top of page
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
Ritratt mehud mis- sit: Leone.Org.Mt.
Is- Surmast Orlando Crescimanno twieled l- Isla nhar it- 13 ta’ Frar, 1861 bin Giovanni w Michelina xebba Bonnici. Kien iż-
żgħir fost ħames aħwa. Sa minn tfulitu studja l- mużika taħt Giuseppe Wolgenshafer w Antonio Nani w għal ħafna snin daqq il-
vjola fl- orkestra tat- Teatru Rjal u mal- Kapelli Bugeja w Nani li kienu l- aqwa orkestri li jdoqqu fil- knejjes f’ dawk iż-
żminijiet. Is- Surmast Orlando Crescimanno beda l- karriera tiegħu ta’ surmast direttur tal- baned mal- Banda De Rohan ta’
Ħaż- Żebbuġ f’ Ottubru tal- 1902, meta dderieġa programm mużikali fil- pjazza ta’ Ħaż- Żebbuġ. Is- Surmast Crescimanno
kien stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill- aqwa surmastrijiet ta’ dak iż- żmien. Ismu jibqa’ magħruf għall- kapaċità, l- umiltà w il-
paċenzja li kellu għat- tagħlim tal- mużika. Kemm dam mal- Banda De Rohan kien jagħmel kunċerti wieħed f’ ieħor u
programmi fuq programmi. F’ kelma waħda għolla l- livell tal- Banda De Rohan u f’ qasir żmien stabbilixxa l- banda bħala
waħda mill- aqwa f’ dak iż- żmien. Riżultat ta’ dan, il- banda kienet qed tiġi mistiedna tesegwixxi programmi mużikali f’ diversi
festi madwar il- pajjiż. Il- Banda De Rohan damet taħt it- tmexxija tas- Surmast Crescimanno sas- sena 1906. Fl- 1915 meta s-
surmast attwali tal- Banda De Rohan għamel xi żmien indispost, id- dirigenti tas- Società Filarmonica Rohan kienu ħatru lil
Orlando Crescimanno bħala surmast temporanju tal- Banda De Rohan. Matul il- karriera tiegħu bħala surmast Orlando
Crescimanno dderieġa erba’ baned oħra barra dik ta’ De Rohan. Dawn kienu l- Banda Unione ta’ Ħal-Luqa (1904 – 1912), il-
Banda San Filep ta’ Ħaż- Żebbug (1920 – 1921), il- Banda Vilhena tal- Furjana (1920) u l- Banda Għawdxija Leone (1911 –
1923), li meta kien surmast tagħha għamel xi żmien joqgħod Għawdex. Fost il- ħafna kompożizzjonijiet tas- surmast Orlando
Crescimanno li għamel għal Banda De Rohan u li huwa ferm għal qalb il- Ġużeppini Żebbuġin, insibu l- innu l- Kbir ta’ San
Ġużepp, “Inno a San Giuseppe” li ndaqq għall- ewwel darba fil- festa ta’ San Ġużepp tas- sena 1903 akkumpanjat mill- kor
tat- tfal. Dan kien l- ewwel innu kbir għall- Banda li kkompona s- surmast Crescimanno. Kompożizzjonijiet oħra tas- Surmast
Crescimanno huma l- Innu tal- Banda Rohan, La Stella d’Italia, Marcia Caratteristika – 10 Settembre, Valzer – Ma Belle, u
għadd ta’ marċi brijużi w oħrajn funebri li jinsabu fl- arkivju tas- Soċjetà. Fost kompożizzjonijiet oħra tiegħu nsibu l- operetta
“Marchisa Nina”, sinfoniji bħal “Premier”, “Fini Concerti” u “Gli Eroi” w innijiet għal San Filep, Sant’ Andrija w Santa Maria fis-
sema. Is- Surmast Orlando Crescimanno miet il- Ħamrun fit- 22 ta’ Diċembru 1923, fl- età ta’ 62 sena.
L- informazzjoni rigward Orlando Crescimanno hi mehudha mis- sit: KazinSanGuzeppZebbug.
Copyright 2017. All Rights Reserved. Website designed by Wayne Mallia. Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com
bottom of page