Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
BIRGU
Id-devozzjoni li kienet kibret lejn il- Passjoni tas- Sinjur taghna Gesu Kristu, kif ukoll lejn il- Kurcifiss, x' aktarx li qanqlet lill- ghadd kbir ta' bahhara mill- Birgu biex bdiet issir il- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira f' dan il- lokal. Izda mhux la kemm tghid meta bdiet sewwa sew din il- purcissjoni, l- ewwel nett ghax il- Birgu huwa wahda mill- eqdem parrocci w it- tieni ghaliex l- ahhar
gwerra ta' l- 1940 - 43 is- sagristija tal- knisja ggarrfet bil- bombi w maghha wkoll iggarrfet bicca mill- Oratorju tal- Fratellanza tal- Kurcifiss fejn, b' hekk, intilfu dokumenti w taghrif iehor marbut mal- Gimgha Mqaddsa f' din il- parrocca. Dan ifisser li ftit għandna tagħrif dwar dan il- perjodu bikri. Imma kif il- kavallieri ħadu l- pussess ta' din il- belt fl- 1530, l- importanza tagħha kibret ħafna speċjalment minħabba l- fatt li l- Knisja ta' San Lawrenz saret il- knisja Konventwali tal-Ordni. Ma jistax jonqos li l- kavallieri, bħala l- kustodji ta' l- artijiet imqaddsa kienu jagħmlu funzjonijiet kbar f' Hamis ix-Xirka w fil- Ġimgħa l- Kbira. Żgur li kienu strumentali biex nislu fil- Maltin ta' dak iż- żmien qima speċjali lejn is- sepulkru mqaddes. Maz- zmien, kienu jsiru tliet purcissjonijiet tal- Gimgha l- Kbira. Ghall- habta ta' l- 1611, l- ghadd kbir ta' rgiel bahhara tal- Birgu kienu bnew knisja ghas- servizz tagghom li ddedikawha lill- Madonna tal- Karmnu. Fl- istess zmien huma kienu jaghmlu purcissjoni bil- Kurcifiss Imqaddes li kienet tohrog wara li jkun dalam sewwa. Dan kien isir nhar l- Erbgha tat- Tniebri li tigi jumejn qabel nhar il- Gimgha l- Kbira. Wara din il- purcissjoni l- patrijiet Dumnikani tal- Birgu bdew jaghmlu ohra, dik li fis- seklu dsatax kienet issir f' Hamis ix- Xirka, lejlet nhar il- Gimgha Mqaddsa. Izda fl- 1879 l- Isqof ordna li l- purcissjonijiet tal- Passjoni kellhom isiru biss nhar il- Gimgha. Ghalhekk, minn dak iz- zmien, fil- Birgu, bdiet issir purcissjoni wahda biss. Din kienet tohrog mill- parrocca ta' San Lawrenz, kif kienet ilha ssir minn hafna snin qabel il- Gimgha l- Kbira. Din l- istess purcissjoni kienet tas- sidien, tal- kaptani w tal- bahhara tax- xwieni Maltin. Billi dawn kienu jzuru bliet fil- Mediterran, huma kienu jaraw purcissjonijiet bhal dawn, bil- vari, fosthom zgur fi Spanja. B' hekk huma gabu lura maghhom irjus, idejn u riglejn ta' vari, hetulhom ilbies xieraq kif rawhom lebsin bnadi ohra w bdew jaghmlu l- purcissjoni bihom. In- numru ta' vari li nsibu hawnhekk hu ta' tmienja w il- karatteristici ewlenin huma l- fizjonomija Spanjola tal- bixra tal- istatwi w li, fuq stil Spanjol ukoll, huma l- unici vari f' Malta li huma manikini li jintliebsu lbies tad- drapp. Hi tradizzjoni li meta jinbidel l- ilbies ta' xi vara, id- donatur jinghata l- ilbies li jkun twarrab w, allura, l- ilbiesi li kienu jintuzaw fl- imghoddi ma baqghux fil- knisja. Fl- imghoddi kienet tradizzjoni li l- vari kienu jiehdu hsiebhom familji maghrufin mill- Birgu fid- djar taghhom stess. Ikonografikament, fil- Birgu ma nsibu ebda zvilupp.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fil- Birgu,Tohrog Il- Gimgha 18 T' April Fis- 18.00
L- informazzjoni rigward il- Birgu mehudin mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima, mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha l- Kbira ta'
Malta u Ghawdex ta' Joseph Grech w is- sit: www.goodfridaymalta.com
L- ORT
Grupp ta' zewg statwi fejn Gesu qieghed jaccetta l- kalci simboliku tal- Passjoni minghand anglu li qed izomm f' idu salib tal- ebbanu. Jinghad li r- ras u l- idejn ta' Kristu, tal- istukko, huma xoghol ta' Melchiore Gafa' izda m' hemm xejn biex jikkorrobora din l- attribuzzjoni w lanqas l- idea ta' xi hadd li qal li jista jkun li ghamilhom l- artist/dekoratur Sqalli Giacomo Serpotta meta kien prigunier/eziljat f' Malta/Ghawdex, prigunerija/ezilju li tidher li qatt
ma sehhet. Ikun ahjar li wiehed
jghid car u tond li l- awtur ta' din l- istatwa hu artist mhux maghruf. Min- naha l- ohra, l- anglu hu xoghol fil- kartapesta ta' Guzeppi Carauna fl- 1946 li sar flok iehor - ta' Giovanni Darmanin fl- 1878 - li tfarrak fil- hbit mill- ghadu fit- Tieni Gwerra Dinjija. Hawn min jattribwixxi l- anglu lil Abram Gatt izda dan ma jistax ikun ghax Gatt miet fl- 1944, sentejn qabel saret din l- istatwa.
IL- MARBUT
Vara skolpita fl- injam minn Salvatore Psaila fl- 1831 biex hadet post vara simili li, madankollu, baqghet ippreservata fil- kunvent ta' San Filippu, il- Birgu stess, izda li nqerdet fit- Tieni Gwerra Dinjija. L- ewwel li ddekoraha jew zebaghha kien Dun Guzepp Calleja izda regghet inzebghet mill- gdid fl- 1964 u sarilha xi restawr minn Censu Apap fl- 1978, u minn Renzo Gauci fl- 2007 a spejjez ta' Guzi Scicluna.
ECCE HOMO
Statwa ohra skolpita fl- injam minn Salvatore Psaila fl- 1831 ukoll. Din l- istatwa hadet post vara eqdem li llum tinsab f' nicca fil- kor tal- knisja tas- Sorijiet ta' Santa Skolastika fil- Birgu stess. L- ewwel zebgha kienet inghatat minn Dun Guzepp Calleja u Censu Apap wettaq xoghol ta' restawr fl- 1978, u minn Renzo Gauci fl- 2007 a spejjez ta' Guzi Scicluna. Il- virga tad- deheb u l- mantell tal- bellus ahmar fin u rrakmat jinzammu tul is- sena mill- familja Mizzi fil- Birgu.
IR- REDENTUR
Din hi vara b' figura shiha tal- kartapesta li titlibbes libsa tal- bellus ahmar u li ssawret minn Giovanni Darmanin fl- 1865. Hawn min jattribwiha lil huh Karlu izda din hi possibilta' remota meta wiehed iqis li Giovanni kien mizzewweg mara mill- Birgu, Marija Tereza Fleri, kien ilu joqghod f' din il- belt almenu mill- 1856, u tqabbad
jaghmel statwi ohrajn ghall- Birgu. Jista jkun li Karlu rrestawrah minn xi hsarat li garrab. Is- salib li jgorr Gesu hu tal- ebbanu. Il- vara li twarrbet - fejn, bhal f' bosta vari Spanjoli, Gesu kien raffigurat wieqaf igorr is- salib u mhux jaqa' taht it- toqol tieghu - inghatat lil dik li probbabbilment kienet il- familja benefattrici tal- istatwa l- gdida izda, sfortunatament, mhux maghruf x' sar minnha.
IL- VERONIKA
Tidher li hi vara li parti minnha, jigifieri r- ras u l -idejn, ingiebet minn Spanja. Hi xoghol ta' awtur mhux maghruf u, possibilment, hi prodott tas- seklu sbatax. Il- bqija tal- korp sar Malta.
IL- VARA L- KBIRA
L- erba' komponenti ta' din il- vara - il- Kurcifiss, il- Madonna, San Gwann u l- Maddalena - issawru minn artist, jew artisti, mhux maghrufin izda, b' mod partikolari Kristu Msallab, huwa wkoll ta' ispirazzjoni tipikament Spanjola ta' tmiem is- seklu tmintax. Inkiteb ukoll li l- Kurcifiss ingieb minn Milan, fl- Italja fl- 1826.
IL- MONUMENT
Jinghad li din kienet it- tieni vara li saret fis- sett. Il- figura ta' Gesu Mejjet hi xoghol fl- kartapesta minn Wistin Camilleri fl- 1924 u hadet post statwa tas- seklu dsatax li kien sawwarha Karlu Darmanin. L- urna tmur lura lejn is- seklu tmintax meta fl- 1750 Angelo Zarb hadem il- qafas tal- injam li mbaghad inkesa bil- fidda
mill- argentier Filippo Vella. Jidher li fl- 1793 zdied ornamentar tal- fidda mahdum minn Gaetano Nicholas. Fl- 1949, l- urna giet restawrata minn Carmelo Pace Ferraud u fl- 1980 saritilha bazi gdida minn Ganni Pisani. Fl- istess sena, sarulha lasti bhal tal- vari l- ohrajn biex tibda tingarr fuq l- ispalla w mhux aktar fuq l- idejn mill- kleru bhalma kien isir qabel.
ID- DULURI
Il- figura tal- Madonna hi parti mil- ewwel statwi ' Spanjoli ' tas- seklu tmintax u mhux maghruf l- awtur taghha. Originarjament, kien hemm anglu mal- Madonna b' kuruna tax- xewk f' idu li llum qieghda f' id il- Madonna. Floku saret l- istatwa prezenti ta' San Gwann lejn tmiem is- seklu dsatax - hawn min jghid fl- 1906 - minn statwarju Malti mhux maghruf.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fil- Birgu
Zewg statwi mis- sett l- antik li jinsabu esebiti fil- palazz tal- Inkwizitur gewwa l- Birgu. Zewg xoghlijiet minn statwarji mhux maghrufa.
Dan huwa l- anglu li kien jaghmel parti mis- sett l- antik w issa qed jerga jintrama fil- vara fil- festa tad- Duluri.
Hemm leggenda marbuta ma dan l- Ecce Homo li tghid li meta inbidel, sab mill- ewwel postu go dan il-kunvent tas- sorijiet fil- monasteru ta' Santa Skolastika w kien igib devozzjoni kbira minfost is- sorjiet. Darba wahda kien hemm soru w bdew gejjin id- dubji fil- vokazzjoni taghha jekk ghandiex tibqa soru jew le. Damet ghal xi zmien itella w tnizzel, meta fl- ahhar iddecidiet li ma tibqax. Qabel ma telqet marret tinvista ghal- ahhar darba lil din l- istatwa. Talbitu biex juriha it- triq it- tajba li jew tibqa jew le. Il-leggenda tkompli tghid li dan l- Ecce Homo kien ihares lejn il- lemin. Meta din is- soru kienet qed titlob bil-herqa, dan l- Ecce Homo dawwar wiccu lejha, lejn in- naha tax-xellug u din is- soru mill- ewwel intebhet b' dan is- sinjal u regghet gietha l- vokazzjoni li tibqa soru.
Din l- informazzjoni hija mehudha mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Din il- figura ta' Kristu fl- Ort kienet tinhareg mid- Dumnikani tal- Birgu nhar Hamis ix- Xirka. Baqa' jsir hekk sakemm darba l- Isqof Carmelo Scicluna kien hareg ordni li l- vari jinhargu biss fil- Gimgha Mqaddsa. Gara li minhabba f' hekk, din ma baqghatx tohrog. Din il- figura aktarx attribwita lil Pietru Pawl Azzopardi w aktarx ukoll li bhal vari l- ohra tal- Birgu, kienet manekin u kienet titlibbes bid- drapp.
Din l- informazzjoni hija mehudha mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral
Marches, Marchas Funebres
Dawn ir- ritratti w l- informazzjoni huma mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Din il- Vara l-Kbira hi attribwita lil istatwarju Saverio Laferla w kienet taghmel parti mis- sett tal- Gimgha Mqaddsa li kellhom il- patrijiet Dumnikani fil- knisja taghhom gewwa l- Birgu. Il- purcissjoni kienet tohrog nhar Hamis ix- Xirka. Din il- Vara l-Kbira llum tinsab ghand il- Patrijiet Dumnikani tar-Rabat
Din l- istatwa tar-Redentur hi xoghol l- istatwarju Saverio Laferla. Dan ir- Redentur kien jifforma parti mis- sett li kien fil-knisja tad- Dumnikani l- Birgu. Din l- istatwa, ghadha tkun meqjuma fil- knisja tad-Dumnikani stess wara li sarilha xoghol ta' restawr.