
Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin

NAXXAR
Hu fatt Ä‹ert li fis- sena 1750 kienet diga' bdiet issir il- purÄ‹issjoni tal- Passjoni b' numru ta vari li fosthom kien hemm l- Ecce Homo, il- Monument u l- Madonna tad- Duluri li magħhom, probabbilment, kien hemm ukoll il- Vara l- Kbira. Meta saru l- istatwi kien isir Ä¡bir speÄ‹jali izda wara l- 1758 id- dħul biex jitħallsu l- ispejjez kien minn Ä¡abra Ä¡enerali man- Naxxar kollu għal dan l- iskop u Ä¡abra oħra fil- priedka tat- tliet sigħat fil- knisja parrokkjali nhar il- Ä imgha l- Kbira wara nofsinhar. Kif se naraw, uħud minn dawn l- ewwel vari għadhom joħorÄ¡u fil- purÄ‹issjoni iżda ż- żmien għamel tiegħu ma' oħrajn li kellhom jitwarrbu. Bejn l- 1770 u l- 1777, il- vari kienu nżebgħu mill- Ä¡did, saru tnax -il sandli ndurati bid- deheb għall- istatwi u l- kalÄ‹i tal- anÄ¡lu tal- Ort Ä¡ie ndurat bid- deheb ukoll. Sal- 1840, il- vari kellhom bżonn dawra sew iżda mhux magħruf jekk saritx xi ħaga jew le. Iżda bejn l- 1880 u l-

1892, il- vari rrestawrawhom, biddlu xi wħud u nżebgħu kollha mill- ġdid. Din il- lokalita' tat sehemha wkoll fl- izvilup tal-
​
​
ikonografija tal- vari ta' wara l- 1961 billi żiedet statwa mas- sett tradizzjonalment ta' tmien vari u wkoll bl- inklużjoni ta'
​
​​
personaġġi oħra ma' statwi li tradizzjonalment kienu jkunu singoli. In- Numru preżenti ta' vari fin- Naxxar hu ta disgħa.
​
Il- bidliet u ż- żidiet li saru huma lkoll movimentati w huma ta' kuntrast mal- istil aktar sobriju tal- vari l- antiki.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fin- Naxxar,
Tohrog Il- Gimgha 26 Ta' Marzu, Fil- 17.30
L- informazzjoni rigward in- Naxxar mehudha mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
L- ORT
L- ewwel vara tal- Ort, bi statwi tal- kartapesta ta' Gesu gharkupptejh w anglu jipprezentalu l- kalci simboliku tal- Passjoni, saret minn Saverio Laferla fl- 1753 li thallas 70 skud tax- xoghol li wettaq f' zewg vari flimkien: din il- vara w il- Marbut. Lejn tmien is- seklu dsatax, l- anglu nbidel ma' dak prezenti li hu xoghol fil- kartapesta ta' Karlu Darmanin fis- snin tmenin tas- seklu dsatax.
GUDA
Vara sabiha w pjuttost dinamika, anki drammatika, li turi lil Gesu qieghed izomm lura lil San Pietru li ghandu sejf f'idu waqt li Guda qed jittradih permezz ta' bewsa. Inhadmet mill- istatwarju Wistin Camilleri fl- 1975 u hi mportanti ghax ghall- ewwel darba naraw il- figura ta' San Pietru mdahhla f' dan l- episodju tal- passjoni f' Malta.
IL- MARBUT
Prezentazzjoni tradizzjonali tal- Flagellazzjoni ta' Gesu li jidher marbut ma kolonna fuq il- lemin tieghu. Din il- vara tal- kartapesta saret minn Saverio Laferla fl- 1753.
ECCE HOMO
Din kienet l- ewwel vara ta' Gesu Nkurunat bix- Xewk, xoghol fil- kartapesta minn Saverio Laferla. Fl- 1750, din il- vara kienet diga' saret u kienet parti mill- ewwel purċissjoni tal- Passjoni fin- Naxxar. Fiha Kristu jidher bilqieghda fuq kolonna baxxa. Ħarget l- ahhar darba fil- purcissjoni tal- 1981, fejn ħaditilha postha statwa oħra li kienet issawwret minn Michael Camilleri Cauchi. Sas- sena 2025, din l- istatwa kienet ikkonservata fl- oratorju tal- knisja parrokkjali u ġiet
irrestawrata ricentament minn Ruth Camilleri Borg. Fis- sena 2026, milli jidher reÄ¡għet ittieħdet id- deÄ‹iżjoni li terÄ¡a toħroÄ¡ proÄ‹essjonalment fil- purÄ‹issjoni tal- Ä imgħa Mqaddsa fit- toroq tan- Naxxar.
IR- REDENTUR
L- ewwel darba li tissemma' l- vara tar- Redentur fin- Naxxar kien fl- 1751 izda din l- istatwa nbidlet mal- vara prezenti, xoghol fil- kartapesta ta' Michael Camilleri Cauchi fl- 1981. Ma' Kristu qed jaqa' taht it- toqol tas- salib, hemm ukoll suldat Ruman. Din hi l- unika vara fil- purcissjonijiet lokali fejn Gesu Redentur mhux ipprezentat wahdu. L- istil tal- prezentazzjoni tal- istatwi imur 'il hinn minn dak ferm sobriju tal- vari l-antiki ta' din il- lokalita'. Is- salib fih xoghol ta' nterzjar fin li sar minn Victor Gauci fl- 1982.
IL- VERONIKA
Jista' jkun li din l- istatwa tal- Veronika nhadmet minn Karlu Darmanin fis- snin tmenin tas- seklu dsatax, izda xejn mhu cert. Jekk tassew hi vara ta' Darmanin, allura hawnhekk kien tbieghed minn kif kien solitu jipprezenta l- miraklu tal- veru wicc (Vera Icon) ta' Gesu ghax normalment dan kien jaghmlu fuq il- velu tal- Veronika u mhux fuq maktur separat bhalma naraw f' din il- vara.
IL- VARA L- KBIRA
Din hi vara minn tal- ewwel statwi li bihom inbidlet il- purcissjoni. Hi xoghol fil- kartapesta ta' Saverio Laferla li sawwarha x' aktarx fl- 1750. Hi vara tipikament tas- seklu tmintax kemm fil- kuncett kif ukoll fl- ezekuzzjoni.
IL- MONUMENT
L- ewwel Monument fin- Naxxar kien diga' jezisti fl- 1750 bil- figura ta' Kristu Mejjet tinhadem fil- kartapesta minn Saverio Laferla. Fl- 1751, il- kaxxa giet imzejna bi skultura minn Felice Zahra w indurata minn Giuseppe Napolitano. Hu wisq probabli li dan l- ewwel Monument kien jintrefa' fuq erba' hbula. Il- Monument prezenti sar fl- 1882 bi skultura
fl- injam u nduratura tad- deheb, xoghol l- iskultur Paolo Bugeja. Fl- istess sena, Karlu Darmanin sawwar fil- kartapesta erba' angli ghall- erba' rkejjen tal- urna l- gdida. Fl- 1976, il- Monument rega' gie ndura bi spiza ta' Lm900 li thallsu minn ex-emigrant Naxxari li baqa anonimu. Din il- vara hi tqila w tintrefa' minn tahtu minn ghaxart irgiel li ma jkunux jidhru minhabba l- faldrappa.
ID- DULURI
L- ewwel statwa tad- Duluri, li tmur lura lejn nofs is- seklu tmintax, twarrbet fl- 1965 a favur vara gdida tal- kartapesta li sawwarha Glormu Dingli bil- prezenza tal- Madonna u San Gwann. Is- salib ghandu finimenti skulturati.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima
Vari Antiki Fin- Naxxar

Sas- sena 2025, din il- vara kienet toħroÄ¡ proÄ‹essjonalment fil- Ä imgħa l- Kbira. Din il- vara nhadmet fis- sena 1982, xoghol movimentat fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi, fejn Pilatu jidher jippresenta lil Gesu lil- Lhud u jghidilhom: Ecce Homo (Hekk hu l- Bniedem).
Din il- vara tar- Redentur, li fl- 1980 harget l- ahhar darba bil- purcissjoni, hi fost l- eqdem li hawn fil- gzejjer Maltin ghax kienet saret fl- 1751 minn Saverio Laferla. Dil- vara hi kkonservata fl- oratorju tal- knisja parrokkjali.
%201_edited.jpg)
L- ewwel vara tad- Duluri fin- Naxxar x' aktarx kienet diga' tezisti fl- 1749. Kienet grupp ta' zewg statwi, il- Madonna bilqieghda taht is- salib akkumpanjata minn anglu zghir b' simboli tal- Passjoni f' idejh. L- ahhar darba li ntuzat fil- purcissjoni kien fl- 1964. Din il- vara hi kkonservata fl- oratorju tal- knisja parrokkjali. Probabilment hi xoghol ta Saverio Laferla.









