top of page

IR- RICETTA TAL- BORMA

Nimmaginaw li kull wiehed u wahda minnha li jzuru l- wirjiet matul dan iz- zmien, zgur li xi darba jew ohra xammew dik ir- riha tfuh taqsam tal- borma li tkun qed itektek bilmod fuq xi spiritiera, mohbija x' imkien fejn ma tidhirx. Dik ir- riha partikolari, li marbuta ma dawn iz- zminijiet tal- Gimgha Mqaddsa. Forsi huma hafna li jistaqsu w jghidu imma din ir- riha 

minn fejn gejja jew kif issir? Din tigi minn ricetta partikolari li ssir f' pajjizna w li hi xi haga tradizzjonali w mhux facli li ssibha jew tarha f' pajjizi ohra. Hi maghmulha minn bosta ingredjenti naturali. Illum din issib tixtriha fil- pakketti minn diversi hwienet, biss zgur li mhux se thabbatha mal- originali. L- ingredjenti li ghandek 

bzonn ghal din ir- ricetta huma dawn:

* Inbid iswed

* Weraq tal- Balzmu

* Bastun tal- kannella

* Lumi

* Laring

* Mandolin

* Imsiemer tal- qronfol

* Noce Muskata

BALZMU

INBID

IMSIEMER TAL- QRONFOL

BSATEN TAL-

KANNELLA

MANDOLIN

NOCE MUSKATA

LUMI

LARING

Tibda billi tara li jkollok ammont tajjeb ta' inbid iswed/ahmar. Sadanittant minn xi ftit jiem qabel, tara li xxarrab tahlita ta'  mandolin, laring, lumi, bsaten tal- kannella w naqra noce muskata. Ma tridx tinsa wkoll li trid titfa l- imsiefer tal- qronfol u dik in- naqra weraq tal- balzmu. Wara li jkun sar dan kollhu, thalliha okkupata biex tiffermenta. Huwa mehtieg li l- ghatu jkun maghluq. Wara xi jumejn jew tlieta, taqbad l- inbid u thallat kollox mieghu, waqt li tagħtiha fawra qawwija fuq in- nar. Malli jigu n- nies jaraw il- wirja, tajjeb li tħalli fuq spiritiera din il- borma b’ nar bati tal-  ftila. Importanti hafna li wiehed joqghod attent li ma jhallix it- tahlita tinxtorob w taghmel dan billi mal- hin titfala ftit inbid.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page