top of page

ARTI BIL- MELH

F' din is- sezzjoni, se nitkbu daqsxejn dwar wahda mill- arti w teknika fuq ix- xoghol tal- melh. Huma bosta dawk l- esebituri li f' dawn iz- zminijiet jesebixxu dan it- tip ta' xoghol fil- wirjiet taghhom u huma bosta dawk li jigu jzuru dawn il- wirjiet li jitpaxxew u jaffaxxinaw ruhom b' din l- arti. Kienet is- sena 1967, li f' Malta gie ntrodott dak li nsejhulu ahna, l- 

Ritratt mehud mis- sit: Times Of Malta

melh fin (l- istess melh li jintuza fuq il- mejda tal- ikel). Kull min jahdem dan ix- xoghol ghandu l- mod u t- teknika differenti tieghu, mhux kull individwu jahdem l- istess. Biex taghmel dan ix- xoghol irid ikollok certu esperjenza w fuq kollox pacenzja kbira. Peress li l- ebda kolla ma tigi wżata fuq dawn il- platti, hija tieħu ħafna iktar minn 

sempliċiment għajn artistika biex titlesta kull xena. Aghtisa jew caqliqa wahda tista tfisser li trid terga tibda mill- bidu. Wiehed irid joqghod ferm attent ukoll li ma jaqghalu xejn fil- platt. Meta wiehed ser jibda jahdem, l- ewwel haga li jrid jibda biha hi li jara li l- platt ikun mimli sa fuq nett bil- melh u jzommu pressat kemm jista biex jigi lixx u pulit. Wara li jaghmel dan, wiehed irid jara x' disinn se jpoggi fuq il- platt. Tkun idea tajba li jkollok xi tpingija jew xi stampa ta' dak li tkun ser taghmel. Malli wiehed ikun cert fuq dak li se jiddisinja fuq il- platt, jibda jipprepara t- trab tal- kulur billi jhalltu mal- melh. Qabel, dejjem trid tara x' kuluri ghandek f' mohhok u x' behsiebek tpoggi. Malli jithallat il- kulur, jpoggieh go tazzi zghar. L- importanti li fejn jintefa, 

Ritratt mehud mis- sit: Tvm.com.mt

jkun jista jingabar bil- kuccarina. Meta jkun qed jithallat il- kulur, wiehed ghandu joqghod attent li jkollu bizzejjed ammont, skond ix- xoghol li jkollu quddiemu. Huwa tajjeb li min ser jaghmel dan ix- xoghol, izomm f' mohhu li habba t- temp (b' mod partikolari r- rih isfel), il- melh ghandu tendenza li jixxarrab w allura huwa ghaqli li qabel tibda x- xoghol, dan jigi msahhan. Fost xi tekniki li jigu wzati ghal dan ix- xoghol, issib min juzghalek tip ta' ghagin li jkun irqiq u jaghmel "outline", bil- pinzetta skond id- disinn li jkollu f' mohhu u wara jimla bil- kulur. Minn naha l- ohra, jekk se jinhadem xi xoghol aktar avvanzat, allura ma jigix uzat l- ghagin. Biex naghtu ezempju, jekk min se jahdem ghandu f' mohhu xi wicc, allura wiehed irid jahdem "free hand", billi jigu mraxxa l- kuluri flimkien. Wiehed irid jiehu hsieb ukoll, li ghal din it- teknika jrid jipprepara aktar ammont ta' kuluri biex id- dettalji jkunu jistu' johorgu ahjar. Ta' min jigbed l- attenzjoni wkoll li taht il- melh m' ghandha titpogga l- ebda stampa ghax inkella wara xi jiem din tixxarrab u ttellgha x- xoghol.

Video mehud mis- sit: Times Of Malta

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page