top of page

HAL- LUQA

Mill- ftit dokumenti li nstabu, jidher li l- purcissjoni f' Hal- Luqa ilha ssir mal- 225 sena. Dan ghax nafu li lejn l- ahhar tas- seklu tmintax, kien hemm Luqin li hallew flus w assi apposta biex ikunu jistghu jsiru xi vari. Nistghu ghalhekk nissoponu li l- ewwel sett ta' vari tlesta fl- ahhar hmistax -il sena tas- seklu tmintax ghalkemm ma nafux min kien l- istatwarju taghhom. Huwa 

dokumentat li l- Isqof Labini fl- 1795 hatar lil Dun Frangisk Cassar bhalha prokuratur tal- vari tal- Passjoni. Tajjeb li

 

 

nghidu li l- prokura baqghet dejjem titmexxa minn qassis sal- 1928 meta mbaghad beda jinhatar prokuratur Lajk. L-

 

 

ewwel referenza ghal vara tal- Passjoni f' Hal- Luqa, il- Veronika, hi f' testment tal- 1775. Nistghu nghidu li kien hemm

 

 

numru ta' vari izda hu mahsub li minnhom baqa' biss il- Kurcifiss li llum qieghed fis- sagristija tal- knisja Parrokkjali.

 

 

Jidher li fl- 1830 sar restawr tal- vari minn Giuseppe ( Peppi ) Vella ghalkemm hu aktar probabbli li dan l- istatwarju

 

 

sawwar sett gdid. Fil- fatt, numru mill- vari ezistenti huma attribwiti lil Vella. Ta' min isemmi li l- vari garrbu hsarat

 

 

estensivi fit- Tieni Gwerra Dinjija, risultat tal- hbit mill- ajru mill- ghadu w allura kellu jsirilhom xoghol kbir ta' restawr u

 

 

wkoll ta' rikostruzzjoni. Ta' min jghid li, ghal zmien twil sew, il- vari kienu jinzammu fi djar privati tul is- sena mbaghad

 

 

jittiehdu l- knisja fir- Randan. Il- vari jizzejnu b' girlandi ta' fjuri artificjali, xoghol ta' James Ciappara. Bejn l- 1951 u l-

 

 

1952, il- bankuni skulturati li kienu nhaddmu qabel il- gwerra zzejnu b' sett brazzi sbieh b' bozzoz forma ta' fjamma. Fl-

 

 

1973, zdiedet vara mas- sett originali w tradizzjonali ta' tmienja w allura Hal- Luqa wkoll ippartecipa fl- izvilupp

 

 

ikonografiku qawwi li kkaratterizza l- ahhar erba' decennji tas- seklu ghoxrin. Bhall- lokalitajiet l- ohra kollha, il-

 

 

persunaggi Bibblici li jiehdu sehem fil- purcissjoni bdew jizdiedu b' rata mghaggla wara l- ahhar gwerra. Qabel, ghajr

 

 

ragel jerfa' salib kbir tal- kartapesta fil- bidu tal- purcissjoni ( drawwa li kienet bdiet fir- Rabat Malta hafna snin qabel), xi

 

 

tfal igorru xi simboli, Nikodemu w Guzeppi ta' Arimatea w xi zewg suldati ma kontx tara. Zdied bil- bosta l- armar w it-

 

 

tizjin fil- purcissjoni. Jiehdu sehem ukoll l- iscouts idoqqu l- bugles quddiem ir- Redentur, u l- baned l- Unjoni w Sant'

 

 

Andrija li jakkumpanjaw il- purcissjoni sena kull wahda. In- nisa hadu sehem ghal- ewwel darba fl- 1990 jirraprezentaw

 

 

nisa fil- Bibbja bhal Ester, Guditta, il- Maddalena w ohrajn. Fl- 1995, beda programm ta' restawr  intensiv fuq xi vari li

 

 

nhaddmu ohrajn godda. Ghal dan ix- xoghol intaghzel l- istatwarju Tarxiniz, Renzo Gauci. 

Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa F' Hal- Luqa,Tohrog Il- Gimgha 30 Ta' Marzu Fil- 17.30

L- informazzjoni rigward Hal- Luqa mehudin mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- Gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com

L- ORT

Vara tal- kartapestali ssawret minn Renzo Gauci fl- 2000 biex hadet post il- vara precedenti. Inzammet il- forma tradizzjonali ta' zewg statwi izda, b' kuntrast mal- vara l- qadima, hawnhekk l- anglu ghandu s- salib f' idu l- leminija u l- kalci simboliku tal- Passjoni fix- xellugija. Is- salib zdidulu tliet finimenti tal- fidda fl- 1976, donazzjoni ta' Toni Brincat.

GUDA

Dan l- episodju zdied mas- sett tradizzjonali fl- 1973 b' dan ix- xoghol fil- kartapesta msawwar minn Glormu Dingli w imhallas minn Guzeppi Bonnici. Ghall- kuntrarju ta' diversi vari li juru dan l- episodju, Guda mhux qieghed ibus lil Gesu izda qed jiddistakka ruhu minn ma' Kristu wara l- att ta' tradiment tieghu.

IL- MARBUT

Din ir- rapprezentazzjoni fil- kartapesta tal- Flagellazzjoni ta' Gesu hi attribwita lil Peppi Vella li sawwarha f' madwar is- sena 1830. Wara t- Tieni Gwerra Dinjija, L- ewwel issewwiet minn Anthony Said u mbaghad giet restawrata minn Karmenu Mallia w Karmenu Robinich. Minn dak iz- zmien, din il- vara giet restawrata darbtejn ohra: fl- 1974 minn Karmenu Psaila u fl- 2006 minn Renzo Gauci.

ECCE HOMO

Gesu nkurunat bix- Xewk hawnhekk jidher bilqieghda fuq kolonna baxxa, xoghol fil- kartapesta attribwit lil Peppi Vella li sawwar din il- vara ghall- habta tal- 1830. Wara t- Tieni Gwerra Dinjija, l- ewwel issewwiet minn Anthony Said u mbaghad Karmenu Vella w Karmenu Robinich irrestawrawha. Interventi ta' restawr twettqu wkoll minn Glormu Dingli fl- 1974 u, finalment, minn Renzo Gauci fl- 2006.

IR- REDENTUR

Din l- istatwa ta' Gesu jaqa' taht it- toqol ta- salib hi xoghol iehor fil- kartapesta ta' Peppi Vella (attribuzzjoni) f' madwar is- sena 1830. Wara t- Tieni Gwerra Dinjija din il- vara ssewwiet minn Anthony Said u rrestawrawha Karmenu Mallia w Karmenu Robinich, bl- ahhar intervent isir minn Renzo Gauci xi  ftit snin ilu. Karmenu 

Camilleri kien id- donatur tal- erba' finimenti tal- fidda li saru ghall- irjus tas- salib fl- 1976.

IL- VERONIKA

Vara tal- kartapesta li saret fi zmien pjuttost recenti minn Renzo Gauci, ezattament fl- 1999, biex hadet post l- istatwa precedenti tas- seklu dsatax.

IL- VARA L- KBIRA

Dan il- grupp statwarju tal- Krucifissjoni, kollu tal- kartapesta, hu maghmul minn statwi antiki w ohrajn moderni. Il- vara originali b' erba' statwi kienet issawret ghall- habta tl- 1830 minn Peppi Vella ( attribuzzjoni) izda minnha baqa' l- Kurcifiss u l- Madonna li fl- 1996 gew restawrati minn Renzo Gauci li, fl- istess ena, sawwar il- figuri ta' San Gwann u l- Marija Maddalena. Dawn tqieghdu fl- istess post li kellhom dawn il- personaggi fil- vara precedenti. Bejn l- 1945 u l- 1996

kien sar restawr u tiswija tal- vara shiha bhalma kien twettaq fil- vari l- ohrajn li semmejna aktar qabel izda r- restawr tal- Kurcifiss kien twettaq minn Guzeppi Caruana ( Tal- Marcjol ). Hemm min hu tal- fehma li Karlu Darmanin biddel il- wicc tal- Madonna meta kien ingaggat fuq xoghol ta' restawr ta' din il- vara. Fl- 1975, Andrea Briffa kien il- benefattur ta' dawn l- oggetti tal- fidda li jintramaw ma' din il- vara: tliet finimenti tal- irjus ta- salib, it- tabella I.N.R.I., l- imsiemer tal- Kucifiss u s- sejf tal- Madonna. Fl- 1976, Guzeppi Briff hallas l- ispejjez biex saru d- dijadema tal- Madonna u r- raggiera ta' San Gwann, it- tnejn tal- fidda.

IL- MONUMENT

L- istatwa ta' Gesu Mejjet hi possibilment minn tal- ewwel vari bikrin w allura jista' jkun li saret fl- 1830 minn Peppi Vella. L- ahhar restawr tieghu sar minn Renzo Gauci fl- 1996. L- urna hi xoghol sabih skolpit fl- injam minn Censu Decandia fl- 1884 filwaqt li, fl- istess sena, Karlu Darmanin sawwar erba' angli li jintramaw fl- erba' kantunieri. Rizultat tal- hbit mill- ghadu fit- Tieni Gwerra Dinjija, l- urna saret bicciet izda

ghaqqadha mill- gdid Amelio Giusti biex setghet terga' tigi ndurata minn Paolino Bugeja u William Attard. L- erba' angli rrestawrawhom u pittirhom mill- gdid Guzeppi Caruana ( Ta' Marcjol ). Ta' min izid li, minhabba t- toqol tieghu, il- Monument jintrefa' fuq l- idejn minn ghaxart irgiel.

17842369_1248483565247091_379613013_n_edited.jpg

ID- DULURI

Din il- vara, b' zewg figuri tal- Madonna w San Gwann, issawret fil- kartapesta minn Renzo Gauci fl- 1997 u hadet post il- vara l- antika. Ma sarx tibdil fl- ikonografija taghha ghajr dettall: il- lizar qed jitqieghed mas- salib fuq in- naha tal- Madonna filwaqt li qabel kien ikun fuq in- naha l- ohra. It- tliet finimenti skulturati tal- fidda li hemm mas- salib kienu donazzjoni ta' Andrea Brincat fl- 1974.

IL- VARA TAS- SALIB

L- ewwel sorpriza tas- sena 2024, giet minn gewwa r- rahal ta' Hal- Luqa, fejn nhar l- 14 ta' Frar ta' l- istess sena, inawguraw din il- vara l- gdida u giet imbierka mill- Kappillan Kan. Michael Zammit.  Din il-vara ġdida tirrappreżenta t-trijonf tas- Salib Imqaddes u tikkonsisti f’ salib imponenti bid-dija ħierġa minnu u żewġ anġli adoraturi, wieħed fuq kull naħa. Inħadmu bankun u bradella ġodda fuq l-istess disinn ta’ dawk eżistenti li jikkumplimentaw il-vari tal- 

Salib ta' Mejju - Hal-Luqa 1_edited.jpg

Ġimgħa l-Kbira. Ix- xogħol tal- injam sar kollu minn Joseph Zammit, ix- xogħol tal- ħadid inħadem minn Andrew Bezzina waqt li l- lostru kien fdat f’ idejn John Mary Formosa. Din il- fażi tal- proġett kienet ikkordinata minn Andrew Micallef, li flimkien ħadmu wkoll is- salib tal- vara l- ġdida. 

Sadanittant bdew jinħadmu wkoll ir- raġġi tas- salib, liema xogħol dak iż- żmien kien qed jiġi kkordinat minn Henry Spiteri. Ir- raġġi nhadmu fl- stainless steel minn Twanny Zammit u mgħejjun minn membru tal- Grupp, Matteo Mifsud. Inħadmu wkoll sett irjus ġodda għas- salib kif ukoll it- tabella tal- INRI, b’ dawn tal- aħħar fuq l- istess disinn bhal dawk tal- vari eżistenti. Wara li għaddiet il- pandemija, il- Grupp tal-Gimgħa l- Kbira mmexxi minn Andre Farrugia iltaqa’ u ddiskuta mill- ġdid l- andament ta’ dan il- proġett sabiex jitlesta fl- iqsar zmien possibbli. Għaldaqstant, fuq qbil tal- membri flimkien mal- Kappillan, ġie inkarigat Neil Zammit sabiex jikkordina l- kumplament tal- proġett u jitkompla x- xogħol minnufih.

L- anġli adoraturi, aktarx xogħol tal- istatwarju Karmnu Mallia il- Lhudi, ġew irrestawrati u miżbugħa mill- ġdid minn Andrew Bugeja. Inħadem ukoll pedestall tal- injam sabiex fuqu jitqiegħdu l- anġli u s- salib.

Ix- xogħol tal- injam sar minn Joseph Zammit fuq disinn ta’ Andrew Bugeja waqt li l- irħamar u l-induratura saret minn Publio Magro. Sar ukoll l- interzjar tal- bradella, pariġġ dak tal- bradelli l- oħra, liema xogħol ġie fdat f’ idejn Stephen Vella.

L- informazzjoni rigward il- vara tas- Salib hi mehuda mis- sit: Tvmnews.mt.

L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima

Vari Antiki F' Hal- Luqa

290587243_581689316803045_2070857464588659054_n_edited.jpg

Din il- vara antika tal-kartapesta, attribwita lil Peppi Vella ( c. 1830), inbidlet mal- vara prezenti fl- 2000. Fit- Tieni Gwerra Dinjija kienet garrbet hsarat u sarilha r- restawr mehtieg, l- ewwel minn Anthony Said u mbaghad minn Karmenu Mallia w Karmenu Robinich. Il- vara baqghet ippreservata fil- parrocca.

290989887_1640400316325941_6394557006439960945_n_edited.jpg

Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri,

 

Funeral Marches, Marchas Funebres 

Din il- vara nbidlet ma' ohra, pjuttost simili ikonografikament, fl- 1999. Kienet saret f' madwar is- sena 1830 minn Peppi Vella ( attribuzzjoni ) u ssewwiet minn Anthony Said, Karmenu Mallia w Karmnu Robinich wara li garrbet hsarat fil- herba tat- Tieni Gwerra Dinjija. L- ahhar restawr taggha kien sar minn Karmenu Psaila fl- 1974 u hallas ghalih Guzeppi Bonnici. Din il- vara baqghet ippreservata fil- parrocca.

Il- Madonna tad- Duluri attribwita wkoll lil Peppi Vella bhala xoghol ta' madwar l- 1830, din il- vara originarjament kellha anglu zghir flok San Gwann, almenu sal- 1891 meta sarilha r- restawr. Mhux maghruf l- istatwarju li hadem il- figura ta' San Gwann. Ghalkemm twarrbet fl- 1997, din il- vara baqghet ippreservata w tinsab esposta f' remissa fi Triq il- Parrocca, f' Hal- Luqa stess.

Zewg statwi ohra tal- Ecce Homo li jinghad li kien hemm qabel f' Hal- Luqa.

Dawn ir- ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

291338111_742803153657331_8996534716664050975_n_edited.jpg

Ir- ritratti tal- Vara l- Kbira u dak tal- Kurcifiss (FUQ) u l- informazzjoni dwarhom (TAHT) huma mehudhin mill- pagna ta' Facebook: 

Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres 

Min din il- vara li ghadom johorgu hu biss il- Kurcifiss w il-Madonna.

L- istatwa ta' San Gwann li kien jifforma parti mill- Vara l- Kbira, xoghol ta' Peppi Vella. 

Kristu Msallab li x' aktarx
 hu l- ewwel kurcifiss tal- Vara l-Kbira ta' l- istess lokalita'.

bottom of page