top of page
10590418_248583618684031_335200283302381

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Ray Sciberras FLCM.

Ray Sciberras twieled Bormla fis- 27 ta’ Diċembru 1962.  Sa minn eta` ċkejkna huwa beda jitgħallem il- mużika mal- Banda ta’ belt twelidu. Huwa intensika l- istudji tiegħu fit- teorija, l- armonija, kontrapunt, fuga, orkestrazzjoni u storja ma’ Dr. Charles Żammit u Mro.Carmelo Pace. Aktar tard beda jsegwi kors fil- kompożizzjoni ma’ Mro Pawlu Grech. Il- kwalifiċi akkademiċi tiegħu jikkonsistu f’ Associateship, Licentiateship u Fellowship minn West London University, London College of Music. Il-kompożizzjonijiet tiegħu fl- idjoma tradizzjonali u moderna huma maħsuba għall- banda, orkestra, mużika sagra eċċ. Fil-qasam tal- mużika da camera, Ray Sciberras jesprimi ruħu bi stil aktar modern. Huwa juża ħafna mill- aktar teknika rinomata tas- seklu 20 sabiex jakkwista idea suġġettiva. Pero`, minħabba l- konnessjoni u l- impenn intensiv tiegħu mal- baned lokali, huwa jiddedika b’ entużjażmu ħafna mill- ħin jikkomponi għall- banda. Kollezzjoni tax- xogħlijiet bikrija għall- banda kienu ġew irrekordjati fl- Ingilterra minn Doyen Recordings Limited. Attwalment, il- kompożizzjonijiet tiegħu għall- banda qegħdin jiġu irrekordjati w ippublikati minn Hafabra tal- Belġju. Xogħlijiet oħra fir- repertorju tiegħu fuq skala kbira huma l- mużika tal- film Anno Domini XXXIII, li kien ġie irrekordjat mill- Philharmonia Bulgarica Orchestra and Choir ta’ Sofia fl- 2007 u “L-Iskorpjun” li selezzjoni minnu kienet ġiet esegwita mill- Malta Philharmonic Orchestra fl-2012. L- inventarju personali tiegħu fih ukoll, Kantati, Oratorji, il- publikazzjonijiet taċ- ċiklu komplut tas- Salmi Responsorjali (sena A, B, u Ċ), għall- orgni, kor u solista, Quddies, xoghlijiet sagri, innijiet devozzjonali, marċi funebri w brijużi w kanzunetti fost oħrajn. Ray Sciberras huwa l Maestro di Cappella Diacono, għalliem tal- mużika fil- Kulleġġ De La Salle u Surmast Direttur tal- Banda Beland taż-Żejtun u Santa Marija tal- Mosta.

L- informazzjoni rigward Ray Sciberras hi mehudha mis- sit: Il- Muzicista. Com.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page