top of page

BORMLA

Bħall- kumplament tal- Kottonera, id- devozzjoni lejn il- passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu f' Bormla għandha għeruq fondi w l- ewwel darba li jissemmew vari tal- Passjoni f' Bormla kien f' rapport finanzjarju tal- 1699 izda jidher li sal- 1702 tlestew minn kollox. Sa nofs is- seklu tmintax, hemm 

57540195_351203482188645_663188095333144

indikazzjoni f' inventarju li s- sett statwi tal- Passjoni kien jikkonsisti fi tmien vari izda mhux maghruf min sawwarhom. Kollha nbidlu fis- seklu dsatax u t- taghrif dwar dawn il- vari l- ' godda ' zdied bil- kif. L-Ordni ta' San Ġwann ġab miegħu numru ta' relikwi tal- passjoni w bla dubju dan kompla ħeġġeġ din id- devozzjoni fost il- poplu. Il- purċissjoni tal-Ġimgħa l- Kbira jingħad li bdiet tiġi organizzata għall- ħabta tal- 1694 mill- Fratellanza tal- Agunija w dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l- purċissjoni ‘ Ta’ Kristu Mejjet ’. Kienu jieħdu sehem fiha bosta fratelli w tfal li kienu jġorru xi torċi bin-nar u lanterni. F' Bormla, il- purċissjoni dejjem saret nhar il- Ġimgħa l- Kbira għalkemm bħall- postijiet oħra kienet issir tard fil- għaxija. Tradizzjoni antika li baqgħet għaddejja sa xi snin wara l- gwerra kienet dik tad- daqqaq tal- fifra li kien jakkumpanjah tifel idoqq it- tanbur. M' hemmx dubju li l- melodija kiebja tagħhom kienet iżżid mal- atmosfera ta' niket. Minbarra l- fratelli u l- kleru, fil- purċissjoni żdiedu minn xi erbgħin sena 'l hawn, it- tfal u l- kbar lebsin b' vestwarju tal-epoka jirrappreżentaw persunaġġi Bibliċi w suldati Rumani. Huwa dokumentat li lejn l- aħħar tas- seklu sbatax, il-Parroċċa ta' Bormla diġa' kellha sett ta' vari w żgur li sa nofs is- seklu tmintax dan kien magħmul mit- tmien vari tradizzjonali. Bl-eċċezzjoni tal- Monument, il-vari nbiddlu kollha matul is- seklu dsatax bl- akbar kontribut jagħtuh l-istatwarji Pietro Paolo Azzopardi w Karlu Darmanin. In- numru taghhom zdied ghal disgha fl- 1972 meta saret il- vara tat- Tradiment ta' Guda w b' hekk Bormla tat il- kontribut taghha fl- izvilupp ikonografiku tal- vari tal- Passjoni.

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa F' Bormla,Tohrog Il- Gimgha 10 t' April Fil- 17.30

L- informazzjoni rigward il- Bormla mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com

IS- SALIB TA' MEJJU

Kien fis- sena 1972 meta din il- vara harget ghal- ahhar darba fit- toroq tal- Belt ta' Bormla. Biss wara 35 sena, jigifieri fis- sena 2007, meta bdew il- preparamenti ghall- Gimgha Mqaddsa, il- kumitat inkarigat gieh il- hsieb biex fil- bidu ta' din il- purcissjoni jsiru xi tibdiliet biex terga tibda tinhareg din l- istatwa. Is- salib ghandu finimenti tad- deheb, kif ukoll anke r- raggiera w huwa mahdum b' sengha kbira fl- ebbanu. Is- surmast Vincenzo Bugeja hadem iz- zewg angli adoraturi li naraw madwar is- salib. Nistu nghidu wkoll li l- 

istess skultur hadem l- angli li jintramaw mal- vara tal- Kuncizzjoni. Din hija l- ewwel vara li tohrog waqt il- purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa f' Bormla.

L- ORT

Din il- vara ssawret fil- kartapesta minn Karlu Darmanin fl- 1878 u titqies bhala mportanti fl- izvilupp tal- ikonografija tal- vari tal- Passjoni ghal zewg ragunijiet: l- istatwarju sawwar il- figura ta' Gesu mitluq u mixhut fl- art - kwazi stendut - b' kuntrast mal- posizzjoni tradizzjonali ta' Kristu qieghed jitlob u mieghu hemm zewg angli, flok is- solitu wiehed, li wiehed minnhom qed isabbru filwaqt li l- iehor ghandu f'idejh il- kalci simboliku tal- Passjoni u salib. Id- dijadema tal- fidda fuq ras Kristu kien hadimha fl- 1858

l- argentier Francesco Castagna ghall- vara ta' qabel u baqghet tintrama fuq din l- istatwa. Il- kalci hu tar- ram indurat u hu donazzjoni tal- familja D'Amato fl- 1900 filwaqt li s- salib hu tal- ebbanu, xoghol ta Lorenzo Busuttil u donazzjoni ta' Gerardu Rosso Frendo fl- 1907. Fl- 1914, mas- salib zdiedu tliet finimenti tal- fidda li thallsu minn Antonio Ellul.

GUDA

Dan l -episodju ddahhal fil- purcissjoni fl- 1972 b' vara li twarrbet u postha hadu dan il- grupp pjuttost movimentat li juri lil Guda ser jaghti lil Gesu f' idejn il- Lhud. Hu xoghol fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi li zzanzan fl- 1994. Id- donatur kien il- kanonku Dun Guzepp Bonello u l- prezz kien ta' madwar elf lira Maltin. 

IL- MARBUT

Il- marbut, statwa ta' Gesu fflagellat marbut ma' kolonna li naqqaxha fl- injam Pietro Paolo Azzopardi fuq kummissjoni li nghata fl- 1838 minn zokk li kien ipprovdih certu Guzeppi Camilleri. Il- vara zzanznet fl- 1839 u swiet ftit aktar minn 143 skud u nofs. Id- dijadema tal- fidda hi xoghol l- argentier Francesco Castagna fl- 1858. Il- vara li kien hemm qabel ghadha tezisti u hi propjeta ta' familja minn Rahal Gdid.

ECCE HOMO

Statwa tal- injam li zzanznet fl- 1839 u li turi lil Gesu nkurunat bix- xewk u b' qasba f' idu. L- iskultur kien Pietro Paolo Azzopardi fuq kummissjoni li nghata fl- 1838 u li l- mudell taghha jinstab fuq l- artal ta' Sant' Andrija fil- kappellun tal- Kurcifiss tal- knisja parrokkjali. Il- bicca l- kbira tal- ispejjez hallashom Gaspare Farrugia li hareg 125 skud minn butu filwaqt li l- iskultur innifsu hareg 12- il skud u nofs. L- argentier Francesco Castagna hadem ir- raggiera tal- fidda fl- 1858 filwaqt li l- mantell tal-

bellus ahmar irrakmat bid- deheb sar u nghata minn Rozina Camilleri fl- 1929.

IR- REDENTUR

Normalment statwa ta' Gesu mghobbi bis- salib tkun tal- kartapesta izda din il- vara hi wahda mill- ftit eccezzjonijiet fil- gzejjer Maltin ghax hi vara mnaqqxa fl- injam minn Pietro Paolo Azzopardi li lestieha sal- 1857 izda ma kienx qabel l- 1858 li zzanznet minhabba nuqqas ta' qbiel bejn l- iskultur u l- organizzaturi tal- purcissjoni. Il- prezz kien ta' 200 skud. Is- salib, tal- ebbanu b' erba' finimenti tal- fidda, kien rigal ta' Vincenzo

Guiliano w shabu filwaqt li l- argentier Francesco Castagna hadem id- dijadema fl- 1858. Fl- 1991, din l- istatwa giet restawrata minn Michael Camilleri Cauchi. Il- vara li twarrbet inghatat lill- parrocca tal- Mellieha fl- 1860.

IL- VERONIKA

L- istatwa originali jidher li kienet ghadha tezisti fl- 1849 ghax tpittret minn Paolo Cassar f' dik is- sena. Twarrbet meta Abram Gatt sawwar statwa simili tal- kartapesta sal- 1888. Il- vara prezenti giet regalata lill- fratellanza fl- 1910 izda din il- verzjoni tal- vara kienet lesta fl- 1903. Hu wisq probabbli li Gatt sawwar zewg verzjonijiet ta' din il- vara (fl- 1888 u fl- 1903) billi ma kienx kuntent bl- ewwel wahda li kien ghamel.

IL- VARA L- KBIRA

Fl- 1876, l- istatwarju Karlu Darmanin sawwar fil- kartapesta l- erba' komponenti tax- xena tal- Krucifissjoni, jigifieri, Gesu Msallab, il- Madonna, San Gwann u Marija Maddalena. Izda l- istatwa ta' Gesu Msallab inbidlet ma' ohra, tal- kartapesta wkoll, li saret minn Abram Gatt fl- 1894 meta sar ukoll is- salib prezenti, xoghol fl- ebbanu minn Lorenzo Busuttil. Saru wkoll fl- istess sena l- finimenti tal- fidda mill- argentier Paolo Pace. L- ispejjez li nhargu fl- 1894 lahqu 564 skud li harighom Antonio Paris. Il-

kartella I.N.R.I. mas- salib hi tal- fidda, donazzjoni ta' Mikiel German u xoghol tal- argentier Saverio Cannataci fl- 1886. Antonio Paris kien il- benefattur taz- zewg awreoli tal- fidda tal- Madonna u San Gwann li nhaddmu fl- 1892 mill- argentier Alessandro Cassar fuq disinn ta' Abram Gatt. Min- naha l- ohra, id- dijadema tal- Kurcifiss hi hafna eqdem ghax saret mill- argentier Francesco Speranza fl- 1750 izda giet renovata mill- argentier Paolo Pace fl- 1894. Il- Kurcifiss l- antik, ta' qabel l- 1876, inghata lill- parrocca ta' Marsaxlokk fl- 1911 filwaqt li l- Kurcifiss ta' Darmanin qieghed fil- kappella tal- familja Gulia fic- Cimiterju ta' Marija Addolorata, Rahal Gdid.

IL- MONUMENT

L- istatwa ta' Kristu Mejjet hi antika hafna w x' aktarx hi wahda mis- sett vari tal- bidu tal- purcissjoni. Antika wkoll hi l- urna li saret fl- 1757 mill- iskultur Petruzzo Borg u li nduraha Antonio Paris. Il- baldakkin tal- bellus, donazzjoni tal- Kanonku Dun Guzepp Cassar, inhadem fl- 1937 minn Guzeppina Delia fuq disinn ta' Abram Gatt. Id- dijadema tal- fidda fuq ras l- istatwa ta' Gesu

hi donazzjoni ta' Salvatore Schembri w inhadmet mill- argentier Francesco Castagna fl- 1859 bi prezz ta' 110 skudi.

ID- DULURI

Grupp ta' zewg statwi, il- Madonna b' simboli tal- Passjoni f' idejha flimkien ma' San Gwann, it- tnejn imsawrin fil- kartapesta minn Karlu Darmanin fl- 1876. Is- salib u s- sellum, tal- ebbanu, inhadmu fl- 1896 minn Emmanuele Carmelo Pule' filwaqt li l- finimenti tal- fidda, ir- raggiera tal- Madonna, is- sjuf ta' din il- vara w tal- Vara l- Kbira, is- simboli tal- Passjoni w is- sandlijiet huma xoghol tal- argentier Paolo Pace. Il- gbir ghall- ispejjez sar mill- Kanonku Dun Guzepp Cassar fl- 1939. Fl- 1942, insteraq is- sandli tal- Madonna w sar iehor gdid fl- 1943 wara li

ngabbru l- fondi mehtiega. Fl- 1919, kien sar lizar imzejjen bil- bizzilla ta' Malta, donazzjoni ta' Katerina Fiorini fl- 1919, izda fl- 1937 dan inbidel ma' iehor mahdum minn Giorgina Frendo fuq disinn ta' Abram Gatt u li gie regalat minn Guzeppi Galea.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki F' Bormla

Dawn ir- ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

Din il- vara tat- Tradiment ta' Guda kienet saret fl- 1972, xoghol fil- kartapesta w parti minnha fl- injam, minn Louis Vassallo. Thallset mill- gbir li organizzah Guzeppi Baldacchino w baqghet tintuza sal- purcissjoni tal- 1993.

Il- Kurcifiss l- originali tal- Vara l- Kbira, xoghol Karlu Darmanin jinsab f' kappella privata fic- cimiterju tal- Addolorata.

L- ewwel vara tal- Marbut tas- Sett ta' Bormla, kienet ukoll l- ewwel Kolonna li harget mis- sett ta' Rahal Gdid. Illum meqjuma fil- Knisja tal- Kappucini gewwa Rahal Gdid.

Dawn ir- ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

Xoghol ta' Francesco Ratto. Dan kien l-ewwel Redentur ta' Bormla. Meta l-Bormlizi ordnaw ir- Redentur li ghandhom illum ghand Pietru Pawl Azzopardi, dan gie mibjugh lill- Parrocca tal- Mellieha.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page