top of page
JOSEPH VELLA_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: La Stella.

Il- Professur Joseph Vella twieled gewwa r- Rabat, Għawdex nhar id- 9 ta' Jannar tas- sena 1942 u miet fil- 25 ta' Frar tal- 2018. Huwa kien kompożitur, professur tal- mużika u direttur tal- Orkestra Filarmonika Maltija u surmast direttur tal-Banda Ċittadina La Stella tal- belt Victoria. Iggradwa bħala għalliem u studja l- mużika ma’ missieru. Huwa speċjalizza fl- istudji mużikali tiegħu f’ Durham. Fl- 1994 inħatar bħala associate professor fid- dipartiment tal- istudji mużikali fl- Università ta’ Malta. Il- portafoll tiegħu jinkludi l- kompożizzjoni ta’ 110 xogħol mużikali li jinkludu ħames sinforniji w seba’ kunċerti. Ix-xogħlijiet mużikali tiegħu kienu interpretati fl- Ewropa, il- Kanada, l- Istati Uniti w il- Ġappun. Huwa kien ukoll id- direttur tas-soċjetà korali Maltija u waqqaf il -kor tal- Akkademja. Huwa nħatar bħala d- diretttur mużikali tat- teatru tal- Astra Opera. Għal 48 sena kien Surmast Direttur tas- Soċjetà Filarmonika La Stella tar- Rabat Għawdex, liema banda baqa’ jidderieġi sal- ġurnata tal- mewt hekk kif il- banda Ġorġjana rrekordjat sett ta’ marċi Funebri taħt id- direzzjoni tiegħu fit- Teatru Astra fl-għodwa tal- jum li fih miet. Bħala direttur artistiku tat- Teatru Astra, huwa dderieġa lill- orkestra Nazzjonali f’ bosta opri bħall- ‘Aida’, ‘Turandot’, ‘Nabucco’ u ‘La Traviata’. Huwa serva għal 40 sena bħala surmast direttur tal- banda Konti Ruġġieru tar-Rabat Malta. Is- surmast Joseph Vella kien ukoll l- ewwel direttur residenti tal- orkestra Filarmonika Maltija. Hu miet fl- età ta' 76 sena. Dan wasal fl- istess ġurnata fejn il- mużew "Il- Ħaġar" fetaħ esebizzjoni bix- xogħlijiet tiegħu w tnedija ta' ktieb f' għeluq il- ħames snin mill- ftuħ tal- istess mużew. Għal din l- okkażjoni, Vella stqarr "Meta jiena ma nkunx hawn, il- mużika tiegħi se tibqa' integra, u mhux titferrex". Il-funeral sar fit- 3 ta' Marzu ġewwa l- Bażilika ta' San Ġorġ fejn ittieħed f' korteo bil-parteċipazzjoni tal- Banda La Stella w  il- banda Konti Ruġġieri tar- Rabat, MaltaKondoljanzi waslu minn diversi membri tal-isfera pubblika. It- tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja ddeskriva lil Maestro Joseph Vella bħalha ġgant tal- integrità mużikali w mimli bl- imħabba għal Għawdex. Joseph Calleja faħħar ix- xogħol ta' Vella waqt li fakkar li kienu hu li tah l-ewwel opportunità fuq il- palk ta' 19 -il sena.

L- informazzjoni rigward Joseph Vella hi mehudha mis- sit: Wikipedia.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page