top of page
mario testa_edited_edited.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Daniel Vella.

Is- Surmast Mario Testa twieled fl- isptar Santa Katarina Ħ' Attard nhar is- 7 ta' Awissu fl- 1970, iben Joseph u M' Dolores nee'
 
Bonello t- tnejn minn Ħal- Qormi. Huwa beda l- edukazzjoni tiegħu skolastika għand is- sorijiet ta' Santa Monica, wara attenda
 
Saint Albert il- Belt Valletta w għamel is- sekondarja fis- Saint Michael school tas- Soċjeta' tad- duttrina tal- Museum. Fl- 1991
 
iżżewweġ lil Silvana nee' Camilleri w għandhom tlett it- tfal Rowena, Jean Paul u Giorgio.Ta' seba snin beda jistudja l- mużika
 
fil- każin San Ġorġ Martri. Meta kellu għaxar snin reġa beda jattendi għal- lezzjonijiet għand is- surmast Archibald Mizzi. Nhar
 
il- ħadd 2 ta' Ġunju 1984 Mario Testa ħareġ idoqq għall- ewwel darba mall- Banda San Ġorġ Martri ta' Ħal- Qormi bl- isturment
 
Althorn fil- festa tat- Trinita' Qaddisa ġewwa l- Marsa. Mario Testa studja t- teorija għand il- professur Charles Zammit ta' Ħal-
 
Luqa, fejn għamel bosta eżamijiet tar- Royal Schools u tal- London College of Music. Fl- 1989 daħal membru fil- banda tal-
 
Forzi Armati ta' Malta fejn beda jdoqq il- baxx. Huwa kompla l- istudju fil- prattika għand is- surmast Paul Borg tal- Ħamrun.
 
Mario Testa huwa wieħed mill- aqwa baxxisti ta' pajjiżna. Kompla l- istudju tiegħu fl- armonija w il- kontra punt għand is-
 
surmast Ray Sciberras. Fl- 20 ta' Jannar tas- sena 2000 huwa ġie onorat bid- diploma fil- baxx mill- Universita tal- Euro
 
University for Higher Education ta' Niue, mill- Kanċillier ta' l- Akkademja F.C. Parsons. Fis- 26 ta' Lulju tas-sena 2003 huwa
 
reġa ġie Onorat b' Diploma oħra, il- Fellow fil- mużika mill- istess Universita ta' Niue. Fil- preżent huwa jifforma parti mill- Corp
 
of Drums tal- Forżi Armati ta' Malta. Mro. Mario Testa ġie mistieden idoqq ma' l- Orkestra ta' Firenze, ma' l- Orkesrta ta' Ateni
 
w ma' l- Orkestra tal- provinċja ta' Milan. Ħa sehem ukoll f' diversi opri li jiġu mtellgħin f' Għawdex, għamel ħames snin part-
 
timer mal- Orkestra Nazzjonali bħala baxx solista, daqq taħt diversi diretturi kemm Maltin u barranin fosthom mal- Professur
 
Michael Laus, Professur Joseph Vella, Dr. Dion Buhagiar w oħrajn. Ħa sehem fl- orotorju Paulus ta' Mendilson ma' direttur
 
Germaniz fil- Kon - katidral ta' San Gwann. Ġie mistieden jidderieġi l- banda taż- żgħażagħ minn fost hafna diretturi li applikaw
 
sabiex jidderiegu meta ġie l- mużiċista mondjali Bob Child ġewwa il- Corinthia Hotel Ħ' Attard. Fis- sena 2000 u fl- 2002 huwa
 
mar Bremen il- Germanja flimkien mall- banda tal- Forzi Armati ta' Malta għall- Festival tal- Baned Militari.  Fl- 2003 żar Modena
 
fl- Italja jirraprezenta lil Malta f' Military Tattoo ieħor, fl- 2007 flimkien mall- Banda tal-Forzi Armati Ta' Malta attenda festival
 
ġewwa Brussels fil- Belgjum u f' Mejju wkoll attendew Military Tattoo ieħor ġewwa St. Petersburg ir- Russja fejn ħa esperjenza
 
ma' ħafna mużiċisti w diretturi militari madwar id- dinja. F' Lulju ta' l- 2008 żar ukoll Ċetona u Montepulciano f' Toscana fejn
 
daqq ma ħames perkussjonisti fosthom professur, żewġ għalliema f' konservatorju w żewġ studenti. Ta' kull sena nisimgħu 
 
kompożizzjonijiet ta' Mario Testa bħal marċi funebri, marċi brijużi, innijiet ta' baned w anke mużika serja jew klassika fost ħafna
 
arranġamenti li jiġi mitlub jagħmel lill xi kantanti kemm pop kif ukoll klassiċi. Qed ikollui suċċess anke fid- direzzjoni għall- mod
 
klassiku kif jidderieġi l- programmi mużikali. Is-surmast Mario Testa kellu bosta responsabbiltajiet ma' diversi baned Maltin. 
 
Beda bħala assistent surmast mal-baned tal- Karmnu l- Fgura; Unjoni ta' Ħal- Luqa; Kristu Re Raħal Ġdid; San Ġorġ Martri
 
Ħal- Qormi fejn ukoll waqqaf personalment is- Saint George's Festival Brass Band. Dam jokkupa l- kariga ta' Surmast Direttur
 
mill- 2002 sa ma rriżenja f' Novembru tal- 2007; Santa Katarina V.M. taż- Żurrieq fejn għadu jokkupa din il- kariga sal- lum.
 
Minn Settembru 2011 sar direttur Mużikali ta' Santa Marija tal- Qrendi. Kien surmast fundatur mal- Banda Kristu Sultan ta'
 
Raħal Ġdid ukoll. Illum huwa surmast direttur mal- baned Santa Marija Ħ' Attard u Marija Reġina tal- Marsa. Fil- prezent is-
 
Surmast Mario Testa huwa għalliem ta' ħafna bandisti, li jressaq ukoll għall- eżamijiet tal- London School of Music u Royal
 
Schools, tant li qiegħed jigi rikonoxxut ma' dawn l- iskejjel għaliex l- istess studenti tiegħu qiegħdin jiksbu rizultati tajbin ħafna
 
fosthom anke distinction li hija waħda mill- għola marki f' dawn l- eżamijiet.

L- informazzjoni rigward Mario Testa hi mehudha mis- sit: SantaMarijaQrendi.Com.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page