top of page
etienne spiteri_edited.jpg

Ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Etienne Spiteri.

Mro. Etienné Spiteri twieled f' Bormla, nhar l- 4 ta’ Marzu 1978. Studja t- teorija, l- armonija w il- kontrapunt dejjem taht Mro.
 
Ray Sciberras u kiseb l- Associateship fil- kompożizzjoni tal- London College of Music A (Mus) LCM fl- 2002; kompla bl- istudji
 
tieghu fl- orkestrazzjoni w il- fuga, fejn kiseb l- Licentiateship fil- kompożizzjoni tal- London College of Music L (Mus) LCM fl-
 
2006. It- tielet diploma, dik tal- FLCM fil- kompożizzjoni tal- muzika, l- oghla livell li tista’ tasal f’ kullegg muzikali, kienet
 
miksuba fl- 2012. F' Dicembru 2013, gab id- Diploma FVCM (Honours). Fost il- kompozizzjonijieti tas- Surmast Direttur, wiehed
 
isib varjeta ta’ muzika fuq stil chamber, orkestrali, ghall- pjanu, vokali u wind band. “Nihil Nisi Optimum”, “Missa Angeli”,
 
“Damma ta’ Mhabba lil Marija”, “Tristis est Anima Mea”, “Mixtla Fjur Imlewwen” u l- musical “Is- Sinjura ta’ Pompei” huma fost
 
ix- xogħlijiet vokali ewlenin tiegħu. Fuq espressjoni aktar moderna, wieħed jista’ jinnota l- mod kif jesprimi lilu nnifsu permezz
 
tal- mużika fuq stil chamber, b' enfasi speċjali fit- terzett tal- korda “Questus”, is- “Suite for unaccompanied B flat clarinet”,
 
Penta” (Brass Quintet), “Four Moods in One Day” (Piano), “Triple Horn” (Suite for 3 Horns in F), u “Athena” (Woodwind
 
Quartet). Peress li ghandu konnessjoni kbira mall- baned lokali, il- maggor parti tax- xogħlijiet muzikali tiegħu huma ghall- wind
 
band fosthom jinkludu “Oasi Park”, “Prelude for Band”, “Pentagon Blues”, “Fable” u “An Angel on the 24th”. Xogholijiet
 
orkestrali ohra jinkludu “Leggenda”, “Desolatam” u “Overture in F Major” (String Orchestra) apparti minn varjeta ohra ta’ marci
 
allegruzi, marci funebri w innijiet reliġjużi nkorporati fil- repertorju tieghu. Lura fl- 2007, nieda l- ewwel CD album ta’ marċi
 
funebri msemmija Lacryme flimkien ma' Simon Ellul. Fl- 2011, nieda it- tieni CD album ta’ marci funebri bl- isem ta’ Sitio, liema
 
CD tikkonsisti minn 11 -il marċ funebri oriġinali w kollha huma kompozizzjoni oriġinali tas- Surmast Etienné Spiteri. Il- Hadd, 15
 
ta' Marzu nieda t- tielet CD album ta' marci funebri bl- isem ta' Signum Crucis komposta minn 11 -il marċ funebri oriġinali
 
w kollha huma kompozizzjoni oriġinali tas- Surmast stess. Impjegat fi ħdan il- Bank of Valletta plc. Miżżewweġ lil Mariella u
 
ghandhom zewgt ibniet, Maria w Marta. Ghandu l- kariga ukoll ta’ Surmast Direttur fi hdan il- Banda Pompei, Marsaxlokk
 
(2007), Banda San Giljan, San Giljan (2013), Surmast tal- Banda taz- Zghazagh King’s Own tal- Belt Valletta (2002) kif ukoll gie
 
appuntat Assistent Surmast Direttur tal- Banda King’s Own (2013). Imexxi l- Orkestra Maria Immakulata w Surmast tal- Big
 
Friends Guggen Musik Band.

L- informazzjoni rigward Etienne Spiteri hi mehudha mill- pagna ta' Facebook: Kazin Banda San Gorg Bormla A.D. 1862.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page