top of page
Mro_edited_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: M3p.Com.Mt.

Mro. Dalli ikkompona għadd ta’ sinfoniji, marċi, kemm brijużi kif ukoll funebri, u għadd ta’ innijiet, fosthom dawk tal- Banda San

 

Lawrenz, magħruf bħala il- kbir għal kor, tenur u baxx, esegwit għall- ewwel darba lejlet il- festa ta’ San Lawrenz, iċċelebrata fl-

 

1972. Minbarra lil din il- Banda idderieġa baned oħra, fosthom il- Banda San Ġużepp tal- Ħamrun, Leone ta’ Għawdex,

 

Queen’s Own tal- Isla, il- Banda tat- Tarzna, u l- Banda tal- Moviment tal- Ħaddiema. Lil din il- Banda Vittoriosana, li fi żmienu

 

nbidel isimha, mexxieha għal 28 sena sħaħ: mill- 1952 sakemm miet fl- 1980. Is- surmast Hector Dalli twieled iż- Żejtun nhar it-

 

18 ta’ Ġunju 1914, iben Ġużeppi Marija u Evanġelista Mercieca. Flimkien ma’ Hector, dawn kellhom erba’ wlied oħra. L- ewwel

 

tagħlim mużikali Hector, flimkien ma’ ħutu subien, ħadu mingħand missieru, li kien mużiċista mill- aħjar, tant li kien ingħata t-

 

tmexxija tal- Banda Żejtun wara l- firda li seħħet fil- Banda Beland. Ta’ 9 snin Hector Dalli kien tħarreġ bil- flicorno u wara qaleb

 

għall- kurunetta mal- Banda Beland. Kien idoqq tajjeb ukoll il- pjanu. Iżda ma waqafx hawn, għax kompla jitħarreġ fl- armonija,

 

il- kontrapunt, l- istrumentazzjoni w id- direzzjoni għand is-Surmast Ġużeppi Casapinta, biex ftit wara nħatar Assistent Surmast

 

tal- Banda Żejtun. Waqt li kien f’ din il- kariga, kompla l- istudji mużikali w ta’ 25 sena kellu suċċess kbir fl- Eżami tat- Teorija

 

Mużikali tal- London College of Music li fih kien ġab 91 marka minn 100 u kiseb l- ewwel post biex iggradwa A.Mus.L.C.M. Mro

 

Hector Dalli baqa’ sejjer ukoll sabiex laħaq Surmast tal- Banda Beland, fejn dam ukoll fil- kariga sakemm miet.

 

L- informazzjoni rigward Hector Dalli hi mehudha mis- sit: BandaSanLawrenz.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page