top of page

Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa

         Fil- Gzejjer Maltin

13-Joseph-Sammut-225x300_edited_edited.j

Ritratt mehud mis- sit: Leone.Org.Mt.

Is- surmast Joseph Sammut sar direttur Orkestrali 67 sena ilu, meta kellu biss 26 sena. Kien l- ewwel direttur Malti li dderiga

 

opra f' Malta w dan kien 42 sena ilu. L- orkestra kienet ukoll kollha Maltija. Minn naha l- ohra, l- ahhar darba li dderiga xoghol

 

Orkestrali kien 11 -il sena ilu, meta kellu 82 sena. Huwa kien l- ewwel direttur tal- Orkestra tat- Teatru Manoel. Il- Maestro

 

Joseph Sammut, twieled il- Belt Valletta nhar it- 2 ta' Lulju, tas- sena 1926 - bin Vincenzo w Ersilia Enriquez u nistu nghidu li

 

kien bin l- arti muzikali. Missieru Vincent kien vjolincellista maghruf, li kien idoqq regolarment fit- Teatru Rjal waqt li nannuh kien

 

jeccella fid- daqq tal- kuntrabaxx. Huwa ha l- ewwel tahrig muzikali minghand missieru. Fl- 1943 huwa nghaqad mal- Orkestra

 

tal- Ammirali (Commander - In - Chief's Orchestra) idoqq il- fagott, li kien l- instrument li tghallem minghand missieru.

 

Hawnhekk ta' min jghid li originarjament Joseph Sammut kien inghaqad mal- armata, imma mbaghad ftit xhur wara, zijuh li

 

kien idoqq fl- Orkestra tal- Ammirall, kien irrangalu biex jissieheb fl- Orkestra, minkejja li kien ghadu zghir. M' ghaddiex wisq

 

zmien meta d- direttur tal- Orkestra tal- Ammirall, is- surmast Bellizzi, irtira minhabba l- eta w kien hemm bzonn li jintghazel

 

direttur muzikali iehor. Fattur interessanti kien li l- muzicisti xtaqu li jkun hemm wiehed Malti li jmexxihom w allura kien sar speci

 

ta' konkors li ghalih kienu kkonkorrew tlett persuni - Emmanuel Falzon, Edgar Lowell u Joseph Sammut. Minn dawn kien gie

 

maghzul Joseph Sammut. Kienet is- sena 1952 u Sammut kellu biss 26 sena. Ma kienx ilu mizzewweg hafna, imma minkejja

 

dan, f' dik is- sena kellu jitlaq lejn l- Ingilterra wara li l- Gvern Ingliz kien tah borza ta' studju biex seta' jispecjalizza fid-

 

direzzjoni muzikali. L- ghalliema tieghu kienu Dr. Clarence Raybould fl- 1952 u Sir Malcolm Sargent fl- 1953. Huwa temm l-

 

istudji tieghu fir- Royal Guildhall School of Music fl- 1954 u kien irritorna lejn l- Ingilterra fl- 1956 biex ha l- kariga ta' Assistant

 

Conductor mal- Welsh Youth Orchestra, li bhalha direttur kellha lil Dr. Clarence Raybould, li kif ghidna kien wiehed mill-

 

ghalliema tieghu. Joseph Sammut kien impressjonat bil- kbir bid- direzzjoni ta' Sargent w ipprova jiehu dak kollhu possibli

 

minghandu. Kien jghid li Sargent waqt id- direzzjoni kien jesprimi dak li jhoss, kien jesprimi s- sentimenti tieghu b' direzzjoni li

 

kwazi kwazi kellha demm Mediterranju fiha. Meta l- Orkestra tal- Ammirall waqfet topera, Joseph Sammut spicca bhala s-

 

surmast tal- Orkestra tat- Teatru Manoel. Dan mhux hu biss. Hafna mill- muzicisti li kienu fl- Orkestra tal- Ammirall spiccaw

 

ukoll membri ta' din l- Orkestra li kienet iz- zerriegha tal- Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Il- hidma muzikali tas- srumast

 

Joseph Sammut ma kienetx marbuta mad- direzzjoni tal- Orkestra. Fl- 1961, flimkien ma Bice Bisazza, huwa waqqaf il- Chorus

 

Melitensis, kor ta vucijiet imhallta maghmul minn madwar 40 persuna, li dam fix- xena muzikali ghal snin twal. Avveniment

 

partikulari li Joseph baqa' jiftakar hija l- partecipazzjoni tal- kor fil- festival tal- korijiet, li kien sar f' Llangllen Eisteddfod, Wales.

 

Fost l- ohrajn fil- kuncert finali kienu kantaw il- kompozizzjoni l- Imnarja ta' Carmelo Pace. Fi kliem is- surmast Sammut, din il-

 

kompozizzjoni gennet lill- udjenza, li bdiet titlob li terga titkanta. Bl- approvazzjoni tal- organizzaturi, hekk sar w ghall- ewwel

 

darba fi tmintax -il sena, kompozizzjoni tkantat ghal- aktar minn darba wahda. Sammut ghal diversi zmien hadem ma bosta

 

korijiet w taghna hafna xoghlijiet kbar, fosthom l- ewwel esekuzzjoni f' Malta tar- Reqeuim ta' Giuseppe Verdi, l- Istabat Mater

 

ta' Antonin Dvorak, it- Te Deum ta' Gabriel Faure', il- Messe Solennelle ta' Charles Gounod, il- Gloria ta' Antonio Vivaldi u r-

 

Reqeuim ta' Anton Nani. Matul il- karriera tieghu, is- surmast Joseph Sammut kellu okkazzjonijiet li ma tantx tista tinsihom.

 

Wiehed ta' min isemmi meta fit- Teatru Manoel, fl- 1954 u mbaghad 1967, huwa kien idderiega r- Royal Command

 

Performance meta r- Regina Elizabetta w il- Princep Philip zaru Malta. Fl- istess Teatru, huwa mexxa parti minn- kuncert li kien

 

qed jigi dirett mill- kompozitur Ingliz Sir Arthur Bliss u s- surmast Sammut kien qal" Kont ikkuncertajt l- orkestra ghall- kuncert

 

tal- pjanu Nru. 4 ta' Ludwig van Beethoven, bis- solista Denis Matthews, u Sir Arthur kien qallu biex imexxih hu. Dan wara li

 

Bliss kien idderiega l- Enigma Varlations ta' Elgar u xi xoghlijiet ohra. Sammut isemmi wkoll kuncert iehor, imma minghajr ma

 

jsemmi min kien is- solista jew x' tip ta' kuncert kien. Biss jghid li kien dizastru!. Esperjenzi muzikali ohrajn li s- surmast

 

Sammut ma setax jinsa huma meta fl- 1970 mexxa il- Kyoto Symphony Orchestra matul il- World Expo, li kienet saret fil-

 

Gappun u meta fl- 1975 mexxa l- London Symphony Orchestra ghar- recordings tal- Malta Suite u l- Maltese Dances ta'

 

Charles Camilleri. Ghalkemm huwa ghadda hajtu jidderiegi ma jfissirx li m' ghamilx affarijiet ohra fil- qasam muzikali. Filfatt il-

 

passatemp ta' Joseph Sammut kien il- kompozizzjonijiet u minn dawn ghandu diversi li gew esegwiti kemm f' Malta kif ukoll

 

barra. Kiteb Missa da Reqeuim, oratorji Missa Solemnis, Via Crucis, kuncerti ghal diversi strumenti, tliet sinfoniji w diversi

 

xoghlijiet ohra. Biss l- aktar ghal- qalb is- surmast Sammut minn fost dawn il- kompozizzjonijiet hemm il- Missa da Reqeuim, li

 

wiehed jista wkoll isibha fuq CD. Dan ir- Reqeuim kienet l- ewwel kompozizzjoni kbira tieghu. Kien iddedikaha lill- eks Prim

 

Ministru Malti w eks President tal- banda La Vallette George Borg Olivier. Din ir- Reqeuim kienet giet esegwita ghall- ewwel

 

darba fil- Germanja, fejn il- kompozitur innifsu mexxa l- Constance Southwest German Philarmonic Orchestra. Fatt interessanti

 

huwa kif Maestro Sammut kien jara jekk il- kompozizzjonijiet tieghu humiex xoghlijiet illi jintghogbu. Huwa kien jiehu dawn il-

 

kompozizzjonijiet minghajr ma jkunu ffirmati w "jikkuncertahom" mal- orkestra tat- Teatru Manoel. Kien jara x' ikunu l- kummenti

 

tal- muzicisti. Min hemmhekk huwa kien jibqa' miexi 'l quddiem wara li jaghmel xi rtokki fil- kompozizzjoni li jkun ipprezenta.

 

Joseph Sammut kellu wkoll rabtiet kbar mal- baned Maltin. L- aktar li hu maghruf bhalha s- surmast tal- banda La Valette, fejn

 

dam jidderiegi din il- banda cittadina mill- 1970 sal- 2007. Dam 37 sena. Baned ohra li hadem maghhom kienu l- banda

 

Leone tar- Rabat Ghawdex, fejn kien surmast ghal 33 sena shah. L- ingagg ma' din il- banda wasslu biex fl- 1978 idderiega l-

 

ewwel opra li saret Ghawdex. L- opra kienet Madama butterfly ta' Giacomo Puccini. Minn hawn bdiet it- tradizzjoni tar-

 

rapprezentazzjonijiet tal- opri tal- opri f' Ghawdex. Baned ohra li hadem maghhom is- surmast Sammut kienu il- banda San

 

Guzepp tal- Hamrun u dik ta' Santa Liena f' Birkirkara. Maestro Sammut, kien isibha difficli biex jaghzel liema kien il-

 

kompozitur favorit, ghax skond hu hija difficli biex taghzel ghaliex kollha ghandhom attribwiti differenti. Imma meta rrifera ghal

 

Beethoven qal li dan huwa arkitett muzikali ghall- mod kif bi ftit noti kapaci jifforma l- bazi ta' sinfonija, u bhalha ezempju

 

jsemmi l- hames sinfonija. Jogghbu hafna Gustav Mahler ghaliex bil- muzika tieghu jesprimi l- kunflitti nterni li kien ikollu. Imma

 

fuq kollox jogghbu r- Russu Tchiakovsky, li bir- romanticizmu w l- orkestrazzjoni tieghu jisraq qalb kulhadd.

L- informazzjoni rigward Joseph Sammut hi mehudha mis- sit: Um.edu.Mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page