top of page
Giuseppe-Giardini-Vella-Exhibition-scaled_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Lastella.com.mt.

Is- surmast u kompozitur Mro. Giuseppe Giardini Vella, twieled Catania fi Sqallija nhar it- 30 ta’ Settembru, 1885.  Beda l-
 
istudji tiegħu fil- mużika taħt Mro. Frontini u tħarreg fis- sengħa tal- kompożizzjoni.  Fil- bidu tas- snin 1920, ħa f’ idejh orkestra

f’ Tunes. 
F’ Settembru tal- 1926 inħatar surmast tal- banda mis- SoÄ‹jetà Filarmonika La Stella w intalab biex jikkomponi innu  

bl- isem ''Giovanette sull’Arpe Festanti'' ad unur ta’ Santa Margerita. Wara dan avviÄ‹inah Mons. Alfons Maria Hili, l- arÄ‹ipriet ta’

San Ä orÄ¡ tar- Rabat Għawdex, biex jikkomponi innu-kantata, li llum magħruf bħala L- Innu l- Kbir, għall- okkażjoni tal- festa ta’

San Ä orÄ¡. 
Għaddewli kopja tal- innu miktub minn Luigi Billion bl- isem ''Al Glorioso Martire''. Laqtu mill- ewwel u fl- 1930

kiteb il- mużika għalih. Indaqq l- ewwel darba lejlet il- festa ta’ San Ä orÄ¡ tal- 1931 f’ It-Tokk, illum Pjazza Indipendenza. Intlaqa’

b’entużjażmu kbir tant li beda jindaqq b’ mod regolari. Imbagħad, mill- 1934 ’il quddiem, beda jindaqq kull sena fil- bidu tal-

purÄ‹issjoni bl- istatwa tal- qaddis nhar il- festa. Din id- drawwa ntgħoÄ¡bot tant li malajr xterdet mal- irħula kollha t’ Għawdex.

Id- dritt għal dan l- innu għadda għand is- SoÄ‹jetà Filarmonika La Stella permezz ta’ kuntratt iffirmat nhar il- 15 t’ Awwissu,

1955. 
Barra dan l- innu, kiteb diversi arranġamenti għall- Banda La Stella. Fost dawn, kiteb marċijiet devozzjonali għall-

purÄ‹issjonijiet, fosthom ''Regina Angelorum'' u ''Salus Infermorum''.  Kiteb ukoll marÄ‹ijiet funebri, bħal ''Mater Dolorosa'' u

''Consummatum Est'', li kienu jindaqqu waqt il- purÄ‹issjoni tal- Ä imgħa l-Kbira li kienet toħroÄ¡ mill- knisja ta’ San Ä orÄ¡. Kien

 
ukoll il- kompożitur tal- mużika għal żewġ operetti ħelwin li kiteb, ''Il Cuore di Ben'' u ''La Stella di Barberia'', li taw bidu biex jiġi

introdott dan il- ġeneru mużikali fil- gżira Għawdxija. I
l- mafkar f’ Ä¡ieħu, xogħol l- artist Joseph Scerri, Ä¡ie inawgurat mill-

Ministru għal Għawdex, l- Onor. Dr. Justyne Caruana, nhar l-10 ta’ Ä unju, 2018.

L- informazzjoni rigward Giuseppe Giardini Vella hi mehudha mis- sit: CulturalHeritageGozo.Gov.Mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page