top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin

Ritratt mehud mis- sit: KazinSanGuzeppZebbug.
Is- Surmast Willie Attard twieled fil- Ħamrun nhar l- 14 ta’ Mejju 1900, iben Beneditt u Marija mwielda Vella. Huwa kien it- tieni
wild fost erbgħa. Ta’ età żgħira beda juri l- ħajra tiegħu għat- tagħlim tal- mużika, u beda t- tagħlim tiegħu għand is- Surmast
Anton Miruzzi. Ta’ 8 snin kien diġà jdoqq il- kwartin mal- Banda La Valette tal- Belt Valletta. Fl- 1914 ingaġġa fil- militar bħala
bandist. Kien idoqq il- klarinett u s- saxaphone. Hu kompla jistudja l- armonija għand is- Surmast Giuseppe Abdilla, il-
kontrapont għand is- Surmast Carlo Diacono u l- istrumentazzjoni għand is- Surmast Cardenio Botti. Is- Surmast Attard kiseb
diversi ċertifikati tal- effiċjenza. Wara kors regolari tal- armonija w kontrapont kiseb ċertifikat ta’ mertu mingħand Carlo
Diacono, Maestro di Cappella tal- Katidral. Fl- 1926 kiseb ċertifikat ieħor mingħand The Association Board of the Royal
Academy of Music w ieħor First Grade fl-1927 mil- London Royal College of Music. Is- Surmast Willie Attard kien surmast
direttur tal- Banda De Rohan matul is- sena 1932 u l- ewwel programm mużikali li dderieġa kien nhar Ħadd il- Palm fil- Pjazza
tar- raħal. Minbarra l- Banda De Rohan, is- Surmast Attard kellu f’ idejh ukoll il-baned ta’ San Ġużepp tal- Ħamrun, La Vittoria
tal- Mellieħa, Our Lady of Consolation (illum Maria Assunta) tal- Gudja u Leone tar- Rabat Għawdex.
Is- Surmast Attard kien magħruf għall- kompożizzjonijiet tiegħu. Huma ħafna l- marċi funebri w brijużi li kiteb, fost l- aktar
magħrufa, il- marċ brijuż “Il- Famuża Koppla”. Kiteb ukoll innijiet bħal “Innu Marċ San Ġużepp” għal Banda San Ġużepp tal-
Hamrun. Innijiet oħra huma għal baned La Vittoria tal- Mellieħa, San Gabriel ta’ Ħal- Balzan, Maria Assunta tal- Gudja w oħrajn.
Kien miżżewweġ lil Mary imwielda Cachia mill- Isla w kellhom sitt ulied. Is- Surmast Willie Attard miet nhar it- 3 ta’ Marzu 1970,
fl- għomor ta’ 70 sena.
L- informazzjoni rigward William Attard hi mehudha mis- sit: KazinSanGuzeppZebbug.

Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page