top of page
EMMANUEL BUGEJA_edited.jpg

Ritratt mehud mis- sit: Soundcloud.com.

Emanuel Bugeja twieled iz- Zurrieq nhar is- 26 ta' Mejju tal- 1923 lil Carmelo u Guzeppa Caruana kif ukoll fi hdan il- komunita'


Karmelitana tal- istess rahal. Ta' eta ferm zghira, Emanuel kien imur jitghallem il- muzika gewwa l- kazin tal- banda 


Karmelitana Queen Victoria, fejn dak iz- zmien is- Surmast tal- banda nzerta kien Frangisku Bugeja. Dan mill- ewwel gharaf it-


talenti sbieh li bihom kien imzejjen iz- zaghzugh Manweli. Il- muzika kien jehodha bis- serjeta' u ma kienx ifalli lezzjoni wahda.


Emanuel Bugeja hareg idoqq ghall- ewwel darba mal- Banda Karmelitana fl- 1937 u minn dakinhar 'il quddiem qatt ma hares


lura, anke meta faqqghet il- gwerra fejn hu kellu jidhol fl- armata fejn ukoll kien ingagga bhala bandist. L- ingagg tieghu fl-


armata serva sabiex Emanuel Bugeja ltaqa' ma hadd hlief il- Maggur Anthony Aquilina. Taht il- Maggur Anthony Aquilina


Emanuel Bugeja tghallem hafna u anke kompla bl- istudji tieghu fejn kien ipperfezzjona ghall- ahhar b' hila, dejjem taht ir-


regija tal- Maggur Aquilina. Emanuel Bugeja qatt ma kkuntenta b' dak li kien jaf ghalhekk kien ha l- lezzjonijiet taht Maestro


Vincenzo Costa u aktar tard imbaghad studja taht Mro. Joseph Stivala. Kien hawn li Emanuel Bugeja kiseb id- diploma MUS


LCM. Ir- rabta u l- hbiberija li kien hemm bejn il- Maggur Anthony Aquilina u Emanuel Bugeja rabbiet l- gheruq fl- armata u


wara anke mal- Banda Cittadina King's Own. Kemm mal- banda tal- armata kif ukoll mal- Banda King's Own, Emanuel Bugeja


kemm -il darba dderiega fl- assenza tal- Maggur Anthony Aquilina. Maestro Emanuel Bugeja studja l- pjanu u l- orkestrazzjoni


taht is- surmast u bravu direttur Patri Albert Borg tal- ordni Agostinjana. It- talenti kbar li kellu wassluh ukoll biex jibda


jikkomponi. Sadanittant il- kumitat tal- Banda Karmelitana Queen Victoria meta nholqot l- okkazjoni ma qaghadx jahsibha


darbtejn milli jinnomina lill- Maestro Emanuel Bugeja bhala s- Surmast Direttur tal- Banda Karmelitana Queen Victoria u fil-fatt


inhatar direttur tal- banda fl-1959 u baqa' jokkupa l- istess kariga sal- 1991. Ghal 32 sena shah, Maestro Emanuel Bugeja


hadem fi hdan il- banda b' ghaqal u serjeta u rnexxielu jaghmilha wahda mill- iktar imfittxija ghas- servizzi taghha. Ghal


perjodu sew ta' snin il- Banda Queen Victoria setghet tiftahar li kellha l- akbar numru ta' bandisti tal- post, fejn parti kbira minn


dan il- mertu jmur lejn is- Surmast Emanuel Bugeja. Il- popolarita tal- Banda Karmelitana Queen Victoria kibret mal- popolarita


tas- Surmast Emanuel Bugeja, fejn mill- pinna tieghu bdew li hergin marci brijuzi li kienu l- ghaxqa mhux tal- Karmelitani


biss imma tad- dilettanti tal- marci Maltin imxerrdin ma' Malta u Ghawdex. Id- direzzjoni muzikali tieghu kienet


impekkabbli fejn kien idderiega l- Banda Queen Victoria nhar il- festi tal- Indipendenza fl- 1964, meta l- banda kienet giet


ikkummissjonata sabiex ittella' programm fi Pjazza Regina l- Belt Valletta. Ghal darba ohra, programm muzikali iehor kbir kien


sar fi Pjazza Regina f' gheluq l- ewwel centinarju mit- twaqqif tas- Socjeta Filarmonika Nazionale La Vallette fl- 1974. Kuncert


iehor kbir sinfoniku li jgib memorji sbieh lis- Surmast Emanuel Bugeja huwa dak imtella' fis- sena tal- 1976 gewwa z- Zurrieq


mill- Banda Karmelitana Queen Victoria, fejn dakinhar l- okkazjoni kienet l- inawgurazzjoni tal- Plancier li kien gie rinnovat


b' sengha kbira. Il- mistednin distinti dakinhar kienu l- Eccellenza tieghu Sir Anthony Mamo, u l- Arcisqof ta' Malta Monsinjur 


Mikiel Gonzi. Dakinhar kienet indaqqet ghall- ewwel darba l- overture Luliana, li hija kompozizzjoni tal- istess Surmast


Emanuel Bugeja. Kompozizzjonijiet ohra tas- Surmast Emanuel Bugeja huma l- omaggio alla Queen Victoria li huwa kien


ikkompona fl- 1959, kif ukoll l- Innu San Guzepp flimkien mal- overture Karmelitana. Emanuel Bugeja huwa wkoll il-


kompozitur tal- Innu-marc Jum il- Helsien, li kien gie rrekordjat fit- Teatru Manoel nhar il- festi tar- Repubblika fl- 1979. Wara


servizz kontinwu ta' 32 sena shah mal- Banda Karmelitana Queen Victoria taz-Z urrieq, Maestro Emanuel Bugeja ddecieda li


jirtira mid- direzzjoni tal- banda fis- sena 1991. Bhala apprezzament u b' sinjal ta' rispett, il- Kumitat u membri migbura


f' seduta msejha apposta, hatru lis- Surmast Emanuel Bugeja bhala President Onorarju tas- Socjeta. L- irtirar tieghu mill-


kariga ma waqqfux milli jkompli l- hidma tieghu bhala kompozitur, fejn huwa baqa' jikteb il- marci sbieh brijuzi li huma mfittxija


mid- dilettanti u l- kazini tal- Banda f' Malta u Ghawdex. Il- funeral tieghu sar nhar it- Tlieta, 30 ta' Gunju 2009. Beda mill- isptar


Mater Dei ghal- Vjal il- Blue Grotto, fejn fit- tlieta ta' wara nofsinhar il- kadavru tieghu ntlaqa' mill- Banda Queen Victoria taht


id- direzzjoni tas- Surmast Alfred Farrugia u numru kbir ta' delegazzjonijiet mill- kazini tal- banda f' Malta bl- istandardi


rispettivi taghhom. Mal- wasla tieghu, it- tebut gie mghotti bl- istandart tal- Banda Queen Victoria rregalat fis- sena 1974. Il-


korteo, bid- daqq ta' marci funebri miktuba minnu stess, mexa tul Triq Dun Guzepp Zammit, Misrah Mattia Preti, Triq Mons. P.



P. Saydon u Misrah ir- Repubblika. Kienet tislima tassew xierqa min- naha tas- socjeta hekk kif it- tebut, li kien merfugh mill-


membri tal- Kumitat, wasal quddiem il- kazin, infetah il- bieb u ndaqq l- omaggio alla Queen Victoria (l- Innu tal- Banda)


kompozizzjoni tieghu stess. F' dan il- mument, il- membri tas- Sezzjoni Nisa hargu fil- gallarija u tefghu l- fjuri ghal fuq it- tebut


waqt li l- bandiera tas- socjeta ttellghet sa fuq b' sinjal ta' rispett. Imbaghad il- korteo kompla sal- Knisja Arcipretali, u fl-


erbgha ta' wara nofsinhar bdiet il- quddiesa
praesente cadavere. Wara l- quddiesa saret id- difna fil- qabar tal- familja numru


124A gewwa c- Cimiterju ta' San Leone, f' Bubaqra.

L- informazzjoni rigward Emanuel Bugeja hi mehudha mis- sit: Um.edu.mt.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page