top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa

          Fil- Gzejjer Maltin

 FILMS

Huma bosta l- films li huma marbuta mal- Passjoni ta' Kristu jew inkella li jdahhlu l- mewt ta' Kristu bhalha parti mis- suggett. L- ewwel film li kien jittratta l- istorja ta' Gesu kien hareg fl- 1898 bl- isem ta' " The Passion Play". Hafna minn dawn il- films gew nominati jew rebhu l- aktar premju prestiggjuz fl- industrija tac- cinema: l- Oscar. Ahna ghamilna r- ricerka taghna w sibna bejn wiehed w iehor vicin il- hamsin film. Ma kienetx facli imma ghamilna dak kollhu li stajna biex naghtu lilkom id- dilettanti l- ahjar informazzjoni.  Kull film li se nitkellmu dwaru offrejnilkom ukoll il- link tieghu biex tkunu tistu tarawh. Nittamaw li din is- sezzjoni tkun ta' nteress ghalikom. Niehdu gost ukoll, li jekk hemm xi films li ahna ma nkludejnix, tibghatulna fuq l- email taghna halli ahna nkunu nistu ninkluduhom hawnhekk. L- email huwa: gimghamqaddsa@mail.com

THE PASSION PLAY

Diversi sorsi jghidu li d- data propja ta dan il- film hi s- sena 1897, dan ghaliex ghalkemm intwera f' Jannar tas- sena ta' wara, il- film kien tlesta f' Dicembru. Tal- inqas sas- sena 2007, dan il- film generalment kien meqjus bhalha " mitluf ". Madankollu, f' Settembru tal- istess sena skond sorsi sekondarji, gie ddikjarat li kopja ta' 'tnaqqis ta' 16mm (preżumibbilment tal- verżjoni editjata ta '2 reel) teżisti gewwa l- musew internazzjonali tal- fotografija w il- films. Ottikament gie mkabbar lura ghal 35mm u huwa ddikkjarat li sar ukoll xi restawr fuqu. Madankollu, minn April tal-2014, l- ebda verżjoni diÄ¡itali ta 'din l- istampa storika ( li hija fid-dominju pubbliku ) ma tidher li Ä¡iet rilaxxata. The Pasion Play, gie dirett mid- direttur Henry C. Vincent u fost l- atturi li hadmu fih nsibu lil Frank RussellFrank Gaylor u Fred Strong.

FROM THE MANGER TO THE CROSS

From The Manger To The Cross, huwa film miktub minn Gene Gauntier u dirett minn Sidney Olcott. Hareg fis- sena 1912 u l- film huwa Amerikan. Ingibed f' diversi f' pajjizi, fejn ta' min isemmi Betlehem u l- Palestina. Il- film fih madwar 60 minuta w fost l- atturi nsibu lil Robert Henderson-Bland fil- parti ta' Kristu, Gene Gauntier fil- parti tal- Madonna w lil Alice Hollister bhalha l- Maddalena. Hafna mill- kritici li raw dan il- film jghidu li From The Manger To The Cross m'huwiex xi film innovattiv, il- cameras qatt ma jiccaqalqu w qisu mahdum fuq il- palk. Robert Osborne w il-  Fondazzjoni Nazzjonali għall- Preservazzjoni tal-Films jikkunsidraw li dan il- film huwa l- iktar film silent importanti li jittratta mal- ħajja ta' Kristu.

FILMS

I. N. R. I.

Dan il- film huwa bbazat fuq in- novella ta' Peter Rosegger, li kienet harget fis- sena 1905. I.N.R.I. huwa film Germaniz, fejn kien hareg fil- 25 ta'  Dicembru 1923. Fl- Amerika hareg diversi snin wara w kien fis- 27 ta' Marzu tal- 1934 li ntwera ghal- ewwel darba. Inhadem taht id- direzzjoni ta' Robert Wiene w diversi xeni ngibdu gewwa l- Palestina. Il- film ha madwar 90 jum biex ingibed, bejn Mejju w Settembru w dehru fih mijiet ta' persuni. Fost l- atturi nsibu lil Gregori Chmana fil- parti ta' Kristu, Henny Porten fil- parti tal- Madonna w lil Asta Nielsen bhalha l- Maddalena. Il- film fih tul ta' madwar 102 minuta.

KING OF KINGS (1927)

L- aktar King Of Kings li huwa popolari mad- dilettanti tal- Gimgha Mqaddsa huwa dak li hareg fis- sena 1961 taht id- direzzjoni ta' Nicholas Ray. Biss ferm snin qabel - fl- era tal- films silent - jigifieri fis- sena 1927, Cecil B DeMille kien idderiega l- ewwel King Of Kings fl- istorja tac- cinema. L- iskript ta' dan il- film kien gie miktub min Jeanie Macpherson u fil- parti ta' Kristu nsibu lil attur H.B. Warner li hallina fl- 1958, fl- eta ta' 83 sena. King Of Kings inhadem gewwa California w fost il- lokazzjonijiet fejn inhadem nsibu Culver Studios, Iverson Ranch u Santa Catalina Island fejn ingibdet ix- xena tal- Galilea. Il- film fih madwar 150 minuta w fil- box office dahhal is- somma ta' madwar $2,500,000. Fis- sena 2006, dan il- film gie nnominat mill- American Film Institute ghal AFI's 100 Years...100 Cheers u sentejn wara l- AFI nnominat il- film King Of Kings bhalha wiehed mit- Top 10 Epic Films list.

BEN - HUR (1925)

Forsi xi whud jistaqsu l- ghala l- film Ben-Hur qieghed ma din il- lista peress li m' huwix film li jitratta l- hajja ta' Kristu, biss kif tafu intom kollha li rajtu dan il- film, fih naraw it- twelid u l- mewt ta' Gesu. L- ewwel Ben-Hur kien inhadem fis- sena 1907 taht id- direzzjoni ta' Sidney Olcott. Il- film fih madwar 15 -il minuta w mhux se nitkellmu dwaru ghax fih ma jinkludix il- Passjoni ta' Kristu. Biss ftit snin wara, fl- 1925 rega' hareg dan il- film mill- kumpanija Metro-Goldwyn-Mayer u din id- darba taht id- direzzjoni ta' Fred Niblo. L-iskript giet fdata f' idejn June Mathis u kif bosta minnkom jafu, il- film huwa bbazat fuq in- novella li Lew Wallace kien hareg fis- sena 1880. Fil- parti principali nsibu lil attur Ramon Novarro bhalha Judas Ben Hur u fil- parti ta' Messala naraw lil attur Francis X. Bushman. Fl- 1997, il- film Ben-Hur Ä¡ie magħżul għall- preservazzjoni fir- ReÄ¡istru tal- Films Nazzjonali tal- Istati Uniti mill- librerija tal- kungress bħala "kulturalment, storikament jew estetikament sinifikanti". Fl-1922, il-kumpanija Metro-Goldwyn-Mayer xtrat id- drittijiet tal- film Ben-Hur. Il- produttur Abraham Erlanger, poġġa prezz għoli fuq

THE MARTYR OF CALVARY

I BEHELD HIS GLORY

I Beheld His Glory, huwa film televiziv ta' 53 minuta li hareg fis- sena 1953 u gie dirett minn John T. Coyle. Dan il- film intwera ghal- ewwel darba fil- gimgha tal- Ghid il- Kbir. Dan Ä¡ie ppreżentat minn Cathedral Films, l- istess studio li kien ippreżenta l- film, sponsorjat mill- knisja The Great Commandment, fl-1939. Fil- bicca l- kbira ta' dan il- film naraw hafna flashbacks fejn huma rrakkontati minn  Cornelius - Centurjun Ruman ( parti mahduma mill- attur veteran George Macready). Cornelius, li kien mohhu miftuh hafna rigward it- taghlim ta' Kristu, isir hosbien hafna dwar is- sigurta tieghu wara li semgha li riedu joqtluh. Fl- ahhar huwa kkonverta ghall- Kristjanezmu wara li semgha l- istorja tal- Qawmien mill- mewt ta' Kristu minn l- Appostlu Tumas. I Beheld His Glory, juri l- Ahhar Cena, il- Kundanna ta' Kristu, il- Mewt fuq is- Salib, il- Qawmien u l- apparenza ta' Kristu meta deher lil Appostli w gie ddubitat minn Tumas. Il- parti ta' Kristu giet fdata f' idejn l- attur maghruf Robert Wilson. Wilson, deher f' bosta rwoli f' films sponsorjati mill- Knisja bhal The Day Of Triumph tal- 1954, fejn hadem flimkien mal- attur Lee J Cobb fil- parti ta' Zadok u kien wiehed mill- ewwel films twal Amerikani li hargu bis- sound u fejn jidher Kristu mill- vicin.

THE ROBE

Bhalha film The Robe ma jittrattax l- istorja ta' Kristu imma nkludejnih f' din il- lista ghax fih jinkludi wkoll ftit xeni mill- Passjoni ta' Kristu. The Robe huwa wiehed minn dawk il- films fejn lil Gesu ma narawhx mill- qrib u wiccu ma jidhirx. Dan huwa film Bibbliku Amerikan li hareg fis- sena 1953, fejn jittratta l- istorja dwar tribunal Ruman li kien jikkmanda l- armata li kellha x' taqsam mal- Krucifissjoni ta' Kristu. The Robe, gie mahdum mill- kumpanija 20th Century Fox u kien l- ewwel film fl- istorja tac- cinema li nhadem bil- process tas- Cinema Scope ( Wide Screen ). Il- film gie dirett mill- Germaniz Henry Koster u l- produzzjoni kienet f' idejn Frank Ross. Gie miktub w adattat ghal fuq l- iskrin minn Gina Kaus, Albert Maltz u Philip Dunne. Originarjament huwa mehud minn novella li giet miktuba  minn Lloyd C. Douglas fis- sena 1942. Il- musika kienet kompozizzjoni ta' Alfred Newman u c- cinematogrofija kienet minn Leon Shamroy. Fost l- atturi nsibu lil  Richard Burton fil- parti ta' Marcellus GallioJean Simmons fil- parti ta' DianaVictor Mature bhalha Demetrius u Michael Rennie deher fil- parti ta' Pietru. Dehru wkoll Dean Jagger bhalha Justus, Jay Robinson li qaxxar il- parti ta' Caligula, Richard Boone fil- parti ta' Pilatu w Jeff Morrow  deher fil- parti ta' Pawlu. The Robe ghandu hin originali ta' 135 minuta w kellu dhul fil- box office Amerikana ta' $36 Miljun. The Robe ghandu wkoll is- sequel bl- isem ta' Demetrius and the Gladiators li hareg sena wara.

* Peress illi The Robe ma stajnix insibu verzjoni cara tieghu fuq You-Tube, hawnhekk qed noffru l- link ghal min jixtieq jarah: