top of page

GHAXAQ

Minkejja ċ- ċokon tiegħu, dan ir- raħal

 

jista’ jiftaħar li sena wara l- oħra kapaċi

 

jorganiżża purċissjoni tal- Ġimgħa l-

 

Kbira, meta hawn ħafna lokalitajiet akbar

 

li dan ma jagħmluhx. Jingħad li lura fis-

 

snin għoxrin tas- seklu tmintax, ghal

 

habta tal- 1720 dan ir- raħal kien diġa’

 

ħaseb biex ikollu Monument bi Kristu

 

mejjet, fejn jinghad ukoll li din waslet

 

minn Ruma fl- 1726. Madankollu, t-

 

tagħrif fuq meta bdiet tiġi organiżżata l-

 

purċissjoni tal- Ġimgħa l- Kbira hu nieqes. Kien fl- 1821, li l- Parroċċa ikkumissjonat x' aktarx lill- istatwarju Giuseppe

 

Vella  mill- Belt Valletta biex jaħdem sett ta' vari tal- passjoni u hekk bdiet tiġi organiżżata l- purċissjoni. Il- purċissjoni f'

 

Ħal Għaxaq hija responsabbilta ta' kummissjoni mqabbda apposta mill- kappillan. Din hija purċissjoni mingħajr

 

pretensjonijiet żejda imma bla tlaqliq ngħidu li fl- aħħar snin rat żvilupp qawwi tant li anki kellha tinbidel it- triq tagħha

 

biex tgħaddi minn toroq aktar wesgħin. Żdiedu bil- bosta in-numru ta' persunaġġi biblici li jieħdu sehem kif anki żdied l-

 

ammont ta' suldati w llum il- ġurnata jieħdu sehem fiha fuq ħames mitt ruħ. Naraw ukoll numru ta' penitenti b' wicchom

 

mgħammad iġorru salib ( x'uħud ħafjin ). Peress li f' dan ir-raħal hemm żewġ każini tal- baned, dawn jieħdu sehem sena

 

kull waħda. Il- Banda timxi quddiem il- Vara l- Kbira w l- kazin li jkun imissu jdoqq għandu l- jedd li jsib ir- reffiegħa għall-

Vara l- Kbira w d- Duluri. Din il- purċissjoni toħroġ nhar Ħadd il- Palm u mhux fil- Ġimgħa l- Kbira. Dan jgħin biex aktar

 

nies iżuru din il- purċissjoni specjalment dawk id- dilettanti li fil- Ġimgħa l- Kbira ma jkunux iridu jitilfu l- purċissjoni tar-

 

raħal jew belt tagħhom. Ta' min isemmi li qabel tibda ħierġa l- purċissjoni, ikun hemm parata bis- suldati Rumani w anki

 

Lhud u din titlaq minn ħdejn is- sala Nazzaret fil- 5.00 u tasal biswit il- knisja fil- 5.30 fejn Malgu ċ-ċenturjun iħabbat fuq

 

il- bieb tal- knisja w hekk tibda ħierġa l- purċissjoni. Ħal- Għaxaq għandhom is- sett tradizzjonali ta' tmien vari w m'

 

għandhomx il- vara tat- tradiment ta' Ġuda. Fl- aħħar snin, fuq inizzjattiva tal- kappillan u diversi parruċċani, l- artisti

 

Alfred w Aaron Camilleri Cauchi ġew ikkummisjonati biex ibiddlu x' uħud mill- vari ma oħrajn artistiċi mnaqqxa fl- injam.

 

Hekk fl- 2010 sar il- Marbut, fl- 2011 l- Ecce Homo, fl- 2014 ir- Redentur u fl- 2017 saret il- vara tal- Ort.

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa F' Hal- Ghaxaq,Tohrog Il- Hadd 25 Ta' Marzu Fil- 17.00

L- informazzjoni rigward Hal- Ghaxaq mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com

L- ORT

 Statwa li hadet post dik precedenti fejn kienet attribwita lil Guzeppi Vella ghall- habta tal- 1821. Kien precizament is-Sibt 8 ta’ April tas- sena 2017, fejn ġiet inawgurata vara ġdida ta’ Kristu fl- Ort. Din l- istatwa giet imnaqqxa fl- injam tal-kewba w issawret minn Alfred Camilleri Cauchi w ibnu Aaron. Mad- daqqa t' ghajn, hekk kif thares lejn din l- istatwa tirrejalizza kemm hija partikulari w dan għal diversi raġunijiet. Din ix- xena li qed . 

naraw ġiet ispirata mill- Evanġelju ta’ San Luqa li joffri rakkont dettaljat tat-talba li Ġesù għamel fil-Ġnien tal-Ġetsemani, kien ta’ ispirazzjoni għall-artisti. Wieħed mid-dettalji li fiha din il-vara huwa l-għaraq tad-demm li jċarċar minn wiċċ Ġesù, għal fuq il-libsa u jibqa’ nieżel mal-art. San Luqa stess jikteb: “L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sa l-art.” B’ differenza għal vari tradizzjonali, Kristu f’ din l-istatwa jidher liebes l- abjad u l- aħmar li flimkien ifissru “il-Ħaruf issagrifikat.” L- abjad, il- kulur tal-purezza, jissimbolizza l- Ħaruf u l- aħmar huwa l- kulur assoċjat mal- martirju. L- Anġlu jidher bil- kalċi tas- sagrifiċċju fl- id il- leminija waqt li bix- xellugija qed jipponta lejn il- missier, jigifieri qed jghaqqad dak li hu Divinn ma dak li hu ta' din id- dinja. Il- vara hadet aktar minn sena xoghol biex tinhadem.

IL- MARBUT

Vara ricenti hafna ghax fl- 2010 giet skolpita fl- injam minn Alfred Camilleri Cauchi mghejjun minn ibnu Aaron. Naraw lil Gesu fflagellat marbut ma kolonna baxxa li qieghda warajh. Hi opra ta' pregju artistiku w giet imbierka mill- kapillan Dun Mario Said, f' serata muziko - letterarja nhar il- 25 ta' Marzu 2010.

ECCE HOMO

Din il- vara turina lil Gesu Nkurunat bix- Xewk bilwieqfa wahdu w qasba f' idejh. Hi opra artistika tal- 2011 skolpita fl- injam minn Alfred Camilleri Cauchi mghejjun minn ibnu Aaron. Fl- 14 t' April 2011, din il- vara tbierket mill- kappillan Dun Mario Said waqt serata ta' muzika funebri miz- zewg baned ghaxqin u qari letterarju.

IR- REDENTUR

Dan il-kapolavur hu xogħol l-artisti Alfred w ibnu Aaron Camilleri Cauchi. Xogħol li hu skolpit fl- injam u hi t- tielet biċċa xogħol ta' dawn l- artisti f' din il- purċissjoni. Ma din il- biċċa xoghol kif rajna diga' hemm ukoll il- vara tal- marbut kif ukoll l- Ecce Homo. F' Malta huwa l- ewwel Redentur liebes l- abjad li johrog f' purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa. Din il-vara hi maghmula mill- injam tat- tip "tilju" jew aħjar bl- Ingliż Lime wood

Giet inawgurata l- Hamis 10 t' April tas- sena 2014 waqt programm ta' marci funebri miz- zewg baned Ghaxqin.

278180829_3180767975538345_8821305827821231269_n_edited_edited.jpg

IL- VERONIKA

Fil- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira li kienet saret nhar il- Hadd 15 t' April tas- sena 2022, il- parrocca ta' Hal- Ghaxaq kienet zanznet il- vara tal- Veronika. L- artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi ħarġu b’ idea w format uniku biex ħolqu vara aktar realistika w probabbilment viċin aktar il-verità ta’ kif seħħet il- ġrajja li baqgħet tidwi għal dawn l- aħħar 2,000 sena. Għall- ewwel darba, fil- vara tal- Veronika hemm il- figura ta’ Kristu taħt is-Salib b’ replika ta’ wiċċu bid-demm fuq il- velu.

Din il- vara, li hija magħmula kollha mill- injam, turi ukoll lill- Veronika tesprimi sentimenti ta’ tbatija għax qed tħoss l- uġiegħ li għaddej minnu Kristu. Ta' min jinnota li l- velu huwa l- ewwel darba li qed jidher b' imprint ta' wicc Kristu bid- demm. Il- vara giet inawgurata nhar il- Hamis 7 t' April tas- sena 2022.

IL- VARA L- KBIRA

Xoghol iehor fil- kartapesta ta' Peppi Vella fit- tielet decennju tas- seklu dsatax. Fl- 1977, zdied suldat Ruman bl- isponza, xoghol fil- kartapesta ta' Carmelo Agius li tqieghed kwazi taht is- salib wara l- Madonna. Il- figura ta' San Gwann kienet faccata tal- Madonna u l- Maddalena fil- post tradizzjonali, imhaddna mal- bazi tas- salib. Maz- zmien, tnehhiet il- figura tas- suldat u lil San Gwann caqilquh ghal taht is- salib fuq in- naha tal- Madonna. Din il- vara ghamlilha xi restawr Sandro Debono.

IL- MONUMENT

Il- figura ta' Gesu Mejjet tmur lura ghal- ewwel decennji tas- seklu tmintax u l- istess jinghad ghall- urna. Taghrif dwar din il- vara hu nieqes ghalkemm wiehed jista' jispekula li l- erba' angli tal- kantunieri huma xoghol ta' Peppi Vella li saru mal- bqija tal- vari wara l- 1821. Ta' min isemmi li din il- vara tintrefa' minn sitt irgiel fuq l- idejn.

ID- DULURI

Skont Pietru Pawl Castagna, din il- vara saret minn Karlu Darmanin fl- 1851 u kienet l- ewwel xoghol tieghu tal- kartapesta. Izda fuq il- bazi tal- vara presenti hemm skrizzjoni li tghid Carlo Darmanin fecit et donavit 1909. Darmanin miet f' Novembru tal- 1909 u, jekk nimxu ma din l- iskrizzjoni li tidher kollha kemm hi genwina, din l- istatwa tal- Madonna kienet probabbilment l- ahhar bicca xoghol li sawwar. Dan ifisser ukoll li din il- vara hi t- tielet wahda tad- Duluri ghax qabilha kien hemm ta' Vella ta'

c. 1821 - 2 u ta' Darmanin tal- 1851. Originarjament kien hemm anglu zghir mal- Madonna izda tnehha w floku tqeghdet il- figura ta' San Gwann li hu statwa tal- kartapesta msawwar minn artigjan mhux maghruf. L- anglu jinsab merfugh f' wiehed mill- imhazen tal- knisja parrokkjali.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki F' Hal- Ghaxaq

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha Kbira Hal Ghaxaq

Xoghol fil- kartapesta minn Peppi Vella f' madwar l- 1821, din il- vara kienet turi lil Gesu bilqeghda fuq kolonna baxxa nkurunat bix- xewk u b' porpra tal- bellus ahmar fuq spallejh. Tnehhiet fl- 1994 meta l- organizzaturi ntroducew Kristu ma' Pilatu izda din ukoll inbidlet wara ftit snin u regghu bdew juzaw il- vara ta' Vella sakemm saret il- vara prezenti tal- injam fl- 2011.

Din hi vara tal- kartapesta, xoghol ta' Peppi Vella ta' c. 1821 - 1822, li turi lil Gesu fflagellat u marbut ma' kolonna baxxa. Intuzat sal- 2009.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Gesu ma' Pilatu, vara li kienu ntroducewha f' zewg fazijiet: fl- 1994 zanznu l- figura wieqfa ta' Gesu nkurunat bix- xewk u fl- 1995 ziedu mieghu l- figura ta' Pilatu. L- istatwi ssawru fil- kartapesta minn Michael Bonnici izda din twarrbet wara ftit snin.

Din il- vara hi attribwita lil Giuseppe Vella li jinghad li sawwarha fil- kartapesta ghall- habta tal- 1821. Kristu qieghed jitlob u l- anglu, li hawnhekk jidher fuq blata pjuttost aktar gholja milli s- soltu naraw, izomm salib f' idu x- xellugija w jipprezenta l- kalci simboliku tal- Passjoni b' idu l- ohra. Is- salib jinkludi finimenti tal- fidda.

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Gimgha Kbira Hal Ghaxaq

Vara ohra tal- kartapesta mis- sett originali ta' Giuseppe Vella fit- tielet decennju tas- seklu dsatax fejn naraw lil Gesu jaqa' taht it- toqol tas- salib f' pozizzjoni pjuttost tradizzjonali. Fl- 2005 giet restawrata minn Sandro Debono.

Ritratti mehuda mill- ktieb: Il- Vari Tal- Gimgha l- Kbira Ta' Malta u Ghawdex

 

ta' Joseph Grech 

Ritratt tal- Vara l- Kbira fejn fiha qed naraw l- istatwa tas- suldat Ruman bl- isponza li zdiedet fl- 1977. Is- suldat huwa xoghol fil- kartapesta minn Carmelo Agius.

Din il- vara hija attribwita lil Peppi Vella w hija msawwra fil- kartapesta bejn is- snin 1821 - 1865. Ix- xbieha tat- tifla kienet saret aktar recenti minn Michael Bonnici fl- 1994.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page