top of page
ROBERT MAGRO_edited.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Robert Magro.

Robert Magro twieled fis- 7 ta' Ä unju 1978. Iben Joseph u Doreen Magro. Hu beda l- istudji fit- teorija u l- pianoforte fl- eta' ta'
 
sitt snin taht Mro. Joseph PsailaMill- 2008 sal- 2014, huwa kien mużiÄ‹ist mal- Għaqda Mużikali Beland permezz tas- Sax Alto
 
u l- Althorn. Fl- istess perjodu, kompla l- istudji tieghu taħt Mro. Raymond Sciberras FLCM. Huwa studja t- teorija, l- armonija, l-
 
kontropunt, l- orkestrazzjoni, set works analysis u l- kompozizzjoni. Dan l- istudju wassal biex akkwista d- diplomi
 
Dip.Mus.LCM, A.Mus.LCM u L.Mus.LCM tal- London College of Music, Universita' ta' West LondonRobert ikkompona diversi
 
marci brijuzi, valzi u marci funebri. Fit- 10 ta’ Frar, 2016, ħareÄ¡ l- ewwel album ta' marÄ‹i funebri bl- isem ta' ''GOLGOTA'' u
 
propju seba’ snin wara fit- 12 ta’ Frar, 2023 ħareg it- tieni album bl- isem ta' ''ECCE MATER TUA'', fl- okkażżjoni li saret fis-
 
sede ta’ Għaqda Mużikali Beland. Robert huwa miżżewweÄ¡ lil Audrianne u għandhom żewÄ¡t itfal, Luke u Abigail. Huwa
 
tħarreġ ġewwa l- kulleġġ De La Salle u fis- sena 2002 iggradwa bħala Associate Member tac- Chartered Insurance Institute
 
Ä¡ewwa Londra (ACII). Bħala professjoni, Robert jaħdem fil- qasam tal- assikurazzjoni. Robert huwa membru fil- kummissjoni
 
Banda Beland. Mis- sena 2014 sal- 2017 kien jgħallem it- teorija fi ħdan is- Soċjeta' Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga
 
A.D. 1990 u fl- 2019 huwa inħatar bhala l- għalliem tat- teorija fi ħdan l- Għaqda Mużikali Beland A.D. 1861 Żejtun, fejn għadu
 
jokkupa din il- kariga sal- llum.

L- informazzjoni rigward Robert Magro hi mehudha mis- sit: M3p.Com.Mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page