top of page

GHARGHUR

L- ewwel darba li ssemmiet purcissjoni tal- Passjoni kienet fl- 1 ta' April 1792 meta nhargu zewg vari: il- Monument u l- Madonna tad- Duluri. Jidher li l- Purcissjoni baqghet issir zgur sal- 1810 u mbaghad twaqqfet. Fl- 1866 regghet bdiet tigi organizzata, ghall- ewwel b' zewg vari, izda mbaghad b'aktar statwi tant li sal- 1880 kien hemm sett ta tmien vari li gew restawrati wara tmien l- Ewwel Gwerra Dinjija fl- 1918. Minn dak iz- zmien 'il hawn, inbidlu xi statwi izda n- numru totali taghhom baqa' tmienja. Madanakollu, permezz ta' bidla f' vara partikolari, l- Ecce Homo, il- Gharghur ta sehem pjuttost zghir fl- izvilupp tal- ikonografija tal- vari tal- Passjoni f' pajjizna.

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Gharghur,Tohrog Il- Hadd 25 Ta' Marzu Fil- 17.45

L- informazzjoni rigward il- Gharghur mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima 

L- ORT

Statwa li turi 'l Gesu jitlob w anglu quddiemu li qed jipprezentalu l- kalci simboliku tal- Passjoni b' id wahda w izomm is- salib f' idu l- ohra. Il- vara ssawret fil- kartapesta fl- 1868 minn Gerolamo Darmanin ghalkemm hawn min jattribwiha lil Karlu Darmanin. Fil- fatt, il- materjal tal- anglu hu tahlita ta' gibs u kartapesta. Is- salib interzjat fih finimenti tal- fidda. Din hija statwa li saret fi zmien il- Kapillan Dun Salv Gaffiero.

IL- MARBUT

Statwa li turi lil Gesu fflagellat marbut ma' kolonna. Hi xoghol tal- 1866 u nhadmet minn Karlu Darmanin. Jekk wiehed jinnota sew, jintebah li saret fl- istess zmien tal- Ort. Fl- 1992, din il- vara giet restawrata minn Renzo Gauci.

ECCE HOMO

Din hija statwa fejn tinkludi zewg figuri, Gesu nkurunat bix- xewk u suldat Ruman qieghed ikasbru, li huma xoghol fil- kartapesta minn Renzo Gauci fl- 1990 u li thallset minn Manwel Bezzina. Hadet post il- vara li kienet saret qabel l- 1880 minn Kalcidon Mangion u li kienet iddeterjorat hafna.

IR- REDENTUR

Din il- vara, tal- kartapesta wkoll, hi xoghol recenti tat- Tarxiniz Renzo Gauci li sawwarha fl- 1991 u hallas l- ispejjez taghha Manwel Bezzina. Din ukoll hadet post vara qadima tar- Redentur li kienet saret mill- iskultur Kalcidon Mangion fl- 1880. Is- salib fih finimenti skolpiti.

IL- VERONIKA

L- istatwa singola li kienet saret qabel l- 1880 twarrbet fl- 1993 a favur din il- vara tal- Veronika w tifla zghira maghha li sawret fil- kartapesta mill- iskultur Renzo Gauci. L- antika kienet ukoll harget minn taht idejn Kalcidon Mangion.

IL- VARA L- KBIRA

Dan il- grupp ta erba' statwi tradizzjonali - il- Kucifiss, il- Madonna, San Gwann u  Marija Maddalena - hu xoghol fil- kartapesta ta' statwarju mill- Gharghur stess, Kalcidon Mangion, li sawru qabel l- 1880. Is- salib jinkludi finimenti skolpiti.

IL- MONUMENT

L- ewwel statwa ta' Kristu mejjet kienet wahda miz- zewg vari tal- ewwel purcissjoni tal- 1792. L- istatwarju li sawru mhux maghruf. Fl- 1866, saret l- istatwa prezenti, tal- kartapesta minn Karlu Darmanin. Dwar is- sodda jew l- urna hu maghruf li, f' dak iz- zmien bikri, saret spiza ta' 72 skud ghall- injam, ix- xoghol involut, u l- induratura. Aktar 'il quddiem intefqu aktar minn 33 skud u nofs ghall- velu, zigarella, harir u kurdicella ghat- tizjin tal- Monument. Dan 

kollu m' ghadux jezisti ghax l- urna prezenti hi xoghol u disinn artistiku ta' Manwel Buhagiar qabel it- Tieni Gwerra Dinjija. Il- faldrappa prezenti saret wara s- snin hamsin tas- seklu ghoxrin u swiet 'il fuq minn 162 lira Maltin. Il- Monument gie restawrat minn Renzo Gauci fl- 1994. Mhux maghruf min kien l- awtur tal- erba' angli li hemm fil- kantunieri tal- urna. 

ID- DULURI

X' aktarx li l- istatwa ta' Marija Addolorata hi l-istess wahda li ntuzat fl- ewwel purcissjoni tal- 1792 ghalkemm,  jista jkun li saret minn Karlu Darmanin fl- 1866 meta regghet bdiet issir il- purcissjoni wara waqfa ta' aktar minn nofs seklu. Originarjament, kien hemm anglu zghir b' kuruna tax- xewk f' idu mal- Madonna izda dan inbidel u floku issa hemm il- figura ta' San Gwann, xoghol fil- kartapesta ta' Renzo Gauci li rrestawra wkoll l- istatwa tal- Madonna. Is- salib jinkludi finimenti skolpiti.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki Fil- Gharghur

L- istatwa tal- Madonna Addolorata kif kienet qabel.

Din il- vara tal- Veronika nbidlet fl- 1993. Kien hadimha fil- kartapesta Kalcidon Mangion qabel l- 1880,

Ritratt mehud mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa

 

fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Ritratt mehud mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa

 

fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Din il- vara ta' statwa singola li turi lil Gesu nkurunat bix- Xewk bilqieghda fuq kolonna baxxa kienet xoghol fil- kartapesta ta Kalcidon Mangion qabel l- 1880. Fl- 1990, inbidlet minhabba l- hsara konsiderevoli li kellha.

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Din hija statwa ohra tal- kartapesta msawra minn Kalcidon Mangion qabel l- 1880. Inbidlet fl- 19991.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page