew jidhru l- personaggi Bibblici fil-

 

 

purcissjoni w jidher li Hal- Qormi kien wiehed mill- pijunieri biex titkattar din it- tradizzjoni. Wiehed minn nies li hadem

 

 

hafna biex il- purcissjoni tiehu l- forma ta' pagaent li naraw illum kien l- Arcisqof  Dun Gerard Frendo u dan fis- snin

 

 

hamsin tas- seklu ghoxrin. Kien hemm zmien fejn gruppi ta' nies partikulari kellhom id- dritt fuq l- irfiegh ta' xi vari.Sa

 

 

mill- 1995, l- irfiegh tal- vari jinsab f' idejn il- hames Fratellanzi li hemm fil- parrocca. Kull Fratellanza jkollha ga f' hames

 

 

vari li jigu kull sena alternati biex b' hekk kulhadd ikollu cans jerfa' f' kull vara tul is- snin. Ta' min jghid li f' Hal- Qormi, bi

 

 

tnax il- vara, hemm bzonn ta' mija w ghoxrin reffiegh. Izda din mhix problema ghax fil- fatt ikun hemm id- doppju ta'

 

 

daqshekk li jkunu jixtiequ jerfghu f' xi vara. Ir- reffiegha jridu jiehdu hsieb huma w bi flushom  biex jarmaw il- vari w isibu

 

 

n- nies ghall- forcini. Il- vari jigu mzejjna artistikament bil- ward u jinxtelghu bid- dawl matul it- triq tal- purcissjoni.

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa F' Hal- Qormi,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fil- 17.30

L- informazzjoni rigward Hal- Qormi mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com

L- AHHAR CENA

Vara massiva ta' tlettax - il figura msawwrin fil- kartapesta minn Salvatore Bruno ta' Bari, l- Italja. Meta zzanznet fil- 31 ta' Marzu 1961, nhar il- Gimgha l- Kbira, enormi kienu l- folol li marru Hal- Qormi b' kurzita biex jaraw kif din il- vara hekk kbira ser tintrefa fuq l- ispalla. Jerfghuha tnax- il ragel u qatt ma kienet problema ghall- Qormin. Il- qisien tal- vara nhadmu biex biex tibqa hierga 

dritt mill- bieb ewlieni tal- knisja. Thallset mill- gbir fost il- Qormin li hadu hsiebu Salvu Debono w Guzeppi Agius. Il- kalci li ghandu Gesu f' idu, li hu tal- fidda bbanjat fid- deheb, kien propjeta ta' Dun Beneditt Axisa li miet fl- 1946 u nghata b' donazzjoni fl- 1961 mill- ahwa Salvu w Guzeppi Ebejer, il- membri superstiti tal- familja tieghu. Sal- 1968, din il- vara baqghet unika fil- gzejjer Maltin sakemm saret ohra fuq l- istess tema fiz- Zebbug, Ghawdex. Din il- vara giet irrestawrata fit- 2013 minn Omar Camilleri.

L- ORT

Grupp li jirrapprezenta lil Gesu msabbar minn zewg angli li wiehed minnhom jidher izomm il-  kalci simboliku tal- Passjoni u salib. Il- vara ssawret fil- kartapesta minn Karlu Darmanin certament wara li kien ghamel vara simili b' zewg angli ghal Bormla fl- 1878 u x' aktarx lejn l- 1890 billi din il- vara hi xi ftit inferjuri u hi rapprezentattiva tax- xoghol ta' dan l- istatwarju lejn tmiem is- seklu dsatax. Il- kalci kien propjeta tal- kanonku Onorarju Dun Gwann Porsella Flores, 

vici-parroku ta' San Gorg, li miet fl- 1939. Is- salib interzjat inhadem u nghata mill- imghallem Manwel Debono fl- 1979. 

GUDA

Din il- vara, xoghol sobriju, sabih w espressiv fil- kartapesta minn Karlu Darmanin li hadimha fl- 1908, tirraprezenta lil Guda jbus lil Gesu biex jittradih. Din hi l- ewwel vara fil- gzejjer Maltin li wriet dan l- episodju w baqghet unika sal- 1961. L- ispejjez taghha thallsu mill- ahwa negozjanti Ganninu w Guzeppi Coleiro.

GESU QUDDIEM IS- 
SINEDRIJU

Vara pjuttost ricenti w fuq kollox unika w originali. Kienet ix- xewqa ta' bosta Qriema li s- sett tal- vari tal- Passjoni jizdied b' vara ohra gdida w din il- holma sehhet waqt l- inawgurazzjoni li saret nhar il- 31 ta' Marzu tas- sena 2022, gewwa l- parrocca ta' San Gorg. Kienet il- familja Grima li daħlet għal din l- ispiża ta’ dan il- proġett ta’ din il- vara l- ġdida fil- kartapesta li x-xogħol fuqha dam għaddej għal madwar 3 snin. Ix- xoghol sar mill- istatwarju Ghawdxi Alfred 

278212449_492314422637097_6628828262073016966_n_edited.jpg

Camilleri Cauchi w ibnu Aaron. Apparti x- xogħol tal- vara li sar f’ Camilleri Cauchi Studios fil- Fgura, il-mastrudaxxa Ġużi Xuereb ħadem is- sedja w it- taraġ fl- injam fejn jidher il- Qassis il- Kbir, Kajfa. Imbagħad, il- mastrudaxxi George u Silvio Debono ħadmu fuq il- karpinterija tal- bradella w il- bankun, fuq disinn ta’ Silvio Pace

IL- MARBUT

Din il- vara pjuttost dinamika turi lil Gesu qed jinhall minn mal- kolonna wara l- flagellazzjoni, xoghol espressiv fil- kartapesta ta' Alfred Camilleri Cauchi fl- 1981. L- ispejjez taghha thallsu minn Anton Cassar. Din hi t- tielet vara tal- Marbut li ntuzat f' Hal- Qormi mill- 1960 'il hawn.

ECCE HOMO

Vara originali mahduma fil- kartapesta minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1982 li thallset mill- fondi tal- Kumitat Gimgha l- Kbira ta' Hal- Qormi. Il- vara litteralment turi lil Ponzju Pilatu jipprezenta - forsi b' mod movimentat izzejjed - lil Gesu lil- Lhud filwaqt li jidher hosbien il- Qassis il- Kbir, Kajfa. Ta' min jghid illi sas- sena 2022, din kienet l- unika vara fil- gzejjer Maltin li tinkludi lil Kajfa.

IR- REDENTUR

Statwa tal- kartapesta attribwita lil Karlu Darmanin, dil-vara turina lil Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib. Waqt restawr ta' din il- vara fl- 1986 minn Alfred Camilleri Cauchi, go fiha nstabet vara shiha, ghalkemm minghajr ir- ras, ta' Redentur iehor aktar qadim. Li gara kien li giet ordnata vara akbar milli kien hemm qabel u l- istatwarju sawwar statwa gdida billi uza l-

qadim bhalha qafas. Evidenza interna turi li dan sar fl- 1887 jew ftit wara, u li l- figura originali kienet xoghol tas- seklu tmintax.

Il- gewwieni tar- Redentur waqt ir- restawr tal- 1986

Ritratt mehud mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

GESU JILTAQA'

MAL- MADONNA

Dan ix- xoghol dinamiku b' erba' figuri ssawwar fil- kartapesta minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1980 u ha post vara ta' tliet statwi li kienet saret fl- 1961 u ssewset. L- ispejjez thallsu mill- gbir fost il- parruccani li sar mill- Kumitat Gimgha l- Kbira. Is- salib tal-kewkba hu xoghol u donazzjoni ta' Manwel Debono fl- 1980 ukoll.

IL- VERONIKA

Din il- vara propjament turi tliet episodji mill- Passjoni ta' Gesu li hawnhekk ingabru fi grupp wiehed: Veronika li meshet wicc Gesu, Xmun ic- Cirinew jerfa s- salib u rapprezentanza tan- Nisa ta' Gerusalemm. Il- figura tal- Veronika hi xoghol ta' Karlu Darmanin li sawwarha fil- kartapesta wara l- 1889 u kienet tintuza bhalha vara wehidhasal- 1964 u mbaghad kienet ippreservata f' nicca. Ghall- purcissjoni tal- 1982, Alfred Camilleri Cauchi rrestawra l- Veronika u hadem madwarha t-

tliet statwi l- ohra, dejjem fil- kartapesta. Din kienet l- ewwel darba li n- Nisa ta' Gerusalemm gew rapprezentati fuq vara lokali. Is- salib tal- kewba nhadem minn Salvu Borg filwaqt li l- gbir ghall- ispejjez ha hsiebu Gorg Cutajar li gabar somma sostanzjali minghand numru ta' sidien tal- karozzi tal- linja li kkontribwew id- dhul ta' jum xoghol tal- vetturi taghhom.

IL- VARA L- KBIRA

Din ix- xena kienet diga' prezenti fis- seklu tmintax ghax zewg komponenti minnha - Gesu Msallab u Marija Maddalena, it- tnejn tal- kartapesta - ghadhom jiffurmaw parti mill- vara prezenti ghalkemm la hi maghrufa s- sena preciza tat- tiswir taghhom u lanqas min kien l- istatwarju nvolut. Iz- zewg statwi l- ohra - il- Madonna w San Gwann - huma xoghlijiet fil- kartapesta ta' Karlu Darmanin li sawwarhom f' xi sena fl- ahhar decennji tas- seklu dsatax. Fl- 1979, Alfred

Camilleri Cauchi rrestawra l- Kurcifiss - li thallas minn benefattur anonimu - u l- gewwieni nstab miksi b' karti b' noti miktubin mill- qassis Qormi Dun Guzepp Micallef li miet fl- 1821. Probabbli dawn sabu ruhhom hemm meta fl- ewwel decennji tas- seklu dsatax sar restawr tal- istatwa li wkoll biddluha minn rapprezentazzjoni ta' Kristu Mejjet ghal Gesu Agonizzant kif baqa' sal- lum. It- tliet statwi l- ohrajn gew restawrati mill- istess Alfred Camilleri Cauchi fl- 1982 a spejjez ta' Raymond Debono. Originarjament is- salib tal- kewba kien iqsar izda ttawwal minn Manwel Zarb wara t- Tieni Gwerra Dinjija u gie renovat fl- 1982 minn Nazzareno Darmanin.

ID- DEPOZIZZJONI

Vara bi grupp ta' sitt statwi tal- kartapesta li nhadmet f' Bari minn Salvatore Bruno fl- 1965 u thallset minn Consiglio d' Amato. Is- salib u z- zewg slielem tal- kewba huma xoghol ta' Guzeppi Mangion li gew renovati fl- 1982 minn Nazzareno Darmanin. L- istatwi kollha tal- vara gew restawrati estensivament fl- 1990 minn Alfred Camilleri Cauchi.

IL- MONUMENT

L- urna prezenti mhix xoghol antik hafna w ic-celu bl- induratura tieghu hu xoghol Sqalli ta' madwar hamsa w sittin sena ilu. Il- korp ta' Gesu Mejjet mhux maghruf min ghamlu ghalkemm hu qadim u jmur lura almenu sas- seklu dsatax. Inzeba' minn Glormu Dingli fl- 1970 u minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1979 izda ma sarx xoghol ta' restawr fih. L- erba' angli ta' mal- urna, li hadu post erba' zghar li kien hemm originarjament, jinghad li ssawru jew minn Kalcidon 

Mangion jew Vincenzo Cremona fis- seklu dsatax izda xejn mhu maghruf ezatt. Il- vara tintrama b' sett brazzi maghmulin apposta ghalih bis- simboli tal- Passjoni mpittrin fuqhom. Madwar ghaxar snin ilu, sar qafas tal- hadid fuq ir- roti, xoghol ta' Gorg Zammit. Fl- 2007, tlesta x- xoghol ta' tigdid, renovazzjoni w tibdil biex dan il- Monument inghata dehra aktar rikka w isbah: disinji tal- pedestal u tar- rakkmu tal- panewijiet minn Renzo Gauci; xoghol tal- injam minn Lino Mangion; induratura minn Arthur Vassallo; rakkmu tad- deheb fuq bellus ahmar ghall- erba' panewijiet minn Marion Cefai; skultura ghall- induratura minn Bastjan Cauchi; hjata ta' faldrappa gdida ta' bellus ahmar, purtieri tal- lama u hjata generali minn Lina Mangion u Sebastjan Fava; mensoli u tiswir generali fuq disinji ta' Silvio Pace; koordinazzjoni generali minn Dun Pawl Genovese.

ID- DULURI

Din il- vara, li turi l- Madonna mbikkma taht is- salib flimkien ma anglu zghir bis- simboli tal- Passjoni, hi probabbilment l- eqdem statwa mis- sett prezenti. Meta giet restawrata fl- 1982 minn Alfred Camilleri Cauchi, gie zvelat li l- wicc u l- idejn tal- Madonna huma tal- istukko li jmur lura ghas- seklu tmintax u jindika li din l- istatwa kienet darba titlibbes ilbies naturali izda maz- zmien inghatat ' libsa' tal- kartapesta. L- anglu, li rrestawrah Alfred Camilleri Cauchi fl- 1981, ngieb madwar 

disghin sena ilu mill- Lecce, l- Italja, a spejjez ta' Guzeppi Grima li wkoll hallas parti sostanzjali mill- hlas tas- sandli, l- istallett u s- simboli li huma bbanjati bid- deheb. Il- vara kollha - Madonna, anglu w blat - giet restawrata minn Omar Camilleri lejn tmiem l- 2011 mill- fondi tal- Kumitat tal- Gimgha l- Kbira u Joseph F. Grima li hallas l- ispejjez konnessi mal- anglu. Is- salib hu tal- ebbanu, bi skultura bassoriljev fl- injam, disinn u xoghol ta' madwar l- 1920 tal- iskultur Emanuele Buhagiar.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki F' Hal- Qormi

Xoghol fil- kartapesta attribwit lil Karlu Darmanin fit- tieni nofs tas- seklu dsatax, din il- vara harget l- ahhar darba fil- purcisjoni tal- 1961. M' hemmx taghrif jekk kienx hemm vara simili f' Hal- Qormi qabilha. Hi ppreservata f' nicca f' wahda mill- kmamar ta' wara s- sagristija.

Xoghol Taljan fil- kartapesta minn Salvatore Bruno ta' Bari, l- Italja. Kienet l- ewwel darba sa fejn hu maghruf, li dan l- episodju ntwera b' aktar minn figura wahda. Thallset minn Anton Cassar u ntuzat fil- purcissjonijiet mill- 1962 sal- 1980 meta kellha tigi distrutta minhabba li attakkata s- susa estensivament. L- irjus tal- porcellana ta' dan il- grupp huma merfughin w ezebiti fil- Muzew Parrokkjali.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:Marci Funebri, Funeral

 

Marches, Marchas Funebres 

Ecce Homo - Hal- Qormi (San Gorg).jpg

Xoghol fl- istukko li jmur lura ghas- seklu tmintax u li l- awtur tieghu mhux maghruf. Probabbli din l- istatwa kienet wahda mis- sett ta' vari tal- ewwel purcissjoni tal- Passjoni ta' Hal- Qormi. Din l- istatwa artistika tinsab f' nicca hdejn il- bieb ewlieni tal- knisja parrokkjali. Intuzat fil- purcissjoni sal- 1961.

Xoghol Taljan fil- kartapesta minn Salvatore Bruno ta' Bari, l- Italja. Kienet l- ewwel darba, fis- snin moderni, li dan l- episodju ntwera b' aktar minn figura wahda. Thallset minn Anton Cassar u ntuzat fil- purcissjonijiet mill- 1962 sal- 1981 meta kellha tinbidel minhabba li giet attakkata mis- susa pjuttost estensivament. Il- figura l- wieqfa giet distrutta izda r- ras tal- porcellana hi merfugha w esebita fil- Muzew Parrokkjali. Il- figura ta' Gesu llum qieghda fil- Knisja ta' San Frangisk, Birkirkara, filwaqt li l- manigold 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:Marci Funebri, Funeral Marches,

Marchas Funebres 

gharkopptejh qieghed fuq in- nicec tal- vari fis- sala maghrufa bhala s- sagristija l- qadima tal- knisja parrokkjali.

Din kienet l- ewwel darba li din ix- xena tal- Passjoni dehret fil- purcissjonijiet Maltin, ezattament fl- 1961 meta ngiebet din il- vara bi tliet figuri minn Bari, l- Italja, fejn sawwarha fil- kartapesta Salvatore Bruno u hallas l- ispejjez taghha Consiglio d' Amato. Intuzat fil- purcissjonijiet mill- 1961 sal- 1979 u twarrbet fl- 1980 ghax issewset. Il- figuri nqerdu izda l- irjus tal- porcellana huma ppreservati fil- Muzew Parrokkjali.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:Marci Funebri, Funeral Marches,

 

Marchas Funebres 

Din l- istatwa ta' San Gwann l- Evangelista hi xoghol fil- kartapesta tas- seklu tmintax u kienet twarrbet fit- tieni nofs tas- seklu dsatax meta postha mtela minn statwa ta' Karlu Darmanin. Mhux maghruf l- awtur taghha. 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: We Love Qormi

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook:Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches,
 
Marchas Funebres 

Fl- 1965 il- vara tal- Veronika, li kienet statwa singola, inbidlet ma dan il- grupp li kien juri lill- Veronika, manigold u Gesu jgorr is- salib, xoghol Taljan fil- kartapesta minn Salvatore Bruno f' Bari w li hallas l- ispejjez taghha Consiglio d' Amato. Intuzat mill- 1965 sal- 1980 u twarrbet fl- 1981 ghax issewset estensivament. L- irjus tal- porcellana tat- tliet figuri huma ppreservati fil- Muzew Parrokkjali. Din kienet l- ewwel vara fil- purcissjonijiet lokali li wriet dan l- episodju fi grupp ta' statwi.

Dan hu xi ftit fdal mill- Monument li kien sar fis- seklu tmintax meta Felice Zahra kien skolpa urna gdida fl- 1782 ghall- prezz ta' mitt skud Maltin. Naraw zewg angli li twarrbu fl- ahhar decennji tas- seklu dsatax u bicca mill- kuruna li kienet fuq l- urna.

Ritratt mehud mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Zewg ritratti fejn qed juru fdalijiet tal- ewwel Monument tal- Gimgha l- Kbira li sar madwar is- sena 1720 w jinsab fis- sala maghrufa bhala s- sagristija l- qadima tal- knisja parrokkjali.

L- istatwa tal- Manigold li kienet taghmel parti mill- vara tal- Ecce Homo l- antika w li tinsab fis- sala maghrufa bhala s- sagristija l- qadima tal- knisja parrokkjali.

Dawn il- hames ritratti qed juru l- irjus tal- porcellana tal- vari l- antiki li kien hadem Salvatore Bruno w jinsabu mizmuma fil- muzew tal- knisja parokkjali.

Dawn ir- ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook:Marci Funebri, Funeral Marches,

 

Marchas Funebres 

Iz- zewg vari tal- Ort u Guda kif kienu mizbughin qabel

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page